Biex ma jirkibx l-ghazz

Biex ma jirkibx l-ghazz

cmb swimTajjeb tinghata l-istampa kollha in vista tal-ghagha kbira li qajmet sentenza ricenti-

Qed jigi rappurtat kif deputat Nazzjonalista (Antoine Borg) qajjem fil-Parlament punti validi dwar l-esagerazzjoni ta’ piena applikabbli fil-kaz ta’ Dorianne Camilleri – ghalliema li l-piena applikabbli ghal kaz taghha (involontarjament ikkagunat mewt) kien minimu ta’ hames snin habs.

Nghid piena applikabbli u mhux piena applikata ghax l-kaz ghadu pendenti u ma rridx nikkummenta fuq l-piena applikata izda dik applikabbli.

Issa bi ftit aktar hegga u spirtu ta’ ricerka facli jistabbilixxu, dawk li jridu jikkummentaw, kif dan s-sens ta’ esagerazzjoni (zieda ta’ erba’ gradi meta solitament l-Ligi tikkontempla zidiet ta’ grad jew tnejn)  kien introducieh fil-Ligijiet esponent iehor Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici– 24ta’ Marzu, 2010.

ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: ”Mr Speaker, fl-artiklu 225 tal-Kodiċi Kriminali qegħdin indaħħlu emenda sabiex tiżdied il-piena fuq atti involontarji li jkunu kkaġunaw il-mewt ta’ iżjed minn persuna waħda jew meta flimkien mal-mewt ta’ persuna jkunu kkaġunaw ukoll offiża fuq il-persuna jew ta’ xi persuni bi tlieta jew erba’ gradi. . . . . . qegħdin ngħidu li f’dawk il-każijiet ta’ kaġun ta’ omiċidju involontarju ta’ iktar minn persuna jew inkella feriti ta’ natura gravi fuq iktar minn persuna, il-qorti għandha żżid il-piena minn tlieta sa erba’ gradi.”

Issa biex kulhadd jifhem, zieda ta erba gradi fuq piena ta’ erba’ snin titla ghaxar snin. L-ewwelnett dan l-attegjament huwa sintomatiku ta’ mod ridikolu kif wiehed jillegisla – jigri kaz u l-legislatur jirreagixxi shooting from the hip.

It-tieni nett wiehed irid japprezza li fl-involontarju dawn l-kriterji ftit jaghmlu sens. Fil-volontarju tista taghmel differenza jekk xi had riedx iferi wiehed jew ghaxra izda fl-involontarju dan ghandu jkun kriterju determinant?

Dan l-pajjiz ghadu qed jirrealizza u japprezza li dak li jigri fil-Parlament jaffettwah u dak li jaffttwah jigri fil-Parlament.

Issa min se jifrah li esponent Nazzjonalista qed jitkaza bl-esageraazjoni irid jibki li dik l-esagerazzjoni introduciha esponent iehor Nazzjonalista.

U bi ftit aktar hegga jfakkru kif  iddistingwa ruhu bhala ministru li tahtu l-gustizzja kienet mitt sena lura u li minhabba nuqqasijiet tieghu flok tkecca hu gie kkundannat haddiehor – li hi l-aghar forma ta’ ingustizzja.

Bi ftit aktar inizjattiva wiehed jinforma kif minhabba l-letargija tieghu kelli nifformula jien mill-backbench Riforma Holistika tal-Gustizzja li giet konfermata fir-Rapport Bonello snin wara.

Biex nevitaw sensazzjoni ta’ stupidagni tajjeb wiehed jifhem l-istampa kollha. Ghax inkella verament ikun  rikibna l-ghazz.

U jekk jirkibna l-ghazz nsiru priza facilissima ghal min irid jimmanipulana.

1 Comment
  • Carmen
    Posted at 22:56h, 22 February

    Mela kellu ghalfejn iparla Antoine borg ghax ghamila siehbu stess CRM.ihobb jihu photos dan ukoll.laqwa xugaman