Kif Muscat ikompli jdghajjef lil Delia

Kif Muscat ikompli jdghajjef lil Delia

Meta fl-2011 l-affarijiet fil-P.N. kien ghadom ma ddegenerawx kompletament, niftakar kont se nastjeni f’xi vot fil-Parlament, u niftakar ukoll n-naha tal-Gvern kienu riluttanti biex jaghtuni hin biex nitkellem, u l-Opposizzjoni Laburista kienu offrewli hin minn taghhom biex nitkellem. Ghadda z-zmien u ma niftakarx kollox, pero xi haga hekk.

Dak n-nhar kien cempilli Lino Spiteri, li mieghu kont nitkellem, aktar fuq poeziji milli politika, u biex jaghtini parir genwin qalli ‘Franc, ara ma jfettillekx taccetta li tiehu hin minn tal-Opposizzjoni Laburista, ghax that would be then end ghalik’. Kien parir genwin minn politiku ta’ esperjenza. L-affarijiet kienu ghadom jistghu jirrangaw ruhhom fil-P.N. u jien fil-fatt irringrazzjajt l-Opposizzjoni ta’ dak z-zmien u m’accetajtx.

Ghaliex qed nghid dan?

Ghax l-kultura politika f’dan l-pajjiz u forsi kullimkien li hadd ma jiehu gost jarak titmeslah mal-avversarji u din minn ewl d-dinja. Tista taghmel diskors ta’ genju pero l-fatt li tkun nghatajt hin biex titkellem mill-avversarji jinzel hazin mal-partitarji u probabbli ma’ kulhadd.

Episodju iehor. Niftakar lejlet l-elezzjoni tal-Kap tal-P.N. fl-2013 esponent Laburista li ghandi rispett enormi lejh kien ghamel elogju shih lil Mario DeMarco. Ibqa’ cert li dak kien mod fin kif jaghmillu hsara bil-pulit lejlet elezzjoni ta’ Kap. Ovvja li l-partitarji dik ma tinzlilhomx u ma jinterpretawhiex tajjeb.

Li zzomm relazzjoni ta’ rispett reciproku mal-avversarji hija haga – li tidher qed titmeslah hija haga ohra.

Issa jien m’ghandix dubju li din l-attitudni ta’ Muscat li qisu l-avukat ta’ Delia qed tkompli ddghajjef lil Delia. Ghaliex? L-maggor parti tal-partitarji din ma tinzlilhomx tajjeb. Trid tkun vera dghajjef biex l-avversarji jkollom l-lussu jaqbzu ghalik.

Ovvjament Muscat jidher manjanimu, ghalkemm patronising.

X’ghandu jaghmel Delia? Ma nahsibx li ghandu jattakka l-Labour f’dan l-kuntest jew jghid li l-attakki gejjin mil-Labour meta car li dan mhux l-kaz. R-reazzjoni ta’ delia kienet zbaljata – gerrex lil dawk l-Laburisti li kienu qed jissimpatizzaw mieghu.

Ghandu jirringrazzja lil Muscat pero’ jaghmilha cara li m’ghandux bzonnu jaqbez ghalih.

Thanks but no thanks.

1 Comment
  • Desmond Buhagiar
    Posted at 20:39h, 15 January

    Ghandek energija politika kbira Franco. Stajt uzajtha biex tkun alleat mal-ftit (dghajfa) li ppruvaw inaddfu l-pajjiz mil-hmieg kbir li fih. Kont tibqa mfakkar fl-istorja bhala eroj, Minflok tinsab mitluf, daqqa mal-moviment, daqqa man-new way. Hasra.