Zball strategiku iehor ta’ Pierre Portelli

Zball strategiku iehor ta’ Pierre Portelli

Ilni hbieb ma’ Adrian Delia minn zmien zemzem, kemm ilni avukat, ghoxrin sena u ftit ghandi dubju li l-uniku punt fejn kelli dizgwid mieghu peress li kien ghamel dikjarazzjoni mghaggla kienet idea mhux ta’ Adrian Delia izda ta’ Pierre Portelli. Lil Portelli nafu u nxommu minn siegha boghod u ma’ Delia kont ghadni kif tkellimt l-gurnata ta’ qabel. Ghandi informazzjoni ohra li tikkorrobora dan pero’ dak nzommu ghalija.

Ovvjament jekk dahhlu f’argument mieghi mhux li ghamillu hafna gid. Pero’ issa dak ghadda u jiena nhares ‘l quddiem. Ma Pierre Portelli illum ghandi relazzjoni tajba wkoll.

Issa llum jidher li fil-Qorti Portelli xehed f’certu dettall dwar l-fatt li Manuel Delia kien l-ghost writer ta’ Adrian Delia f’xi zmien matul l-kampanja ghal-kap. Nghid f’xi zmien ghax jien stess kont innutajt kif fil-bidu Manuel Delia kien qisu jxaqleb lejn Adrian pero’ f’nofs l-kampanja qisu biddel r-rotta u fi zmien l-elezzjoni kien KONTRA Adrian bl-iktar mod car.

Dan kollu kont innutajtu jien sa minn dak z-zmien u m’ghandi bzonn had jindikahuli.

Filwaqt li mal-ewwel daqqa t’ghajn x-xhieda tidher xi daqqa ta’ harta ghal Manuel Delia meta toqghod tahseb, long term issa Pierre Portelli qata’mniehru biex jinki l-mara. Min issa ‘l hem kull haga li jikteb Manuel Delia fuq Adrian Delia se tibda tiswa doppju jew tripplu – Manuel Delia kien tant tajjeb ghal kampanja ta’ Adrian li kienu kwazi hallew xoghol ta’ tfassil ta’ policy f’idejh.

Huwa ovvju wkoll li Manuel Delia qabez minn fuq l-vapur ta’ Adrian hafna qabel l-elezzjoni tal-Kap kif appena Daphne bdiet izzid d-doza fuq l-Blog. Kif qal Adrian Delia stess ricentement fuq Dissett n-nies ivvotawlu meta lanqas biss kienu jafuh. Ma neskludix li ghall-bidu lanqas Manuel Delia ma kien jafu.

Din ta’ Pierre Portelli tal-llum kien zball strategiku ikrah minn sensiela twila. L-ewwel nett certi affarijiet ma tghidhomx u zzommhom ghalik specjalment jekk ma jkunux rilevanti ghall-kaz, u t-tieni qatt ma jaqbillek taqta’ mniehrek biex tinki l-mara!

B’li ghamel ta hafna kredibilta’ lil Manuel Delia, u dik l-kredibilita’ se tkun ta’ detriment ghal Adrian in the long run . .. . . Wara llum Manuel Delia ghandu hafna aktar munizzjon u kredibilita’ jekk irid jatakka lil Adrian u bhal l-ex kittieb fantazma tieghu Manwel Delia ta’ fantazma li issa skoprejna li hu, zgur se jkun qed jidhirlu, lil Adrian, aktar spiss.

Ghaliex qed nghid dan? Ghax nixtieq li nara pajjiz b’Opposizzjoni b’sahhitha jew ghallinqas dicenti u ghax peress li habib tieghi ghal ghoxrin sena shah MA NIFLAHX nara lil Adrian Delia jaghmel zbalji strategici aktar u jitfixkel f’saqajh darba wara l-ohra.

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.