15 Jun 2017 Kieku qghadt kwiet
Kieku meta kont fil-Parlament qghadt kwiet, fhimt li kollox qed jaqa’ bicciet, u ma tniffistx, kieku llum ghandi balla fuq l-kuxejnza li ma thallinix bi kwieti.
Uhud minn Nazzjonalisti genwini inkluz dawk li qed ihegguni biex nerga lura fil-partit jew addirittura li nikkontesta ghal-kap tal-partit, gieli jirrimarkaw li kieku qghadt kwiet, meta kont fil-Parlament u ma tkellimt xejn, ghalija kien ikun hafna ahjar.
U wara li rriflettejt fuq dan nista’ nghid li kieku llum ghandi balla kbira fuq l-kuxjenza. Ghaliex?
Ghax filwaqt li jien stajt noqghod nsahhan s-siggu, ghax mill-backbench, ma kelli ebda dover nifformula riformi u naghmel diversi sejhiet meta rajt l-partit jizgarra u jisfaxxa, kieku illum wisq probabbli ghadni fil-Parlament izda wara tliet telfiet konsiderevoli, ghandi balla kbira fuq l-kuxjenza li ma thallini kwiet qatt. Ghaliex?
Ghax ladarba kont irrealizzajt, fhimt u kelli s-soluzzjonijiet ghal-problemi li kellu l-P.N. dak in-nhar u li issa huma evidenti propju ghal-kulhadd, jien kif stajt naghlaq halqi u noqghod nsahhan s-siggu? Kont nkun qed nonqos kieku ghamilt hekk. L-fatt li batejt, ma rbattx qalbi mas-siggu u ssagrifikajt karriera politika ma jiddispjacini xejn – l-aqwa li ghamilt dak li kien sewwa u gibt l-interessi tal-pajjiz qabel tieghi.
Jekk tara lil xi hadd qed jeghreq u tirrealizza li qed jeghreq, taghtik l-kuxjenza ma tippruvax tghinu? Forsi ma japprezzax dak li tkun ghamilt mieghu. Ma jimpurtax – imma l-kuxjenza tkun f’postha. Xi darba jirrealizza. Imma kieku m’ghintux jibqa’ jiddispjacik ghomrok. U jien hekk ghamilt – pruvajt nghin u ma bqajtx passiv. Dak z-zmien mhux kukhadd fehem – illum iva.
Jekk tara lil xi hadd se ttajru karozza u ma jkunx qed jinduna ma tghidlux? U jekk ma jismax minnek u jittajjar int tiehu gost li kellek ragun? Propjament inti tkun tkellimt biex ma jittajjjarx u kont tkun kuntent kieku ma ttajjarx!
Ghax jien fuqiex tkellimt? Mhux fuq riformi, tishih tal-istituzzjonijiet, responsabbilta’ politika, partit qrib u li jisma’ n-nies, s-south tal-pajjiz u issues ohra li llum kulhadd nduna kemm kienu importanti.
Tkellimt ukoll fuq cirku zghir hafna ta’ nies li hatfu l-partit bhallikieku kien propjeta’ privata taghhom – l-istess nies li kaxkru l-partit f’din l-krizi u katastrofi – l-oligarkija.
Kieku nghatajt widen mil-partit dak z-zmien m’ghandix dubbju li l-partit ma kienx jipprecepita fis-sitwazzjoni attwali. Hija sfortuna li l-partit kellu jghaddi minn dan kollu, biex jirrealizza li dak li kont qed nghid hames snin ilu kien s-soluzzjoni mhux l-problema.
Min kien jaf x’qed jigri u ma tkellimx sbalja mhux min tkellem ghax kieku tkellmu ohrajn s-sitwazzjoni setghet tigi evitata.
Nghid hasra, ghax kull pajjiz demokratiku apparti alternanza fil-poter ghandu bzonn Opposizzjoni f’sahhitha.
Nazjonalist disappuntant
Posted at 00:28h, 19 JuneFranco, huwa car li hemm qbil li il partit jerga jinghaqad u jigbor lura mieghu kull element importanti li kien jifforma parti mil pn. Inti kont u ghadek pedina importanti. Jien inqisek il kuxjenza tal pn li meta hemm bzonn tigbed xi widna jew tghid kelma ta gid tkun min ta l ewwel. Issa mil kliem imma inridu imorru ghal fatti. Jien nahseb li wasal iz zmien jhekk dejjem tixtieq tkun parti mil futur tal pn li terga tiga lura. Inti bniedem ta principji sodi u valuri demokratici ghalkemm hemm forsi jahseb li int xi opportunist. Nahseb li jhekk taghmilha cara mal poplu ghaliex ma kontestajtx din l elezjoni mal pl wiehed jifhemm ahjar l intezjonijiet tieghek. Grazzi
Klarinet
Posted at 21:56h, 16 JuneMin haseb li bil mod li vvota kien ser ikollna it tielet partit fil parlament, baqa biz zokk.
C.C
Posted at 22:29h, 15 JuneDr.Debono,
Iva sfortunatament il-partit nazzjonalista kien sar il-partit tal-klikka,u ta’ dan ghadu jbghati l-konsegwenzi sa llum. Qatt ma hu tard wisq li terga’ lura u tghin fir -rifformazzjoni tal-partit,jekk vera hu dak il-partit li inti dejjen emmint fih.
Fil-pajjiz hemm bzonn nies bhalek,li ma jibzghux isemmghu lehinhom .
Il-partit nazzjonalista ghamel hafna tajjeb,sakemm inhakem minn erba’ min-nies ,bhal ma issa qed jigri l-istess fil-partit ta’ Dr.Joseph Muscat.Dawk l-erba’ persuni madwar Gonzi wegghhu hafna partitarji taghhom dak iz-zmien, bl-arroganza li uzaw,Izda,d awk l-erba’ deputati ma’ humiex il-lehen tal-poplu b’twemmin nazzjonalist.Nawguralek tiehu liema decizzjoni tiehu.
Grazzi.
Cittadin
Posted at 19:29h, 15 JuneGhaziz dottore sewwa ghamilt li ma bqajtx sieket ghalkemm jien l ewwel wiehed ikolli nistqarr li kont hadta kontrik. Kont qed nisma verzjoni wahda biss ghax dik biss ridt nisma ! Illum naf fic cert li int kellek ragun biex tbiegh !! Kull ma bassart sehh.
Illum nixtieqek minn qalbi li terga lura f il partit ghax nemmen fil hiliet kbar tighek. Nixtieq ukoll nara jekk dak li qed jghid il partit , li idejh miftuha ghal kulhadd , hux minnu !!!
Jekk veru fil partit hemm nies li iridu li l partit nazzjonalista jerga jkun il partit tan nies ghandhom jilqawk u ghandom jitkellmuha biex inti tkun mil maghzula li ser jikkontestaw ghall kap !!
Nirringrazzjak bil quddiem u kuragg .
Carmen
Posted at 18:35h, 15 JuneDottore kieku qghadt kwiet il pn xorta kien ha jaqla tkaxkira ghax il poplu kien imxebba bihom
Administrator
Posted at 07:35h, 15 Junehttps://www.facebook.com/Bring-Dr-Franco-Debono-back-in-the-PN-226169317898015/