24 Aug 2018 L-izball ta’ Daphne dwar Egrant
Daphne – l-Bambin jaghtiha l-mistrieh ta’ dejjem – ma kienetx intelligenti daqs kemm tahseb. Ghaliex ? Ghax f’tal-Egrant ghamlet zball li qatt ma kella taghmel – mill-argument qabzet ghal FATT. Zball fatali li kisser lilha u l-P.N. u dan meta kieku llimitat ruhha ghat-territorju tal-argument setghet tirbah hafna punti ghaliha u ghal min rikeb fuq l-karru taghha.
Nghiduha kif inhi ahna m’ahniex nies imbecilli jew idjoti. Jekk min waqqaf t-tliet kumpaniji kien qal li l-isem tas-sid tat-tielet kumpanija kien se jaghtih fuq Skype ghax jidher li kien sensittiv aktar mill-Kasco u Konrad allura ftit hemm fejn wiehed jista’ jmur. Thaddem mohhok u tasal min hu mahmug pesti u min hu nadif. Kif appena wiehed japplika r-raguni malajr jasal ta’ min probabbli hija Egrant. Elementari kwazi. U fil-politika l-probabbli jghodd diment li tibqa’ fit-territorju tal-argument.
Qed nitkellmu fuq ministru u chief of staff tal-Prim Ministru. Min jista’ jkun persuna aktar sensittiva minn dawn t-tnejn? Ftit hemm fejn tmur. Dan huwa argument legittimu. Ma hemm bzonn ebda inkjesti ghax hadd ma hu qed jaghmel allegazzjonijiet dwar fatt. L-argument jindika d-direzzjoni inkriminanti pero jieqaf hemm, ma jaghmilx l-izball fatali li ghamlet Daphne meta ghamelt allegazzjoni ta’ FATT – Egrant hija ta’ Michelle. L-argument jista’ jsir, l-fatt ma jistax jigi allegat minghajr prova konkreta.
Jien nemmen li b’dan l-argument biss, per ezempju, minghajr l-esagerazzjonijiet, allegazzjonijiet mhux pruvati jew sostanzjati u xinxilli li ziedet Daphne, l-Labour jista’ jiehu daqqa ta’ harta serja fl-elezzjoni li gejja tal-MEPs – vot ta’ protesta fejn l-voti jmorru fuq partiti zghar, godda jew kandidati indipendenti.
Jekk l-allegazzjoni Egrant tinzamm fit-territorju tal-argument minghajr ma jigi invaz t-territorju tal-fatt tista’ tkun ta’ ugigh ta’ ras kbir ghal Labour ghax tiehu hajja gdida bla mittiefsa mit-toqol li ggib maghha allegazzjoni ta’ FATT. Ironikament meta Daphne fajjret allegazzjoni ta’ FATT meta ma kellix prova l-Labour hadu r-ruh! – issa ppruvaha jekk ghandek hila! Kif appena Daphne ghamlet dak l-pass zejjed kif kellha habta taghmel – kissret kollox!
Nemmen li fl-elezzjonijiet tas-sena d-diehla l-issue Egrant se tkun centrali hafna aktar milli kienet fl-ahhar elezzjoni generali.
Diment li tibqa’ fit-territorju tal-argument m’ghandekx bzonn inkjesti u mutetti gahx inti qed tuza r-raguni u l-logika pero’ kif appena taghmel allegazzjoni ta’ FATT tiskatta regola fundamentali – min jallega jrid jipprova. Jien nista ngib hafna argumenti dwar cirku zghir hafna ta’ persuni ta’ min jista hi Egrant u jkunu argumenti legittimi bbazati fuq informazzjoni pubblika u konfermata pero kif appena naqbez c-cint tal-argument u naghmel allegazzjoni ta’ FATT – li Egrant hija ta’ Cikku jew Peppa hemmekk nkun tghabbejt b’piz enormi li jekk ma noqghodx attent jghaffigni sakemm ma jkolix provi konkreti.
Dan kien l-zball fatali ta’ Daphne – mit-territorju tal-argument qabzet ghal dak perikoluz u oneruz tal-allegazzjoni dwar FATT.
Panama diet Plan
Posted at 21:37h, 24 AugustDaqs kemm kien boccu ‘l Prim qabel Daphne giet tivvinta din tal-Egrant. Darba qal li rqaq ghax qieghed fuq il-Panama diet. X’kull wahda wkoll ma nafx min fejn jivvintawhom
Le Grand
Posted at 20:24h, 24 AugustGieli jghaddili min mohhi li Daphne mhux talli ma kienetx intelligenti, imma talli giet uzata u mormijja. Rest in peace.