Min imissu?

Min imissu?

Hafna qed jistaqsu min imissu jduq l-ghadab u r-rabja ta’ Hermann Schiavone.

Wara li f’Settembru li ghadda kien aggressiv fil-konfront ta’ Jason Azzopardi, u ftit granet ilu fil-konfront ta’ Chris Said fil-laqgha tal-grupp Parlamentari P.N. tal-bierah mess lil Therese Commodini Cachia dduq r-rabja ta’ Schiavone li qisu qed jehodha vizzju jghollli lehnu u aktar mad-deputati Nazzjonalisti.

Filwaqt li l-episodju tal-bierah kien ferm anqas ahrax minn dak ma’ Chris Said ftit jiem qabel, jidher li lbierah beda jghajjat u jippriedka ma Therese li ghandha ssegwi l-kap, peress li kienet wahda minn tal-ewwel li ddikjarat li ma kenitx se tivvota favur l-mozzjoni prezentata mil-bozza tal-elf  Stephen Spiteri. Beda juza vuci gholja tant li kien hemm xi uhud appellawlu biex ibaxxi lehnu.

Therese li bhala kompetenza u serjeta’ m’hemmx paragun bejnha u bejn Schiavone setghet wegbitu b’din l-quote meta beda jipontifika u jippriedka fuq lealta’ lejn l-kap u l-partit u tfakkru kif hu ma thalliex jikkontesta elezzjoni generali propju minhabba disubbidjenza, dizonesta’ u slealta’ lejn l-partit u d-deputati tieghu –

Times of Malta 28th December 2011-
”Hermann Schiavone is not a candidate of the PN and has been directed not to present himself as one, the Nationalist Party said. “It is unacceptable for the Nationalist Party that a serious allegation is made against one of its MPs by a person who then fails to either substantiate the allegation when asked to do so or to withdraw the allegation,” it said.
The PN added that notwithstanding the fact that Dr Schiavone was directed not to present himself as a candidate, he failed to adhere to these instructions.”

D-domanda fuq mohh hafna fil-fatt issa hija – Min imissu? Min imissu jkun vittma tas-salvagizmu ta’ Schiavone?

Bi Schiavone tletin sena shah jipprova jigi elett izda bla success, l-P.N. ghamel hamsa u ghoxrin sena minnhom fil-gvern. Kif tela’ Schiavone wara tletin sena jipprova, l-P.N. garrab l-Akbar telfa fl-istorja tieghu! Schiavone ma sarx whip pero huwa l-mascot tas-sitwazzjoni attwali fil-P.N. – skont s-surveys f’elezzjoni jitlef b’70,000.

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.