16 Mar 2017 Finanzjament tal-Partiti (1)
Ghaddejja kontroversja kbira f’dan l-pajjiz dwar l-finanzjament tal-partiti wara li rrizulta li negozjant partikolari kien qed jaghti donazzjonijiet hoxnin lil PN fuq medda ta’ snin li jista’ jaghti l-kaz ukoll jiksru l-Ligi tal-Finanzjament tal-Partiti li l-istess PN tant irrezista meta kien fil-Gvern u naqas li jimplimenta anke meta jien prezentajt abbozz fil-Parlament li illum sar Ligi mbuttat minn Gvern Laburista. L-abbozz jirrizulta li kien tajjeb ghaliex l-Ligi attwali ftit li xejn hija differenti mill-abbozz li kien rfinut permezz ta’ konsultazzjoni pubblika u hidma mill-ministeru tal-gustizzja.
Issa fl-ewwel lok l-anqas haga li wiehed jistenna mill-PN hija li sahha ma introduciex ebda legislazzjoni meta kien fil-Gvern l-anqas haga li jista’ jaghmel hija li josserva din l-Ligi.
L-Ligi hija wahda tajba ghax l-istess PN ivvota favuriha fil-Parlament ftit xhur iluu fil-fatt giet approvata bi qbil unanimu fil-Parlament.
Ladarba l-Ligi hija wahda tajba dan huwa z-zmien li tigi infurzata u wiehed jassigura li qed tigi osservata u mhux zmien li wiehed jara kif tigi mibdula. L-pajjiz ghandu japprezza li fl-ahhar ghandu legislazzjoni u jinvesti l-energija tieghu filli jara li tkun infurzata.
Filwaqt li dejjem emmint li jrid jigi zmien fejn pajjizna, wara li introduca struttura ta’ trasparenza ghall-partiti, wiwhed jikkunsidra finanzjament mill-istat, l-komportament tal-PN huwa l-Akbar daqqa ta’ harta ghal-possibilita’ ta’ dik d-diskussjoni. Ghaliex?
Ghax kif se ddur fuq t-taxpayer u titolbu jiffinanzja partit li minkejja li irrizulta jiehu donazzjonijiet hoxnin minghand negozjanti xorta spicca b’dejn kbir ta’ miljuni ta’ ewro li had ma jaf fejn marru? Kif se ddur fuq t-taxpayer u titolbu jiffinanzja partit li wara li f’25 sena naqas li jillegisla favur trasparenza fil-finanzi tal-partiti qed jara kif jaghmel biex jew idur madwar l-Ligi permezz tac-cedoli jew jikser l-istess ligi outright (jekk dak allegat jirrizulta minnu).
Biex dan l-pajjiz jkun f’posizzjoni jikkunsidra finanzjament mill-istat l-partiti jridu joffru serhan l-mohh lit-taxpayer li huma serji, onesti u trasparenti u rispettuzi lejn l-Ligi.
Dan huwa l-moment li niffokaw kif ghandha tkun INFURZATA ligi tajba. L-ikbar zball li nistghu naghmlu huwa li naqghu fin-nassa ta’ min irid jiddevja l-attenzjoni u jcaqlaq l-lasti.
Fid-dawl tar-rivelazzjonijiet ricenti terga tinfetah berah l-mistoqsija – ladarba l-PN kien qed jiehu jew sahansitra jitlob donazzjonijiet hoxnin minghand negozjanti kif spicca b’miljuni f’dejn?
L-Ligi tal-Finanzjamanet tal-Partiti tittratta donazzjonijiet lil-partiti, ufficjali, deputati, ministri u kumpaniji tal-partiti. Wiehed jista wkoll isemmi kif relatat mas-suggett allura l-eks ministru Joe Cassar kellu jirrizenja mil-Parlament wara li rrizulta li accetta donazzjonijiet irregolari minghand negozjant. Partit midjun minkejja donazzjonijiet u eks-ministru jibbenefika minn donazzjonijiet!
Blue titanium soldier
Posted at 20:36h, 16 MarchU hallina dot ejja nghidu kollox kif inhu halli tiqpa tgawdi ir rispett miz zewg partiti. Tinsiex li skont kliemek hemm hafna genwini .