Tixwix ma jhallikx tara

Tixwix ma jhallikx tara

    4 june4 ta’ Gunju 2017

Mela wara li kif appena hareg r-rizultat elettorali gejt ibbumbardjat b’mijiet jekk mhux issa eluf ta’ messaggi, emails, SMS u telefonati jehguni biex nerga lura fil-P.N. peress li kien evidenti li kelli ragun qabel l-2013 u jekk mhux ukoll nikkontesta ghal-kap, ma setax jonqos li jkun hem min ma jaqbilx. Wara kollox f’kull partit kulhadd ikollu hbieb u ghedewwa u hadd ma jkollu l-appogg ta’ kulhadd.

Indipendentement minn x’inhoss jew x’se naghmel jew ma naghmilx, ghax jien m’ghamilt l-EBDA dikjarazzjoni f’dan s-sens laqtuni xi raginijiet migjuba minn dawk li ma jaqblux. Jien qrajt l-messaggi u smajt lil kulhadd b’rispett ghax hekk jidhirli li ghandi naghmel. Dawn huma sejhiet genwini minn nies tal-affari taghhom inkluz professjonisti, negozjanti u nies fil-P.N., tesserati u anke involuti fl-istrutturi.

Wahda mir-ragunijiet tal-kontra thallik b’halqek miftuh. Ghax wara l-elezzjoni 2013 inti mort ticcelebra mal-Labour. Inkredibbli. Kieku jahsbu ftit lanqas jghiduha. Imma t-tixwix la jhallik tara u lanqas tirraguna!

1. Kemm l-darba spjegajt kif mhux jien mort, imma xi hbieb tieghi gew d-dar u genwinament haduni maghhom l-pjazza ta’ Hal-Ghaxaq stess, ftit metri boghod mid-dar,  peress li kienu jafu bl-insulti u theddid li kont ghaddejt minnhom kif kienet taf Malta kollha;

2. Nistaghgeb kif hawn min wara li twarrabt mil-P.N. gejt mghajjar, nsultat u mhedded b’mod li kieku tela’ l-P.N. jista’ jkun dak z-zmien kien ikolli nemigra, imbaghad hu tant arroganti li jhoss li jista’ jikkmandani fejn immur niccelebra jew ma mmurx. Arroganza ikbar minn din qatt ma rajt.

3. Min-nofs in-nhar ta’ Jum l-Votazzjoni u l-ghada l-Hadd 2017 mhux talli ma mortx niccelebra, talli kont Kemmuna. L-P.N. xorta tilef b’ERBGHIN elf vot. Ghaliex? Ghax mhux jien kont l-problema. Qatt.

4. T-tixwix tant jaghmihom li lanqas jindunaw li illum fil-P.N. hemm Marlene Farrugia li mhux ticcelebra marret izda kkontestat l-elezzjoni mal-Labour darbtejn, u wara li kienet fil-P.N., telqet, marret Labour, telqet, imbaghad P.D. u lura P.N. Jien mill-banda l-ohra l-uniku partit li kont membru tieghu huwa l-P.N.

5. Huwa ovvju li ghas-sitwazzjoni prezenti fil-P.N. jahti min kien u qieghed hemm mhux min ilu mhux attiv aktar minn erba’ snin u li kien prova jiftah ghajnejn l-partit biex jigi evitat dan kollu!

Meta tirrinfaccjahom b’dawn l-fatti hadd ma jwiegeb. Jisparixxu. Ghaliex? Ghax t-tixwix mhux argument u partit li jahseb li jista jibni fuq t-tixwix ikun jibni fuq r-ramel – jikkrolla kollox, pero’ l-hsara tkun saret.

Jien t-tort mhux lil dawn n-nies naghtih izda lil min sqishom tant mibeghda li wasslet kissret partit. Qed nghid dan kollu sempliciment u ghall-unika raguni ghax t-tixwix jaghmel hsara u mhux sewwa. T-tixwix igib l-inkwiet ghax ma jhallikx tara car u ma jhallikx tirraguna. Ma tindunax dak li tkun qed tghid kemm ikun dghajjef u bla sahha.

Wiehed jista’ ma jaqbilx pero r-raguni ghandha tirrenja. R-raguni hija l-aqwa rimedju kontra t-tixwix. Ahna lkoll ahwa Maltin.

6 Comments
  • D Agius
    Posted at 07:21h, 15 June

    Dejjem kellek ragunu ghami dak li jibqa jghid li bxi mghod kien tort tieghek. Pn kien ilhu inaqqas il voti min elezjoni ghal ohra, sabu ghadma ibsa u mhux qed jindunaq li bli qedien jghamlu qed jghamlu aktar hsara. They need to change mentality and attitude u int bniedem li tista isalva lpartit. Jien hekk nemmen.

  • Alfred
    Posted at 22:02h, 14 June

    Veru li f’dawn l-ahhar 4 snin m’ghamilt l-ebda hsara lill-partit, imma lanqas smajtek taghti l-opinjoni tieghek fuq dak li kien ghaddej minnu l-pajjiz.
    Jien nahseb li fl-2013 kellek ragun, imma ma qbiltx mieghek fuq il-metodi li wzajt biex twassal il-messagg tieghek, anke jekk kont ilek tipprova taghmel dan. Kieku stennejt l-elezzjoni tghaddi, li kienet certa fejn kienet se tmur, kieku l-affarijiet setghu bdew jitrangaw wara l-elezzjoni, u kieku min jaf, forsi kont tokkupa xi kariga gholja fil-partit. Forsi ma konniex nispiccaw f’din il-pozizzjoni llum, min jaf?
    Imma biex terga tikseb il-fiducja tal-partitarji tal-PN, irridu nkunu nafu fejn int u kif tahsibha bhalissa. Kif ghidtlek ebda kumment min-naha tieghek fuq is-sitwazzjoni tal-pajjiz, ebda kumment kif thossok issa fuq il-PN, ebda kumment jekk tixtieqx terga lura fil-partit, jekk tridx tkun parti mit-tmexxija tal-partit, ecc ecc
    Skuzani ktibt fit-tul
    Grazzi

  • Carmen
    Posted at 21:52h, 14 June

    Fil fond ta qalbom franco kienu jafu li kellek ragun inlkluz jiena u familja tieghi hasra li ma nistawx nivvutawlek ghax mghadnix tesserati,isa to late ghax labaur qed nivvutaw ghax taht labour qedin sew.

  • Teddy Xuereb
    Posted at 21:06h, 14 June

    Sur Franco Debono jiena lili ma tikkonvincinix. Kellek kemm kellek ragun l-agir tieghek dak iz-zmien halla impatt negattiv fuq ghemilek.Jiena mhux ha noqghod indur mal lewza,imma nemmen li inti fil-mument tal-prova fallejt. Ma qbiltx ma ghemilek u l-mod kif gibt ruhek mal-partit u ma dawk il-membri li fdawk bil-vot taghhom.Infakkrek li inti kont fuq vapur,kellu toqba u inti pruvajt tgharrqu u issa li salva l-vapur u salpa inti trid titla lura fuqu?X’tissejjah Sur Debono?Xi hero jewwilla?Sorry ma nahfirlek qatt.Nistenna twegiba.
    Grazzi u sahhiet.

  • Ivan Sammut
    Posted at 20:23h, 14 June

    Hello Franco,
    jien wiehed min dawk li dejjem kont nazzjonalist u ghandi 46 sena u l ewwel elezzjoni li ivvutajt kienet dik tan 1992. Rabti u ttesserat ukoll mal PN ghal ghomri.
    Jien kont wiehed li f dak il mument meta beda l inkwiet tieghek mal partit jien ma qbiltx mieghek ghal ragunijiet differenti….u wahda mir ragunijiet kienet li jien ma kontx qied nifmek f dak il mument. Ghadda z zmien u waslet din l elezzjoni u sa dak il mument jekk xi hadd issemmik rigward ta politika,jien kont adni ma naqbilx mieghek. Imma z zmien ta tort lili u ndunajt li kont fi zball nahseb hekk…… tant hu hekk li jien kont wiehed fil counting hall n Naxxar u meta hareg r rizultat li kien car li hemm 35 elf zgur, jien semmejtek u ghidtilhom li Franco kellu ragun b dak li kien jghid 100 fil 100…… naturalment min qabel mieghi u min le, imma ftit ferm min dakinhar sa llum sibt min ma jaqbilx ma dak li gara u l storja titkellem wahida.
    Jien nixtieq li int terga tersaq qrib l partit izda naf li mhux xi haga facli, Imma jekk hemm xi possibilta jien se nkun wiehed li nappoggjak……