Iggib ghajnejk wara widnejk

Iggib ghajnejk wara widnejk

Antoine Borg ghamel sew tkellem fil-Parlament pero’ ghandu jghid kelma ma Carm Mifsud Bonnici ghax wara kollox hija liġi li ggiblek ghajnejk wara widnejk. Ragunament kważi grotteski rigward dak komunement maghruf bhala accident.

Kien Mifsud Bonnici li emenda l-Ligi fl-2010, bl-iktar mod stupidu immaginabbli.

L-piena taht l-art 225 ghal omicidju involontarju kienet massimu ta’ erba’ snin habs u bla minimum. L-gharef Carm Mifsud Bonnici, li minhabba fih dan l-pajjiz kellu sistema gudizzjarja ta’ mitt sena ilu, bidel l-Ligi fl-2010 fis-sens li jekk involontarjament tikkaġuna l-mewt ta’ persuna  izda wkoll mqar twegga’ lil xi hadd iehor l-piena titla’ f’daqqa wahda sa ghaxar snin u l-minimu hames snin. Stupidagni akbar minn hekk jien qatt ma rajt.

Din hija l-Ligi li l-Qorti kellha idejha marbutin tapplika fil-kaz ta’ Dorianne Camilleri.

Xi jfisser dan? L-ewwelnett wiehed irid izomm f’mohhu li qed nitkellmu dwar reati involontarji jiggifieri dawk li jsiru bi traskuraġni u b’nuqqas ta’ hsieb u mhux reati volontarji, dawk li jsiru deliberatament u b’rieda shiha.

Dan ifisser fil-prattika li jekk b’nuqqas ta’ hsieb persuna tikkaguna l-mewt ta’ persuna wahda dik tista tehel sentenza anke sospiża ladarba l-liġi ma tippreskrivix minimu, pero’ jekk apparti li tikkaguna l-mewt ta’ dik l-persuna, dejjem involontarjament u b’nuqqas ta’ hsieb, mqar twegga’ persuna ohra, f’daqqa wahda l-piena minima titla’ ghal hames snin habs, jiggifieri l-inqas li tista’ tehel f’kaz ta’ htija jkun hames snin habs.

Iggib ghajnejk wara widnejk. Lanqas titwemmen. Inredibibbli.

M’hemmx ghalfejn tkun xi professur biex tifhem r-ridikolagni f’dan r-raġunament kważi grottesk. U ghal min forsi ma jistax jemmen din hija l-Ligi –

  1. (1) Whosoever, through imprudence, carelessness, unskilfulness in his art or profession, or non-observance of regulations, causes the death of any person, shall, on conviction, be liable to imprisonment for a term not exceeding four years or to a fine (multa) not exceeding eleven thousand and six hundred and fortysix euro and eighty-seven cents (11,646.87).

         (2) Where the offender has caused the death of more than one person or where in addition to causing the death of a person the offender has also caused bodily harm to another person or other persons the punishment shall be that of imprisonment of a term from five to ten years.

1 Comment
  • Hashtag
    Posted at 14:21h, 22 February

    Dak li dejjem rieqed CMB rega ghamilha.
    Franco Debono u nies ohrajn huma vittmi ta l inkompetenza ta ex ministru tal gustizzja.