Alfred Grixti u Vanni Bonello

Alfred Grixti u Vanni Bonello

grixtivanni-bonello-protesta

Daphne qed titkaza ghax Alfred Grixti, persuna li tokkupa kariga pubblika , ghamel xi kummenti fuq Facebook wara l-vot ingust fil-konfront ta’  Leo Brincat. Issa nibda biex nghid li din-mentalita’ ta’ ‘ghajn ghal ghajn u sinna ghal sinna’ lili ma antx toghgobni xejn.  Pero’ jekk narak gej lejja b’kemm ghandek sahha b’xabla biex tinfidli qalbi, u jien ghandi pistola, m’ghandix nistenna li tinfidli qalbi qabel nisparalek! Din hija l-essenza tas-self defense. Ovvjament dan kollu metaforikament. Nippreferi l-mentalita’ ta’ ahna lkoll ahwa Maltin pero’ hawn min ma tantx jipprattikaha u allura trid tiddefendi ruhek. Jekk taqlali s-sinna inutli naqlalek tieghek ghax jien bla sinna se nibqa’. Irrid niddefendi ruhi biex ma inhallikx taqlali s-sinna in the first place !

Izda mbaghad nixtieq nistaqsi dan li gej. Vanni Bonello jokkupa kariga kwazi gudizzjarja, jippresjedi fuq l-Bord tad-Drogi dwar kawzi sensittivissmi, li jigu riferiti lilu mill-Qorti tal-Magistrati dwar kawzi suggetti ghal-pieni ta’ habs fit-tul. Kariga li tesigi indipendenza u imparzjalita’ hafna aktar mill-kariga li jokkupa Alfred Grixti.

Minkejja dan Vanni Bonello attenda meeting Nazzjonalista fil-Belt Valletta, attivita’ ta’ politika partiggjana organizzata minn partit politiku – P.N. Dan huwa rispett lejn l-kariga pubblika u tant sensittiva li jokkupa? dan mhux biss kiteb semplici kumment fuq Facebook izda attenda personalment attivita’ politika partiggjana.

Ma jidhirlix li Daphne zebilhet lil Vanni Bonello u ghajritu li ma jirrsipettax l-kariga pubblika li jokkupa u t-tghajjir u insulti li solitament huma riservati lejn dawk li ma jappoggjawx lil P.N. Jew dak jista’? Jew din l-istess tip ta’ apartheid politika li wasslet lil P.N. ghall-akbar tefa fl-istorja – Nazzjonalist tista’, Laburist le. U jien nhambaq fil-Parlament li ahna lkoll ahwa Maltin!

Niehu opportunita’ li ghal darb’ohra nirringrazzja lil Vanni Bonello talli ghogbu jikkonferma u jsahhah r-Riforma Holistika tal-Gustizzja li fformulajt jien fil-Parlament.

1 Comment
  • Landa
    Posted at 12:19h, 17 September

    Yes we can
    ‘Cos we are PN

    Yuuuuups