L-Avukat Generali – 2011

L-Avukat Generali – 2011

1)”The role and powers of the Attorney General, counsel to government and chief prosecutor, should be analysed, re-examining his latitude of discretion, in certain cases without the duty to give reasons.” – Franco Debono, “Vision for Justice”, Times of Malta, September 11th 2011;

(2)-”Jehtieg reviżjoni estensiva tar-rwol tal-Avukat Ġenerali fis-sistema legali tagħna u tal-poteri diskrezzjonali tiegħu. Fis-sistema legali tagħna l-Avukat Ġenerali huwa ftit minn kollox kullimkien. Huwa jfassal il-liġijiet, huwa prosekutur, jagħti pariri lill-Gvern, ifassal l-istess liġijiet li mbagħad huwa stess ikun parti fihom quddiem il-qrati u jieħu ħsieb l-inkjesti. Kollox ħallata ballata!” – Seduta 439 – Parlament ta’ Malta – 25 ta’ Jannar 2012 – Onor Franco Debono;

(3)“Irrid ngħix f’pajjiż fejn l-Avukat Ġenerali jkollu l-poteri, ir-rwol u l-funzjonijiet tiegħu riveduti għax fis-sistema tagħna li hija hybrid system għax ħadna parti mis-sistema kontinentali u parti mis-sistema Brittanika, dan huwa l-Avukat tal-Gvern, Prosekutur Pubbliku u xi kultant jabbozza liġijiet li hu stess ikun parti fihom. Hemm bżonn reviżjoni kompleta tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u jien nixtieq ngħix f’pajjiż fejn din ir-riforma saret snin ilu.” – Aggornamenti Onor.Franco Debono – seduta Numru 474 – Parlament ta’ Malta – 16 ta’ Mejju 2012;

(4)”Is-seba’ punt:  ir-reviżjoni u ridefinizzjoni ta’ ċerti poteri tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll id-dover li jagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu f’ċerti ċirkostanzi. Kif għedt, hawnhekk huwa wieħed mill-oqsma fejn l-Avukat Ġenerali huwa riżultat ta’ din is-sistema mista li għandna, u naħseb li wasal iż-żmien li nanalizzaw il-poteri, ir-rwol u l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali. L-Avukat Ġenerali qiegħed ftit kullimkien. . . . . .

Però hemm bżonn ukoll ridefinizzjoni tal-poteri tiegħu.  Dan qed jagħmel drafting tal-liġijiet, liġijiet li mbagħad ikun parti fihom huwa stess. Huwa public prosecutor, counsel to government, għandu rwol fl-inkjesti u fil-kumpilazzjonijiet, qiegħed ftit kullimkien. Ejja naraw daqsxejn hemmx xi rwoli tal-Avukat Ġenerali li jistgħu jgħaddu lil ħaddieħor u ejja naraw ir-rwol ta’ maġistrat inkwerenti li jikkonċentra esklussivament fuq l-inkjesti jistax imbagħad jiffittja wkoll fis-set-up tal-Avukat Ġenerali.

Din tista’ tkun riforma maġġuri, u hemm ħafna x’wieħed jgħid fuq din ir-ridefinizzjoni, reviżjoni u analiżi tal-poteri, il-funzjonijiet u r-rwol tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fis-sistema legali tagħna. L-Avukat Ġenerali għandu rwol fundamentali, għandu status ta’ Imħallef tal-Qrati Superjuri, skont il-Kostituzzjoni – sezzjoni 90, jekk m’iniex sejjer żball – u jieħu deċiżjonijiet kważi ġudizzjarji għalkemm huma amministrattivi!  Waħda mill-ikbar problemi li nara fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, apparti l-istruttura, hija li ma jagħtix raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu.

Dan huwa punt li ċertament irid jiġi ndirizzat u jrid jiġi emendat. Pereżempju jiddeċiedi li lil wieħed jibagħtu ġuri u lill-ieħor jibagħtu quddiem il-maġistrat.  Mhux qed ngħid li ssir kapriċċożament jew bi skop, però jkollok kwestjonijiet ta’ diskriminazzjoni, anke jekk ma jridx, għax bl-istess każ wieħed bagħtu ġuri, ħariġlu l-att tal-akkuża, u lill-ieħor ħariġlu l-artikolu u bagħtu quddiem il-maġistrat. Għandu jkun hemm id-dover li l-Avukat Ġenerali jagħti r-raġunijiet biex jekk jien inħoss li ġejt diskriminat, ovvjament nista’ nissindika dik id-deċiżjoni.  Il-pożizzjoni llum hija li ma tistax tissindika deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali. Se nsemmiha partikolarment, biex ma nirrepetix, meta niġi biex nindirizza r-riforma tal-liġijiet tad-drogi. ” – Private Members’ Motion – Mozzjoni 260 –  Mozzjoni Dwar il-Qasam tal-Ġustizzja – Mozzjoni tal-Onor Franco Debono, 12 ta’ Gunju 2012

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.