18 Sep 2016 Salvu Mallia
Salvu Mallia karattru ikkulurit ghandi kull rispett lejh u qatt ma naf li kellna xi differenzi anzi nghoddu habib. Kellna komunikazzjoni qabel l-elezzjoni, li ppublikajt bil-kunsens tieghu, fejn tinghata impressjoni qawwija li kien se jivvota Labour u allura dak li jiddikjara pubblikament dwar dan l-punt jien ghandi kull ragun nemmnu.
Dik rewind. Issa fast forward.
Kien jidher li Salvu se jinghaqad mal-partit ta’ Marlene pero’ f’daqqa wahda jidher li se jerga’ lura fejn tant ma riedx ikun qabel l-ahhar elezzjoni – fil-P.N. Jiena dan ninterpretah b’dan l-mod.
L-Partit Nazzjonalista jaf li mal-Labour Party ftit li xejn ghandu cans, pero’ qed jibza’ li l-Partit Demokratiku ta’ Marlene jkompli jdghajfu. L-P.N. qed jara theddida formidabbli mil-Partit ta’ Marlene tant li Daphne diga’ qed ixxewwex biex ma jivvotawx lil Marlene. U din mossa ohra li tikkonferma kif l-P.N. mwerwer mil-Partit ta’ Marlene, raw kif ghamlu hatfu lil Salvu Mallia biex ‘jisirquh’ lil Marlene. Issa jekk Salvu se jimxi bil-mod li ghandu f’mohhu fil-P.N. mill-Milied sa San Stiefnu se jdum. . . .
Qed nissuspetta li gejja battalja kbira bejn l-P.N. u l-Partit ta’ Marlene. Issa li l-P.N. jaf li m’ghandux cans ghall-ewwel post irid jiggieled biex izomm t-tieni post u ma jinzilx fit-tielet . . .ghax johodlu t-tieni post l-partit ta’ Marlene
Chess game
Posted at 00:06h, 19 SeptemberIl PN l ewwel juzawk imbaghad jarmuk. Hekk qed jghamlu l Marlene u hekk ghamlu qabilha lil Dr Harry Vassallo.
Dawk wicchom mcappas bic cikkulata u kollox lesti jghamlu biex jilhqu l ghan li jkollhom.
Kemm uzaw deputati biex wara li gabulhom il voti, rmewhom.
Kif jghidu, l hanzir taqtalu denbu, hanzir jibqa’.