
29 Sep 2018 Riformi storici li mbuttajt – union tal-pulizija
Fit-8 ta’ Novembru 2011 prezentajt fil-Parlament mozzjoni privata dwar riformi magguri fil-Gustizzja u Intern li hija tista tghid t-twelid ta riforma fil-gustizzja li dan l-pajjiz ma kienx ra fl-ahhar mitt sena. L-ewwel proposta tal-mozzjoni kienet tikkoncerna l-union tal-Pulizija – proposta li kont ilni nitkellem dwarha u saret biss wara bidla fl-amministrazzjoni. Ftit wara kont imbuttajt b’success wahda mill-akbar riformi f’dan l-qasam – l-qasma bejn d-dekasteri tal-gustizzja u dak tal-intern. Illum dawn l-ministeri jinsabu separate ghax jien kont mbuttajt fil-Parlametn dan l-isvilupp sahansitra kont lest ma nappogjax lil gvern kieku ma saritx dak z-zmien.
Din hija silta mil-ktieb – T-Twelid tar-Riforma tal-Gustizzja u kif ghidt l-ewwel proposta tal-mozzjoni kienet tikkoncerna propju t-twaqqif ta’ Union tal-Pulizija
1. filwaqt li ninnota l-progress kbir li sar fl-aħħar għaxar snin fil-Korp tal-Pulizija nissuġġerixxi r-riżoluzzjoni tal-pendenzi dwar il-union tal-pulizija kif ukoll il-pagamenti tal-arretrati dovuti tal-overtime tal-pulizija, li għandu jkun dejjem korp motivat u enerġetiku;
Wara li għamilt din il-parti ġenerali tad-diskors tiegħi, nibda biex niffoka fuq il-punti tal-mozzjoni wieħed wieħed. Nibda biI-Korp tal-Pulizija. Minn fejn tlaqna? Sfortunatament fis-snin tmenin il-Korp tal-Pulizija kien fi stat tal-biki! Il-Korp tal-Pulizija tjieb u jidhirli li fl-aħħar għaxar snin għamel passi importanti,[1] però jidhirli li baqa’ oqsma importanti ħafna li għandhom bżonn injezzjoni kbira ta’ enerġija u bidla fl-atteġġjament[2]. Fil-fatt, kif għedt fil-preambolu tiegħi, kemm fir-riżorsi umani, kemm fit-tagħmir[3] kif ukoll f’xi setturi, fil-mentalità u fl-atteġġjament. Dak li hemm fil-preambolu ovvjament japplika ukoll għal kull punt.[4]
Issa ndur għall-pendenzi dwar il-union tal-Pulizija.[5] Anke hawnhekk japplika l-kriterju tan-nofs kedda![6] Wara snin nistennew sabiex naġixxu, għamilna Abbozz ta’ Liġi li jidhirli li kien hemm anke assoċjazzjonijiet tal-pulizija minn madwar l-Ewropa li kitbu lill-Ministru sabiex jgħidulu li din mhix suffiċjenti, mhijiex adegwata.[7] Pulizija, fl-aħħar mill-aħħar, huwa ħaddiem li jiffaċċja elementi perikolużi fis-soċjetà, għandu xogħol diffiċli, u allura għandek timmotivah u tagħtih drittijiet, jekk xejn, li jirrispettaw ukoll lil ħaddiema oħrajn. Allura korp ma jistax ikun motivat jekk għandek pulizija li qed iċċaħħadhom minn dritt ta’ unjoni[8] li, fl-aħħar mill-aħħar, huwa dritt li jingħata tista’ tgħid lill-pulizija kollha madwar id-dinja, madwar l-Ewropa żgur!
Hemm il-kwestjonijiet l-oħra tal-arretrati tal-overtime jew tal-ħin żejjed li ħadmu l-pulizija li ilhom ħafna jitkellmu dwarhom. Naħseb li wasal iż-żmien li jkunu riżolti definittivament.[9] Anke jekk hemm Abbozz ta’ Liġi dwar l-unjoni tal-pulizija, dawn ma jkollhomx dan id-dritt qabel jiġi perkors il-proċess leġiżlattiv kollu u din ikollha s-saħħa ta’ liġi. Allura, kif qed ngħid, sar li sar tard, ftit, u għandu jinbidel.[10]
Importanti li jidħlu r-rekluti, però importanti wkoll li ma jitilqux l-aħjar elementi.[11] F’diskors riċenti[12] f’dan il-Parlament semmejt, u mhux se niddejjaq ngħid, lis-Sur Pierre Calleja li, kif għalaq il-25 sena servizz[13] talab biex jirriżejna mill-Korp – semmieh anke l-kollega tiegħi Michael Falzon, għax hemm qbil dwar dawn l-affarijiet – imma persuna li fl-aħħar mill-aħħar tagħmel xogħolha, hi kompetenti, tieħu interess u tistudja, għandek tipprova żżommha.
Insemmi persuna oħra, l-Assistent Kummissarju Neil Harrison li kelli opportunità naħdem miegħu f’ħafna każijiet, għalkemm fl-awla ovvjament inkunu fuq naħat opposti. Illum il-ġurnata s-Sur Harrison qiegħed jagħmel kors tal-liġi,[14] u nispera li l-Korp tal-Pulizija ma jitlifx element ieħor li huwa importanti. Min irid jitlaq, jitlaq, però għandna nagħmlu kull sforz biex naraw jekk dak li jkun jistax ikompli jagħti l-kontribut tiegħu. Jien nistqarr il-fiduċja sħiħa tiegħi fil-Kummissarju tal-Pulizija, kif kelli opportunità nistqarr. Naf li anke meta kellu problemi ta’ saħħa wkoll baqa’ jaħdem. Jien għandi, nerġa’ ngħid, fiduċja sħiħa fil-Kummissarju.[15] Però li l-pulizija jkollhom taser guns suffiċjenti u apparat forensiku, li l-Korp tal-Pulizija jkollu rekluti u dawn l-affarijiet kollha, ma jiddependux mill-Kummissarju. Il-Kummissarju irid jaħdem b’li jingħata. Allura jien ikkritikajt mill-aspett politiku.[16]
Sur President, filwaqt li l-maġġor parti tal-pulizija jagħmlu l-mirakli minkejja r-riżorsi limitati, xtaqt niġbed l-attenzjoni għal fattur inkwetanti li fl-aħħar għaxar snin tliet pulizija nstabu ħatja ta’ traffikar ta’ droga, wieħed minnhom saħansittra fil-lock-up, kif ukoll sittax oħra li instabu ħatja ta’ pussess.[17] Dan huwa ftit inkwetanti u juri li, għall-fini ta’ eliġibbiltà, iktar milli wieħed jara jekk il-pulizija għandux tpinġija jew le, iktar importanti li jagħmel vetting daqsxejn aħjar u iktar sorveljanza.
Riċentement għamilt mistoqsija parlamentari [18]dwar jekk il-pulizija jistgħux ibigħu l-pensjoni, kif kien hemm ħsieb xi snin ilu. Kien hemm formula li l-pulizija kienu qablu dwarha, imma baqgħet qatt ma ġiet implimentata.
Jien nissuġġerixxi li nerġgħu nikkonsidraw li l-pulizija jkunu jistgħu jbigħu l-pensjoni. Kif ġie spjegat lili, kienet formula ftit ikkumplikata fejn, jekk pulizija jiġi nieqes sena wara li jispiċċa mill-Korp, allura l-mara tiegħu ma tieħu xejn minn dik il-pensjoni jekk huwa jieħu lump sum. Għandu jkun hemm din l-option li l-pulizija jaqblu ħafna magħha u li fl-aħħar mill-aħħar tkun qed tagħmel ġustizzja ma’ nies li taw tant ħin minn ħajjithom u, kif qed ngħid, anke f’ċirkostanzi ta’ periklu.[19] Fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbiltà tal-Korp tal-Pulizija, dik taż-żamma tal-ordni pubblika, hija waħda mill-ogħla f’soċjetà, allura għandhom jingħataw dak li ħaqqhom.
[1] Estimi Generali 2012-Voti tal-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern-Seduta 421-Parlament ta’ Malta-2 ta’ Dicembru 2011-l-Onor.Debono qal“Sur President, issa se nagħmel xi punti qosra li naħseb li jżidu ma’ dak li hemm previst fl-abbozz ta’ liġi. Se nibda billi nitkellem dwar il-Korp tal-Pulizija. Dan għamel progress kbir f’dawn l-aħħar snin imma ejja nkomplu nsaħħuh għax huwa importanti li dan ikun motivat. Il-Kummissarju tal-Pulizija qiegħed hawn preżenti u ma niddejjaq xejn nirringrazzjah tal-ħidma kbira li għamel matul dawn l-aħħar snin. Għaldaqstant ejja nkomplu ninjettaw l-enerġija fil-Korp tal-Pulizija.”
[2] F’Lulju 2012 xahar wara li l-Onor.Debono beda jiddiskuti l-Mozzjoni tieghu, l-Gvern waqqaf Kumitat biex jevalwa x’riformi hemm bzonn fil-Korp tal-Pulizija-“Committee to propose reforms to the Police Force-Debono welcomes announcement”, Times of Malta , 12th July 2012, “The Government is setting up a committee to look into what reforms are needed in the Police Force, the Prime Minister announced today. In a reaction, Nationalist MP Franco Debono welcomed the Prime Minister’s announcement. He said that reform of the police force had been one of the points of his private members’ motion currently being discussed in Parliament.Dr.Debono said that he was pleased that his calls for reform were being heeded.”
[3] Is-sejha ta’ Franco Debono ghal iktar rizorsi umani u taghmir fi hdan il-Korp ghadha tapplika u tinhass sal-gurnata tal-lum.“Police Association calls for more resources for the corps”,Timesof Malta.com,19th September 2015,“The Malta Police Association has called for greater allocation of manpower and resources to the police force.In a statement today the association referred to the multi-stabbing incident in Paceville where the aggressor resisted the police, and the more recent incident where a policeman was almost run over.It expressed solidarity with the police and the victims and called for uniform court sentencing which proves to be a deterrent.”
[4] Franco Debono, “Vision for Justice”, Times of Malta, September 11th 2011. Dr.Debono f’dan l-artiklu kien ghamel accenn fuq il-bzonn li jissahhah il-Korp tal-Pulizija “Legal and administrative measures are needed to strengthen the police force. A modern force requires a cutting edge forensic unit.The DNA apparatus, unfortunately is still on the way. Resolving overtime arrears and police union issues, splitting the investigative and prosecution roles, and strengthening the internal legal unit should help further inject motivation in the force, which has seen considerable improvements in recent years.”
[5] Private Members’ Motion Nru 280 – Mozzjoni tal-Onor Michael Falzon u l-Onor Jose’ Herrera dwar riformi fl-Oqsma tal-Ġustizzja u l-Intern(Sfiduċja fil-Ministru tal-Ġustizzja, l-Onor Carm Mifsud Bonnici)-Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono stqarr “ Il-Ministru għamel ukoll l-abbozz ta’ liġi dwar l-assoċjazzjoni tal-pulizija, bagħtulu ħafna assoċjazzjonijiet Ewropej u qalulu: Hemm x’mort tagħmel? Dik m’hijiex tajba!Għamiltlu mistoqsija parlamentari dwar dan imma ma weġibnix!”
[6] Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 474-Parlament ta’ Malta-16 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono qal “Irrid ngħix f’pajjiż fejn il-Pulizija jingħataw riżorsi. Hawnhekk mhux biss għall-vetturi qed ngħid għax dawk huma l-aktar ħaġa sempliċi, imma li l-Pulizija jkunu motivati u jkollhom Union suret in-nies. Wara wieħed mill-punti tal-mozzjoni privata tiegħi – nista’ nelenkahom għax għandi l-mozzjoni quddiemi li fiha 22 punt ta’ riformi fil-ġustizzja – kien hemm min iċċajta u qalli: Dawk għandna bżonn għaxar snin biex nagħmluhom kollha! Ejja nibdew nagħmluhom! Nixtieq ngħix f’pajjiż fejn il-Korp tal-Pulizija jkun motivat. U jien insellem lill-membri tal-Korp tal-Pulizija. Nibda mill-Kummissarju u nispiċċa bl-inqas uffiċjal li hemm għax naf li bil-mezzi limitati li għandhom jagħmlu l-mirakli.”
[7] Mistoqsija Parlamentari 34415 Parlament ta’ Malta tal-Onor.Franco Debono fejn saqsa lill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari jghid jekk hu rceviex korrispondenza minn Assocjazzjonijiet tal-Pulizija fl-Ewropa li kkritikaw il-proposti tieghu ghat-twaqqif tal-Assoccjazzjoni tal-Pulizija. 9/5/2012-l-Onor.Mifsud Bonnici qal li kien hemm diversi korrispondenza minn Assozjazzjonijiet tal-Pulizija fl-Ewropa, li qed tinghata l-attenzjoni mehtiega.Seduta Numru 475-21/5/2012.Fil-Mistoqsija Parlamentari 35078 Parlament ta’ Malta l-Onor.Debono staqsa lill-Ministru tal-Intern jghid mil-liema Assocjazzjonijiet ta’ Pulizija madwar l-Ewropa huwa rcieva feedback negattiv dwar proposta ghat-twaqqif ta’ union tal-Pulizija li tinsab f’Abbozz ta’ Ligi u jekk il-Korp tal-Pulizija kienx diga oggezzjona ghall-istess proposta qabel giet inkorporata fl-Abbozz? 25/5/2012-L-Onor.Lawrence Gonzi jghid li jinsab infurmat li, filwaqt li bhal ma ntqal fit-twegiba ghad-Domanda Parlamentari Numru 34415, kien hemm korrispondenza minn diversi Assocjazzjonijiet tal-Pulizija fl-Ewropa dwar id-Dritt tal-Pulizija li jissiehbu f’Union.Sa issa, ghar-rigward tal-proposta specifika li tinsab f’Abbozz ta’ Ligi, waslet korrispondenza biss minghand l-Albanian State Police Union li tablet li l-ligi proposta tkun rikonsidrata.Seduta Numru 486-4/6/2012.
[8] Franco Debono kien ilu jishaq fuq il-bzonn li tigi ffurmata union tal-Pulizija mis-sena 2011 u tlett snin wara f’Mejju 2014 din il-proposta avverat ruhha.
Keith Micallef, “GWU creates union for the police force”,Times of Malta,17th May 2014 “A new trade union for members of the police force was launched yesterday by the General Workers’ Union.Inspector Sandro Camilleri, who heads the legal office of the police force, was appointed president of the Police Officers’ Union.”
Keith Micallef, “Police Association to form independent union once legislative changes come to force”, Times of Malta,16th May 201 “The Malta Police Association would form a truly independent union to continue to safeguard the interests of its members once the proposed legislative changes come into force, it said this evening.The association’s statement came in the wake of the formation of a new police union affiliated to the GWU this morning.Home Affairs Minister Manuel Mallia last Wednesday announced a Bill which would grant members of disciplined corps the right to enrol in a trade union.”
[9] Private Members’ Motion Numru 280-Mozzjoni tal-Onor.Michael Falzon u l-Onor.Jose` Herrera dwar riformi fl-Oqsma tal-Gustizzja u l-Intern(Sfiducja fil-Ministru tal-Gustizzja,l-Onor.Carm Mifsud Bonnici)-Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012,l-Onor.Debono kkummenta
“Il-Ministru għamel ukoll l-abbozz ta’ liġi dwar l-assoċjazzjoni tal-pulizija,bagħtulu ħafna assoċjazzjonijiet Ewropej u qalulu: Hemm x’mort tagħmel? Dik m’hijiex tajba! Għamiltlu mistoqsija parlamentari dwar dan imma ma weġibnix! Għall-overtime ma ħallashomx!”
[10]Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 388-Parlament ta’ Malta-4 ta’ Ottubru 2011-l-Onor.Debono rrimarka “F’dawn il-ġranet kellna wkoll il-pulizija li qegħdin jitolbu kondizzjonijiet oħrajn. Allura mhuwiex desiderabbli li llum f’dan il-pajjiż għandek ċertu ammont ta’ demotivazzjoni. Jiena ngħid li għandu jkollok korp tal-pulizija motivat. Għandhom issues fuq il-union tal-pulizija. U jiena ngħid li its long overdue li kemm l-issue tal-union tal-pulizija tkun sorvolata, kif ukoll l-issue tal-arretrati tal-overtime li ħadmu l-pulizija, ikunu sorvolati. Hemm bżonn li jkollna korp tal-pulizija motivat. Hemm bżonn li jkollna korp tal-ġudikanti motivat.Ma jistax ikun li biex ikollok demokrazija b’saħħitha… Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-pilastri prinċipali tad-demokrazija.”
[11] It-thassib u l-preokkupazzjoni ta’ Dr.Franco Debono li jitilqu l-ahjar elementi mill-Korp huwa palpabli anke llum il-gurnata u donnu kien profetiku fi kliemu- Ivan Camilleri “ ‘Mass Exodus’ of top police officers”, Times of Malta ,2nd September 2015.“Some of the highest and most experienced police officers have resigned in what is being described as an unprecedented mass exodus.The Times Of Malta is informed that Deputy Police Commissioner Pierre Calleja has called it a day and two Assistant Police Commissioners, Antoine Casha and Norbert Ciappara, have also resigned.Other assistant police commissioners are also toying with the idea of leaving the force, sources close to the forces of law and order say.Other senior officers, including superintendents and inspectors, have also stepped down.”
[12] Private Members’ Motion-Numru 280-Mozzjoni tal-Onor.Michael Falzon u l-Onor.Jose’ Herrera dwar Riformi fl-Oqsma tal-Gustizzja u l-Intern (Sfiducja fil-Ministru tal-Gustizzja,l-Onor.Carm Mifsud Bonnici)-Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012“Nixtieq ikolli ċans insemmi kollox fosthom l-apatija li hemm. Għandek persuna bħal Pierre Calleja, li huwa t-tifel tal-ex-Kummissarju Freddie Calleja, wieħed mill-aqwa investigaturi li qatt ra dan il-pajjiż, li se jitlaq mill-Korp. Il-Prim Ministru wara dak imissu jmur biex ma jitlaqlux mhux wara l-Ministru. Wara dak imissu jmur, wara s-servizz li ta hu u familtu lil dan il-pajjiż. U mhux kemm daħlu rekluti.Pereżempju l-messaġġiera jagħmlulek applikazzjonijiet u ħadd ma jrid imur il-Qorti. Barra minn hekk kemm qed jitilqu pulizija! Qed jitilqu bl-addoċċ, eżodu! Hemm apatija u letarġija kbira.”
[13] Mistoqsija Parlamentari 34531 Parlament ta’ Malta tal-Onor.Franco Debono li staqsa lill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari jghid fl-ahhar erba’ snin kemm ufficjali tal-pulizija telqu mill-Korp kif appena jghalqu 25 sena servizz u kemm fil-prezent hemm membri tal-Korp ghalqu 25 sena servizz u ghadhom fil-Korp u f’liema gradi. 14/5/2012-Il-Ministru wiegeb li jinsab infurmat li matul dawn l-ahhar erba’ snin cioe’ mill-2009 ‘l hawn kien hemm 56 membri tal-Korp li rtira mis-servizz appena ghalqu l-25 sena servizz.Infurmat ukoll illi fil-prezent hemm 195 membri tal-Korp li ghalqu l-25 sena servizz u li ghadhom iservu fil-Korp.Dawn huma Kummissarju, Deputat Kummissarju, 5 Assistenti Kummissarji, 6 Supretendenti, 4 Spetturi ,23 Surgent Maggur, 17-il Surgent u 138 Kuntistabbli.Seduta Numru476-22/5/2012.
[14] Mistoqsija Parlamentari 32419 Parlament ta’ Malta tal-Onor.Franco Debono titratta fuq pulizija li hadu l-kors tal-ligi. Huwa saqsa lill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari jghid kemm ufficjali tal-Korp tal-Pulizija ghamlu l-kors tal-ligi fl-ahhar ghaxar snin u kemm minn dawn ghadhom fil-Korp.L-Onor.Debono saqsa wkoll fiex jikkonsisti l-Legal Unit fi hdan il-Korp. 28/2/2012-l-Onor.Ministru jghid li n-numru ta’ membri tal-Korp illi f’dawn l-ahhar ghaxar snin talbu ghall-Qualification Allowance wara li gradwaw fil-kors tal-Ligi, kien ta’ hmistax fosthom sitta ghadhom membri fil-Korp tal-Pulizija. Seduta Numru 453-5/3/2012.
[15] Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 461-Parlament ta’ Malta-27 ta’ Marzu 2012 Dr.Debono qal “Huwa importanti li l-Korp tal-Pulizija jkompli jissaħħaħ, u għaldaqstant nixtieq nesprimi l-fiduċja totali tiegħi fil-Kummissarju preżenti li għamel ħafna xogħol. Ġab lill-Korp tal-Pulizija ’l quddiem bil-mezzi limitati li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu. Però biex inkun onest naħseb li l-Korp tal-Pulizija għandu bżonn aktar direzzjoni politika…Fil-fatt, kif diġà għedt, fis-sena 2003 kien hemm diġà l-ħsieb u jien inħeġġeġ lil min hu responsabbli biex nevalwaw din is-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija. Hawnhekk irrid ngħid li mhux il-Kummissarju biss iżda anke ħafna mill-uffiċjali tal-Korp, investigaturi u prosekuturi huma tajbin…Fuq din il-parentesi li tikkonċerna l-Korp tal-Pulizija ngħid li qatt ma nagħmlu biżżejjed biex insaħħu l-Korp tal-Pulizija. Hemm bżonn nagħmlu aktar. Imxejna ħafna ’l quddiem, speċjalment f’dawn l-aħħar għaxar snin, però jeħtieġ li ngħatu aktar. Jeħtieġ li l-Korp tal-Pulizija nżommuh motivat. Jien tkellimt fuq l-assoċjazzjoni tal-Pulizija, wieħed mill-elementi li jinsab fil-mozzjoni privata tiegħi, u tajjeb li nkomplu nimmotivaw lill-Korp tal-Pulizija. Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa inkarigat miż-żamma tal-ordni f’din is-soċjetà. Ovvjament għandu jkun ibbilanċjat bid-drittijiet tal-akkużati u bid-drittijiet tas-suspettati li wkoll tkellimt dwarhom. Jekk ma jkunx hemm bilanċ, naħa jew oħra se tbati. Is-sigriet huwa dejjem il-bilanċ!”
[16] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-l-Hdax-il Parlament-Laqgha 32 tat-23 ta’ Mejju 2012 fejn fuq l-agenda kien hemm il-Konsolidazzjoni tal-Ligijiet Kriminali-l-Onor.Chairman Dr.Debono tkellem fuq il-htiega li l-Kummissarju tal-Pulizija jkollu legal set-up adegwat fil-prezenza tal-istess Kummissarju John Rizzo li kien wiehed mill-mistiednin partecipi f’din il-Laqgha.“L-istess ngħid għall-Kummissarju, ngħidha kemm-il darba, ma niddejjaqx ngħidha fil-preżenza tiegħek, nemmen li l-Kummissarju bir-riżorsi li għandu naħseb li jagħmel il-mirakli biex inkun onest, ngħidha minn warajk u ngħidha wkoll fil-preżenza tiegħek, Sur Kummissarju. Imma ovvjament kemm l-Avukat Ġenerali kif ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija jridu legal set-up, struttura legali li tiffaċilitalhom aħjar ix-xogħol tagħhom. Jiġifieri tajjeb inħarsu kif se nimxu ‘il quddiem. Fil-passat sar ħafna xogħol, sar xogħol tajjeb, imma ejja nħarsu ‘il quddiem u naraw kif nistgħu nimpruwvjaw.”
[17] Minn zewg Mistoqsijiet Parlamentari 35151 u 35152 Parlament ta’ Malta tal-Onor.Franco Debono 28/5/2012 lill-Ministru tal-Intern harget din l-informazzjoni ta’ kemm-il Pulizija nstabu hatja ta’ reati kontra l-ligijiet tad-droga u x’pieni nghataw.L-Onor.Lawrence Gonzi jghid li jinsab infurmat illi matul dawn l-ahhar ghaxar snin, cioe’ mill-2002 sal-lum, kien hemm tlett persuni li nstabu hatja li meta kienu membri fil-Korp tal-Pulizija, kellhom fil-pussess taghhom u ttraffikaw id-droga. Wiehed inghata ghaxar xhur prigunerija, iehor inghata sentejn prigunerija u Lm800 multa; filwaqt li iehor inghata sittax-il sena prigunerija u 40,000Ewro multa.Barra minn dan kien hemm ukoll hdax-il persuna ohra li nstabu hatja ta’ pussess ta’ droga.Il-piena moghtija kienet tinkludi sentenzi sospizi ta’ prigunerija, multi, kif ukoll liberta’ kondizzjonata. Seduta Numru 486- 4/6/2012.
[18] Mistoqsija Parlamentari 33250 Parlament ta’ Malta tal-Onor.Franco Debono li saqsa lill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari jghid hemmx il-hsieb li jigu effetwati emendi kontemplati fl-2003, fir-regolamenti li jirrigwardaw il-pensjonijiet tal-Pulizija fis-sens li tigi ntrodotta l-ghazla li l-ufficjali tal-Pulizija li se jirtiraw ikunu jistghu jigu moghtija flok din il-pensjoni, pensjoni bir-rata ta’ tlett kwarti tal-pensjoni originali flimkien ma’ gratifikazzjoni li tkun daqs tnax-il darba u nofs l-ammont li hekk jitnaqqas mill-pensjoni originali jew jekk xi tibdil iehor huwiex mahsub? 21/3/2012-l-Onor.Mifsud Bonnici jwiegeb li ma hemm ebda hsieb li jigu disturbati l-arrangamenti prezenti ghar-rigward tal-pensjoni tas-servizzi li jibbenefikaw minnha membri tal-Korp tal-Pulizija. Seduta Numru 460-26/3/2012.
[19]Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 461-Parlament ta’ Malta-27 ta’ Marzu 2012-l-Onor.Debono qajjem il-kwestjoni tal-pensjoni tal-pulizija –
“F’waħda mill-mistoqsijiet li għamilt staqsejt kemm hemm uffiċjali li talbu biex jirtiraw mill-Korp. Il-bieraħ ingħatajt tweġiba u hemm numru ta’ uffiċjali u mbagħad għamilt mistoqsija oħra dwar il-bdil fil-pensjoni. U hawnhekk, jekk verament irridu nsaħħu l-Korp tal-Pulizija li jagħmel xogħol imprezzabbli fis-soċjetà, fiż-żamma tal-ordni u jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet diffiċli u jekk verament ma rridux inħallu lill-familjari tal-membri ta’ dan il-Korp ibatu magħhom, naħseb li r-regolamenti li jirrigwardaw il-pensjonijiet tal-pulizija jridu jiġu emendati kif anke kien propost fl-2003. Dan fis-sens li tiġi ntrodotta l-għażla li l-uffiċjali tal-pulizija li jkunu se jirtiraw minflok dik il-pensjoni jkunu jistgħu jingħataw pensjoni bir-rata ta’ tliet kwarti tal-pensjoni oriġinali flimkien ma’ gratifikazzjoni li tkun daqs 12-il darba u nofs l-ammont li qed jitnaqqas mill-pensjoni oriġinali. Din hija skema li tidher daqsxejn kumplikata però l-verità hi li llum jekk pulizija jirtira mill-Korp u l-għada jiġi nieqes l-armla tibqa’ b’xejn. Illum il-ġurnata dik hi s-sitwazzjoni, u intuli li noqogħdu ngħidu li napprezzaw il-fatt li l-familjari tal-pulizija jbatu magħhom għal dawk is-snin kollha.Għaldaqstant f’dan ir-rigward jien għamilt mistoqsija u r-risposta kienet li m’hemm l-ebda ħsieb li jiġu disturbati l-arranġamenti preżenti meta jien infurmat li l-pożizzjoni tal-Korp tal-Pulizija hija li jixtiequ li jkun hemm emendi fil-mod kif jittieħdu l-pensjonijiet. Fil-fatt, kif diġà għedt, fis-sena 2003 kien hemm diġà l-ħsieb u jien inħeġġeġ lil min hu responsabbli biex nevalwaw din is-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija. Hawnhekk irrid ngħid li mhux il-Kummissarju biss iżda anke ħafna mill-uffiċjali tal-Korp, investigaturi u prosekuturi huma tajbin. Jien fil-mozzjoni privata li għamilt aċċennajt ukoll għall-fatt li r-rwol ta’ investigatur u ta’ prosekutur għandhom ikunu mifrudin biex min qed jinvestiga jkun jista’ jiddedika l-ħin tiegħu biex jinvestiga u l-prosekutur ikun jista’ jqatta’ l-ħin tiegħu fil-Qorti.”
Sorry, the comment form is closed at this time.