20 Jun 2017 Z-zokk u l-fergha
Meta sigra timrad jew timrad sew tasal ghal-zabra tajba, u jekk tizborha u ma tiehux ruh, trid tnehhi aktar zkuk morda ghax minnhom johrgu frieghi hziena.
Issa meta tizbor wahda mill-aghar affarijeit li tista taghmel hija li taqta’ z-zkuk u l-frieghi tajbin, ghax hemmekk mhux talli ma tkunx qed teimina l-problema izda tkun qed telimina soluzzjoni potenzjali. Meta taqta’ zokk tajjeb dak zball kbir ghax minnu dak setghu hargu frieghi li jsalvaw s-sigra nfisha.
U issa fis-sigra li hemm bzonn tinzabar u tarmi frieghi godda, se tibdew taraw hafna li jaghmluha tal-godda u intom, ta’ nies intelligenti se tistaqsu – minn liema zokk hierga din l-fergha, ghax jekk l-fergha li tidher gdida tkun hierga minn zokk marradi li marrad sigra allura dak irid jinzabar – dak mhu gdid xejn, dak frott l-inkwiet li marrad s-sigra.
Skond z-zokk l-fergha, u jekk s-sigra ghandha ssalva, jridu jinzabru z-zkuk l-morda, u l-frieghi m’ghandhomx jtiqiesu godda u safja jekk hergin mill-istess zkuk li tant marrdu lis-sigra.
Tharisx biss lejn l-fergha – ara minn liema zokk hierga biex tiddeciedi hix tajba, hix f’sahhtiha jew hix hierga mill-istess zokk marradi u allura ma hi gdida u ma hi tajba xejn! Issa vera li kif jghidu mill-ward johrog x-xewk u mix-xewk johrog l-ward imma dawk eccezzjonijiet fil-kamp li qed naghmlu referenza ghalih hawnekk – mix-xewk xewk johrog.
Sorry, the comment form is closed at this time.