
24 Sep 2018 P.N. – ezami tal-kuxjenza
Min jaghmel hafna dnubiet, u l-P.N. ghamel hafna dnubiet (politici), irid imur iqerr u jekk ma jmurx iqerr irid ghallinqas jaghmel ezami tal-kuxjenza, biex fl-ahhar tal-process jindem, jissaffa u jibda folja gdida. U min ikun genwin jibda addirittura hajja ahjar minn qabel . . . .
U hekk irid jaghmel – kellu jaghmel – l-P.N.
Fis-Sunday Times, f’itervista ma’ Ivan Camilleri, Godfrey Farrugia stqarr li ma kienx ikkontesta mal-P.N. snin ilu fi zmien meta Fenech Adami kien offirelu ghax kien hemm min fil-partit ghamillu bsaten fir-roti fuq d-distrett ta’ haz-Zebbug ghax rawh popolari u seta’ kien theddida. Issa Godfrey dahal fil-politika fl-1993 bhala sindku ta’ Haz-Zebbug u r-raguni tghidli li dik l-habta l-persuna minn dak d-distrett li kella sahha timblukkah fin fin kien Louis Galea li dak z-zmien kellu sahha kbira fil-partit.
R-raguni tipponta lejn Louis Galea pero’ hu jaf ghal min kien qed jghid.
U nitkellem mill-esperjenza diretta wkoll. Snin wara jien doqt l-istess medicina minghand Louis Galea. Aktarx jien kont ftit aktar gurdien minn Godfrey Farrugia ghax minkejja l-manuvri tal-idejn mohbija jien mhux talli kkontestajt talli tlajt flok Louis. Nkun onest – ghalija kien unur ghax Louis politiku makakk u li ta sehem kbir, bit-tajjeb u l-hazin lil P.N. Li l-elettorat ghazilni minfloku fl-aqwa tieghu ghalija kien unur kbir.
Pero’ din li tlajt minfloku Louis qatt ma ddigeriha u m’ghandix dubju li kien wiehed mir-ragunijiet ghaliex ma stajtx navvanza fil-partit minkejja li kien jisthoqqli. Xi darba nirrakkonta izda mhux illum. Ovvjament uza l-influenzi tieghu konsiderevoli sa dak z-zmien biex iqasqas l-gwienah u dak li jkun ma jtirx.
Tahsbu li wara li ‘hadtlu’ s-siggu kien se jtir bil-ferh jarani navvanza? Louis Galea jaf kif jitfa’ l-gebla u jahbi idu.
Issa Louis ta kontribut konsiderevoli lil P.N. u jien dan kollu nirrikonoxxih. Pero’ meta nisma li ta’ sebghin sena Louis Galea jista’ jew ghandu jkun wiehed minn dawk li jergghu iqajmu l-P.N. fuq saqajh sincermanet nitbissem u tafu x’nghid.
TANT WARRAB LIL KULL MIN KELLU TALENT MATUL S-SNIN LI QED JERGA JISSEMMA’ HU MHUX GHAX XI GENJU IZDA GHAX KECCA LIL KULL MIN SETA’ JAGHMEL PASS.
U hawn l-P.N. irid jifhem lilu nnifsu. Min hu Louis Galea ghall-P.N.illum, mhux tletin sena ilu. Wahda mill-akbar problem li ghandu l-P.N. illum hija nixfa ta’ talent u rizorsi umani. Ghaliex? Ghax nies bhal Louis, biex jibqghu dejjem huma raw if ghamlu warrbu lil kull min kellu potenzjal.
Mela llum Louis huwa s-soluzzjoni jew li holoq l-problema? Llum, mhux tletin sena ilu, fi zmien l-Awziljari.
Ovvjament peress li biex jibqghu dejjem huwa warrbu lil kull min kellu potenzjal, qatghu xewqthom . . .illum. . ghad hemm . . huma . .ta’ sebghin sena . . .
Mhux bilfors ihossuhom ‘ikoni’ tal-partit jekk f’hamsin sena ma taw cans lil hadd ‘jidhlilhom fl-ghalqa’. Meta jien tlajt minfloku l-partit kellu jikkunsidra lilu bhala l-passat u lili bhala l-futur. Imma le – hu kien l-‘ikona’ u jien kont l-‘intruder’ li dhaltlu fl-ghalqa li kien iqisha propjeta privata tieghu. X’ma jinxifx l-P.N. jekk dawn n-nies jahsbu li huma biss jifhmu!?
Issa missier li jkollu negozju jew sengha x’jaghmel? Irawwem lil uliedu, u kif jigi z-zmien jirtira u jhalli f’idejhom. Imma l-P.N. ghamel bil-maqlub. L-missier ried jibqa’ hu sa meta jaghlaq l-mitt sena u ara x’gara!
Domanda tal-ahhar li nqajjem b’wicci minn quddiem ghax m’ghandi xejn x’nahbi – min kienet l-id mohbija wara l-manuvri kontra Hermann Schiavone lura fl-2003? Apparti l-kandidati Laburisti fil-Hames distrett kien hemm ukoll Louis Galea, Ninu Zammit, Helen Damato u jien.
Schiavone jista jirrepeti l-istess diskors ta’ Godfrey Farrugia ? Min imblokla lil Schiavone fl-2003 kellu bizzejjed sahha fil-partit biex jimblukkah!
Nfakkarkom x’kien d-diskors ta’ Godfrey Farrugia fis-Sunday Times – Ivan Camilleri staqsieh – Like you, I’ve been around for quite some time, although in journalism. I remember Prime Minster Eddie Fenech Adami trying to convince you to become a PN MP, eventually a possible member of his Cabinet. Why did you refuse?
Godfrey wiegeb – I never refused the offer. Dr Fenech Adami wanted me to be part of his team but the prevailing circumstances in the Żebbuġ district at the time, and other forces within the same party, made it difficult for me to contest. . . . . I never refused. But there were other forces in the district who made sure that I did not contest. You can assume why. At the time I was very popular and some thought I was too big of a risk.
Qabel l-P.N. jirrisolvi dawn d-domandi u l-konsegwenzi taghhom l-P.N. ma jista’ QATT jiehu r-ruh.
Sakemm idum iqis lil nies bhal Louus Galea bhala xi baqra sagra l-P.N. jibqa jigdeb lilu nnifsu u ma jistax jiehu ruh.
M’ghandix dubju li wara li l-P.N. jaghmel dan l-ezami tal-kuxjenza, Louis Galea jkun jista’ jaghti kontribut xieraq u ADATTAT lill istess partit fejn kulhadd ihares lejn xlxin fi spirtu ta fratellanza, MAHFRA u ghaqda u sens ta kuxjenza safja bhal dak li jkollu bniedem wara l-qrar.
Jojo
Posted at 13:04h, 25 SeptemberLa darba tlajt kontra dal mewg, kont nistenna tikkontesta ghal kap malli warrab Gonzi. Illum forsi il partit kin ikollu derha differenti
Manuel
Posted at 11:55h, 25 SeptemberX ezami tal kuxjenza! Hemm fazzjoni fil partit li qed tghamel min kollox biex tkissru l partit nazzjonalista.
Il Fawwara
Posted at 10:59h, 25 SeptemberTant kibritlu rasu, u haseb li ghax xtara l voti bil pjaciri u l manuvri kien ser jibqa msammar mas siggu, li meta n nies xebat sal ponta ta mnehirha u cahditlu l vot, m accettahiex.
Musmar gdid jaqla l qadim u xejn ma jsaddad.
Suppost!
Giacchino
Posted at 10:01h, 25 SeptemberMhux se nidhol fpolemiki imma lahhar paragrafu ma jghid xejn hlief rieda tajba
Blue Titanium Soldier
Posted at 08:43h, 25 SeptemberLa il musmar il gdid ikun qala lantik, is sewwa jitlob li lantik jofri lesperjenza lil gdid biex jejnu iwitti it triq. Millhi jider dan ma sehx
Nazzjonalist mit twelid
Posted at 08:19h, 25 SeptemberHallejtni bla kliem.
Part time farmer
Posted at 05:56h, 25 SeptemberMhux ovvja li Louis Galea ma kienx ha jwarrab kutu kutu wara li kien holoq imperu tieghu fis sawt! Kemm qassam xoghol lil kostitwenti tad distrett meta kien qed jinbena l freeport. Kemm ghamel pjaciri lil min seta jpattilu bil vot. Rabba l gheruq u ma kien ha jhalli l hadd jidhollu fl ghalqa.
L ewwel hu u l poter mela l gid tal partit!