
23 Nov 2017 Breaking news – Episdoju vjolenti fil-grupp Parlamentari tal-P.N.
Dan s-sit ghandu informazzjoni li waqt laqgha tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista tas-6 ta’ Novembru 2017 li nzammet fil-bini tal-Parlament ghall-habta tal-5 ta’ filghaxija Hermann Schiavone filwaqt li beda jghajjat u jsabbat, liema ghajjat u tisbit seta’ nstema’ mhux biss mill-ufficji ta’ ministri tal-Partit Laburista li jinsabu biswit izda wkoll jidwi mal-Parlament kollu, qam bil-wieqfa u hebb ghal Chris Said tant li kellu jigi mizmum minn diversi deputati ohra fosthom Karol Aquilina biex iwaqqfuh milli jattakka bi vjolenza lil istess Chris Said.
L-kwistjoni nqalghet dwar l-mozzjoni li pprerzenta Chris Said u filwaqt li Schiavone beda joffendi lil Chris Said bil-familja, jghajjat u jsabbat u prova jhebb ghalih, Said baqa bil-qieghda u ma rreagixxiex.
Dan l-agir vjolenti u aggressjoni (li thebb ghal xi hadd) jista’ jikkostitwixxi reat taht l-art 339(1)(d) tal-Kodici Kriminali. D-definizzjoni legali ta’ hebb ma tehtiegx li persuna attwalment terfa jdejha fuq persuna ohra izda attegjament vjolenti u minaccjanti jista’ jikkwalifika bhal hebb. Dan l-incident gara quddiem u fil-presenza tal-grupp Parlamentari kollu kemm hu u l-ghajjat seta’ nstema’ jidwi mal-bini tal-Parlament.
Mhux maghruf jekk l-Pulizija jew l-iSpeaker humiex se jiehdu passi. Din mhux l-ewwel darba ta’ Schiavone ghax lura f’Settembru ta’ din s-sena kien prova jhebb ghal Jason Azzopardi dak n-nhar tal-votazzjoni ghal kap u hemm xhieda. Kienet saret riferenza vaga ghal dan l-incident fil-mezzi tax-xandir.
Attegjamenti bhal dawn huma kompletament godda ghal P.N. ghaliex minkejja li fl-ahhar snin l-partit ghadda minn mumeti ta’ tensjoni kultant kbira s-sitwazzjonijiet qatt ma ddegeneraw f’dan l-istat. Wiehed jista jargumenta li filwaqt li episodji ta’ kitba fuq Facebook iqajmu ghagha, episodji bhal dawn ta hebb u attentati ta’ vjolenza fizika huma ferm aktar serji.
Schiavone ghandu storja turbolenti mmens fil-P.N. u twaqqaf u ma thalliex jikkontesta zewg elezzjonijiet minn Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi fi spazju t’ghaxar snin. Ironikament kien meta Said kien segretarju generali li rega’ tpogga’ fuq l-lista tal-kandidati tal-P.N. pero kif jista’ jara kulhadd dan l-persuna m’ghandu rispett lejn hadd!
Carl
Posted at 11:53h, 23 NovemberMin jitwieled tond ma jmutx kwadru jghid il Malti. Dan Schiavone ilu jaqla’ nkwiet fil PN min dejjem.
Niftakru l kas ta meta mar jghid ma Edgar Galea Curmi ic chief of staff tal PM li kont int li baghat ittra annonima li habba fiha ma thalliex jikkontesta l elezzjoni.
Taf x ma qalilniex dan Schiavone – x kien fiha dik l ittra anonima u ghalfejn ma kkontestax l elezzjoni ta hames snin wara imma minflok telaq mil pajjiz!
Ara biex kellu jitqanna l partit illum!!
Carl
Posted at 11:52h, 23 NovemberMin jitwieled tond ma jmutx kwadru jghid il Malti. Dan Schiavone ilu jaqla’ nkwiet fil PN min dejjem.
Niftakru l kas ta meta mar jghid ma Edgar Galea Curmi ic chief of staff tal PM li kont int li baghat ittra annonima li habba fiha ma thalliex jikkontesta l elezzjoni.
Taf x ma qalilniex dan Schiavone – x kien fiha dik l ittra anonima u ghalfejn ma kkontestax l elezzjoni ta hames snin wara imma minflok telaq mil pajjiz!
Ara biex kellu jitqanna l partit illum!
ronald zammit
Posted at 10:56h, 23 Novembergive us a break Franco