27 Jun 2017 T-Tieni Repubblika (1)
Wara li ghal hafna zmien kont jien biss li fil-Parlament u barra tkellimt dwar l-urgenza ta’ Riforma Kostituzzjonali u fassalt Riformi nfushom jidher li bil-mod l-mod kulhadd qed japprezza din l-urgenza.
R-Riformi nfushom ilni li fassalthon snin fil-Parlament u kif appena fil-bidu tal-legislatura li ghaddiet gejt mahtur biex nippresjedi l-Konvenzjoni Kostituzzjonali kien ghalija sabiex minnufih nifformula t-terms of reference u l-komposizzjoni tal-istess Konvenzjoni.
Kienet sfortunatanent l-atteggjament tal-Opossuzzjoni li waqqaf l-bidu tal-Konvenzjoni. Biex zgur nkun pruvajt kollox sahansitra waqaftlek Kumitat ghal Gharfien tal-Kostituzzjoni li beda jiffunzjona bil-partecipazzjoni ta diversi persuni gejjin minn diversi oqsma tal-hajja u esperti fl-oqsma rispettivi. Dan kellu jkun l-prekursur tal-Konvenzjoni.
Biss pero’ kultant niehu impressjoni li hafna minn dawk li jsemmu t-Tieni Repubblika ma jafux ezatt fuqiex qed jitkellmu ghax fil-verita din diga bdiet tissawwar fl-ahhar erba’ snin!
Anzi nemmen li fl-ahhar erba snin mhux biss l-pedamenti tpoggew izda nbena wkoll l-ewwel sular. Ghal uhud t-Tieni Repubblika huwa kuncetti astratt li jitkellmu dwaru minghajr ma jifhmuh.
Mela r-riforma fil-hatriet/dixxiplina/tnehhija tal-gudikanti mhux parti sinifikanti mit-twaqqif tat-Tieni Repubblika – riforma li Kont fassalt fil-Parlament fl-2011. Mela l-Ligi tal-Finanzjament tal-Partiti mhix parti ohra sinifikanti mit-twaqqif tat-Tieni Repubblika fejn ghal-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta l-partiti gew regolati b’Ligi.
Mela l-Ligi tal-Awtonomija tal-Parlament u facilitajiet ta’ komunikazzjoni ahjar fil-Parlament mhux parti sostanzjali mit-Tieni Repubblika?
Sincerament nemmen li uhud mill-aktar strutturi importanti tat-Tieni Repubblika diga tpoggew f’posthom. Baqa x’isir. Pero nistaghgeb kif uhud li jitkellmu dwar dan s-suggett lanqas jirrealizzaw dan kollu.
” . . . . . Wasal iż-żmien għal riformi politiċi ta’ ċerta entità f’din is-soċjetà li qed tinbidel. Wasal iż-żmien li titwieled il-Kostituzzjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, ta’ Malta Ewropea, li tirrifletti l-istadju tal-iżvilupp demokratiku f’pajjiżna. Wasal iż-żmien li nidfnu għal kollox il-mudell taż-żewġ tribuijiet li jokkupaw territorju wieħed u nsaħħu l-identità ta’ poplu wieħed b’fehmiet differenti. Wasal iż-żmien li titwieled il-Kostituzzjoni ta’ Malta Ewropea b’istituzzjonjiet iktar b’saħħithom u iktar sodi li jissombilizzaw lil dan l-Istat” – Franco Debono 13 ta’ Lulju 2011 – Parlament ta’ Malta
Sorry, the comment form is closed at this time.