Attakk fahxi fuq d-demokrazija

Attakk fahxi fuq d-demokrazija

Jekk persuna jkollha fama li ma tantx thobb thallas, l-aktar rimedju semplici huwa mandat kawtelatorju.

Qed jinghad minn x’uhud li l-fatt li Chris Cardona ghamel sekwestru kawtelatorju meta prezenta libel kontra Daphne huwa attack kontra d-demokrazija. Dan minn meta ‘l hawn li wiehed jinvoka drittijiet skont l-Ligi biex jipprotegi r-reputazzjoni tieghu jkun qed jattakka d-demokrazija?

L-attack fahxi fuq d-demokrazija isir meta jkun hawn min JIPPRETENDI li ghandu dritt jiddeciedi huwa LIEMA ligijiet INTI ghandek dritt tinvoka u liema le. Wiehed mill-aspetti ewlenin tad-demokrazija hija s-saltna tad-dritt (rule of law) u li kulhadd huwa intitolat jinvoka dawk d-drittijiet skont l-Ligi.

Allahares xi had jippretendi li huwa kwazi ‘l fuq mil-Ligi billi jiddetta liema ligi ghandek dritt tinvoka u liem le – ghax dak ikun attack fahxi fuq d-demokrazija.

B’liema dritt xi hadd jista jikkmanda lil xi hadd iehor x’ligijiet jinvoka? Xi hadd jista jippretendi li jillimita lil haddiehor fl-ezercizzju legittimu ta’ drittijietu? Hemm l-Ligi u hemm l-ksur tal-Ligi. Dik hija d-distinzjoni.

4 Comments
  • Pierre Mangion
    Posted at 13:23h, 09 February

    Jiddispjecini imma jien Nara biss abbuz mill qrati min minn jaf kif jista jabbuzhom. Kif jghid Il Malti “fil qorti tmur meta ghandhekk tort u mhux meta ghandhekk ragun”. U dan huwa fatt!

    Is saltna tad-dritt mhix ta’ ghajnuna ghall populin meta din tinftihem biss (u tigi mmanipulata) mill avukatura

  • t m
    Posted at 11:22h, 09 February

    Jien ilni nbghati konsegwenzi ta’ kawza ta’ spoll ghal izjed minn 7 snin u ghalkemm irbaht il-kawza bl-ispejjez b’kollox, ghadni irrid nistenna l-ezitu tal- Appell. Dan fuq propjeta’ li tiswa ferm izjed minn 47,500 euros u li la nista nbigh u lanqas nikri ghaliex min ghamel il-kawza ta’ spoll qal li ghandu dritt jidhol minn gol-intier tad-dar tieghi! U dan meta huwa stess ammetta fil-Qorti Civili li m’ghandux xejn bil-miktub, sempliciment tella xhud! Kieku setgha qatilni bil-guh. U jien nistaqsi, fejn hu l-Istitut Tal-Gurnalisti sabiex juru solidarjeta’!

  • charlie seracino
    Posted at 08:56h, 09 February

    spjegazzjoni aktar cara milli ta Dr. Franco Debono zgur ma hemmx.

    Hadd ma jista f’pajjiz demokratiku jiddetta liema ligi ghandha tigi applikata jew le, ghax hekk tkun qieghed tmur kontra d-demokrazija.

  • Christopher colombo
    Posted at 08:51h, 09 February

    Jien wihed li qed inbati bija. Sekwestru qabel bdiet il kawza. Ilni diga 6 sniñ bis Sekwestru habba xoghol hazin ta hatihor. Qied kontra avukat LI IL QORTI HUWA BSAHTU HAFNA.u il kawza kollox kif jied hu . lili f 6 snin qat ma halewni nijt kelma. Kif tista terbah il kas. SALBUNI GHAL 6 SNIN U KEMM BAQA MA NAF.