Gugarell tal-Partit Laburista

Gugarell tal-Partit Laburista

B’Hermann Schiavone barra l-Parlament jikkontesta elezzjoni wara ohra bla success ghal tletin sena shah l-P.N. ghamel hamsa u ghoxrin sena fil-gvern – minghajr Schiavone fil-Parlament. Kif tela’ Schiavone l-P.N. sofra l-akbar telfa.

Issa ghaddej battibekk bejn Simon Busuttil u Hermann Schiavone dwar l-inkjesta Egrant fejn Schiavone jahbat ha jghajjar lil Busuttil bit-telfa ta erbghin elf. Minix se nidhol fl-issue Egrant b’ebda mod pero nixtieq nghid s-segwenti –

1. T-telfa t’erbghin elf giet fost ohrajn ghax Simon Busuttil kien mdawwar b’diversi moles li kienu jghaddu informazzjoni lil Partit Laburista b’konsegwenzi devastanti ghal P.N. Ovvjament l-Labour jaghmel sew jilghab l-loghba u ma kienx jaghmel xejn hazin! Dan fatt maghruf li l-Partit Laburista kien ikollu hafna informazzjoni sensitiva mil-qalba tal-P.N. Ma nahsibx li kien jghidilhom l-Ispirtu s-Santu – aktarx xi mole. Min huma dawn l-moles jien ma nafx ! Nahseb li Schiavone qed jifhimni. Bilhaqq u jista’ jsellilna ghal kunsillier Laburist Fredrick Azzopardi. Fredrick habib tieghi u nsellimlu. La jien qed nghid li Schiavone huwa mole u lanqas li jghaddi informazzjoni lil Azxopardi.

2. Jekk hemm persuna sinonima mat-telfa ta’ erbghin elf din mhi hadd hlief Schiavone nnifsu. Ghax wara tletin sena jikkontesta elezzjonijiet bla success mill-1987 Schiavone rnexxielu jitla’ propju meta l-P.N. garrab din l-akbar telfa fl-2017, filwaqt li Simon Busuttil kien protagonist, fi rwol jew iehor, ta’ hafna rebhiet tal-P.N. u mhux tat-telfa biss. Schiavone fil-P.N. protagonist ta’ zewg affarjiet principali – a) inkwiet kbir u ma thalliex jikkontesta darbtejn, u b) gie elett propju meta l-P.N. garrab l-akbar telfa fil-istorja tieghu u allura mascot principali ta’ dik l-akbar t-telfa.

Li kont minnu ma nippontax sibghajja lejn haddiehor! T-telfa t’erbghin elf hija frott hafna zbalji inkluz li l-partit halla lil Schiavone ghal hafna snin igib hafna inkwiet;

3. Simon Busuttil qal dak li kellu jghid pubblikament, kif kont naghmel jien, fil-Parlament, ghall-kuntrarju ta’ Schiavone li mar jivvinta u jaqla’ qlajja’ u gideb minn wara dahar n-nies bl-aktar mod goddard u skifuz – u bhala kastig ma thalliex jikkontesta fl-2013;

4. Schiavone qed jghajjar lil Simon Busuttil meta dan hu l-uniku kap li hallieh jikkontesta elezzjoni – wara li ma thalliex jikkontesta kemm minn Eddie Fenech Adami fl-2003 kif ukoll minn Lawrence Gonzi fl-2013 u allura wiehed jista’ jara kemm hu bniedem ta’ rispett anke lejn min irrispettah. M’ghandix dubju li Simon Busuttil iqis dik d-decizjoni bhala wahda mill-aghar ta’ hajtu!;

5. Izda mbaghad Schiavone jrid jikkummenta fuq l-inkjesti dwar haddiehor? Allura la qieghed fiz-zifna ghax ma jighidilniex dwar meta hu kien investigat? Fuqiex kien investigat fl-2003 u x’irrizulta mill-investigazzjonijiet u ghaliex ftit wara telaq minn Malta u rega tfacca wara li Louis Galea tilef s-siggu fil-Parlament fl-2008? Minflok jitkellem fuq l-inkjesti ta’ haddiehor ahjar jilluminana dwar meta HU kien investigat. Schoavone kien iffortunata li dak z-zmien ma kienx hawn blogs u l-media ma kenitx forsi armata daqs illum.

Tistennewx li dawn d-domandi se jaghmilhom l-Partit Laburista! Liema partit se jkisser wiehed mill-aqwa gugarelli li ghandu! U jaghmlu sew !

6. Jekk l-P.N. ta’ Busuttil tilef b’erbghin elf, mhux jinduna li l-P.N. ta’ Schiavone skont s-surveys mistenni jitlef bid-doppju – tmenin elf!

7. Anke jekk wiehed iqabbel z-zewg telfiet 2013 u 2017 meta l-P.N. halla lil Schiavone jikkontesta mar ghall-aghar. Fl-2013 ma hallewhx jikkontesta u l-P.N. tilef b’35,000. Fl-2017 hallewh jikkontesta u t-telfa kienet akbar – 40,000.

Naqbel ma’ Schaivone li l-P.N. jrid jissaffa mit-telfa tal-erbghin elf. U x’hemm ahjar milli l-partit jibda billi jehles mil-mascot ta’ dik t-telfa – Schiavone nnifsu!

Hafna nies fehmu mal-ewwel kemm kelli ragun meta tkellimt bhala deputat Nazzjonalist. Aktar m’ghadda zmien aktar nies fehmu u l-istorja aktar kompliet taghtini ragun. L-ftit li kien baqa’ ma fehmux meta daqu lil Schiavone gew fuqi personalment u qaluli ‘Fuq Schiavone kemm kellek ragun!’ Tistaghgbu kienu nghidilkom min huma dawn n-nies. Pero m’hemmx ghalfejn u dak nzommu ghalija.

L-P.N. jibda jiehu r-ruh meta jifhem l-egheruq tat-elfa t’erbghin elf. Wiehed mill-percimesijiet huwa certament Schiavone.

M’ghandix dubju wkoll li l-attakki ta’ Schiavone lil Simon Busuttil mhux talli ma jdghajfuhx talli jsahhuh.

Hija hasra li minhabba l-egozimu u narcissizmu ta’ uhud l-P.N. spicca fis-sitwazzjoni tal-biki li jinsab fiha fejn wara li warrab Busuttil u tfacca Schiavone l-P.N. zzerzaq bicca ohra sew ‘l isfel . . . Ghax bil-wicc tost kollu Schiavone jghajjar lil Busuttil bit-telfa t’erbghin elf meta s-surveys qed juru li l-P.N. ta Schiavone jista jitlef bid-doppju – tmenin elf!

Prosit Schiavone . . . . .R-rizq . . .tmenin elf . . .

Naghmilha cara wkoll li ma’ Adrian Delia m’ghandix ebda problemi anzi tezisti relazzjoni ta’ rispett.

8 Comments
  • J Sammut in disguise
    Posted at 14:42h, 12 October

    Simon dahhal lil Schiavone u dan ittradieh.
    Mhux bilfors jekk ix xemx min filghodu turik jahasra. Ma kienx ilu jghid Franco Debono xi stoffa mghamul dan Schiavone!

  • Giacchino
    Posted at 22:38h, 11 October

    Min jitwieled tond ma jmutx kwadru

  • Gej il bedudu
    Posted at 21:34h, 11 October

    Schiavone huwa ***** inkarnata.
    Hlief inkwiet ma gabx ghal partit.

  • Jockey
    Posted at 21:32h, 11 October

    Meta Simon Busuttil halla l Schiavone jikkontesta kien qed idahhal il lifa f hobbu.

  • Charlie Mangion '' Zubina ''
    Posted at 19:21h, 11 October

    il Mazza tinsel b’sahha l’hima bhala u tifqa ras il-MUSMAR,

  • Blue titanium soldier
    Posted at 18:48h, 11 October

    Schiavone jixbah hafna lil dak ir riklam ta lghodda. Ta lghodda rega ghamila

  • Il ferita li ma sghabx it tabieb
    Posted at 18:26h, 11 October

    Schiavone 😂😂😂😂 il widna, il b***a u il vully

  • Viva Albania
    Posted at 18:24h, 11 October

    Hu ta pjacir li nisma li int seww khemm ma Delia kif ukoll ma Busuttil, imma gawn tqajjem mistoqsija. Voldieri dal gugarell tal P.L. li mohhu biss biex juri khem bsahtu flarroganza qighed jerga ifixkel xi tip ta irxoxt?