L-konsistenza ta’ Salvu Mallia u s-sitta w tletin elf

L-konsistenza ta’ Salvu Mallia u s-sitta w tletin elf

 Suppost qed nitkellmu fuq Riforma Kostituzzjonali pero’ jidher li minflok qamet  xi kontroversja dwar Salvu Mallia, s-sitta w tletin elf u tentufiet ohra.

Lil Salvu Mallia jien niddubita qattx kellimtu personalment u bil-kemm nafu hlief mit-televizjoni, li wara kollox ma tantx nara. Dan huwa messag li kien baghtli Facebook Salvu Mallia nhar it-13 ta’ Jannar 2013 fid-9:58am. Qed nippublikah bil-permess tieghu stess –

”Niehu gost li nisma’ b’xi hadd li jahseb b’mohhu u ma jimxix mal-kurrent ghax hekk jaqbel. Biex inkun onest nafek biss mill-media allura l-opinjoni tieghi tista’ tkun parzjali. Biss nahseb, milli smajt li ghandek hafna ragun, imma dal-pajjiz stagnati wisq biex nghamlu pass ‘l boghod minn dak li drajna bih, anka jekk ikun tajjeb u nispiccaw nittimbrawh bhala babaw.”

Issa kulhadd jaf x’kienet l-posizzjoni tieghi qabel l-ahhar elezzjoni u fl-opinjoni tieghi Salvu Mallia qed ikun konsistenti hafna f’dak li qal lili privatament ftit jien qabel l-elezzjoni u f’dak li qed jghid illum. Jekk Salvu Mallia qabel l-elezzjoni kien qed jaqbel ma dak li kont qed nghid jien qabel l-elezzjoni wiehed jista’ jimmagina kif ivvota!

Dan huwa wiehed mill-eluf ta’ messaggi u telefonati u kliem  t’appogg li kont nircievi dak z-zmien, minn hafna nies genwini ta’ rieda tajba li genwinament u senza interessi kienu qed jiddejjqu bil-mod ta’ tmexxija tal-gvern ta’ dak iz-zmien u li jien, kif jaf kulhadd, f’sitwazzjoni difficli u perikoluza, kelli l-kuragg nohrog ghonqi u nieqaflu. L-kuragg fih valur fih innifsu u anke min ma jaqbilx mieghek japprezza dan.

Ma jiddispajcinix ghax dak li ghamilt ghamiltu ghal-gid tal-pajjiz u l-istorja tatni ragun – l-poplu kien mdejjaq bis-sitwazzjoni u ghalekk s-sitta w tletin elef. R-Riformi li kont qed nipproponi wkoll jaqbel maghhom illum kulhadd.  Hafna nies kienu ghalekk jidentifikaw ruhom mieghi dak z-zmien u  kienu u ghadhom ihegguni sal-gurnata mqaddsa tal-llum ( u ricentement zdiedu)  biex nerga nidhol fil-politika, jew li nwaqqaf partit. Mhux qed nirreferi ghal Salvu Mallia.

Min qed imexxi se jkollu  bis-sewwa jew bid-dnewwa, jirrealizza, li n-nies la huma  gugarelli u wisq aanqas ma huma l-gugarelli ta’ hadd u lanqas jinteressahom biss mill-flus. Se jkollu jirrealizza wkoll bis-sewwa jew bid-dnewwa,  li filwaqt li dawk li dawk li bdew iduru mal-gvern qishom znazan biex jaraw x’se jakkwistaw ezatt wara l-elezzjoni,  ma kienux dawk l-eluf ta’ nies ta’ rieda tajba li qabel l-elezzjoni kellhom l-kuragg jitilqu lil PN ghax genwinament riedu li l-affarijiet isiru sew u xejn aktar. Min qed imexxi se jkollu  jirrealizza wkoill li hafna mill-partitarji tieghu stess irrabjati u dizgustati propju ghall-istess raguni li l-affarijiet qeghdin ta’ taht fuq u mhux ghax ‘iridu xi job’!

L-poplu ried pajjizu lura mhux pajjizu ta’ taht fuq! Hafna nies m’ghandomx bzonn pjaciri jew karita, izda xtaqu, biss gustizzja u meritokrazija u mhux li l-homor jibdew jilbsu l-ingravata blu, u kulhadd jibqa’ billi ha!

Izda fuq kollox dak li kont ghidt fil-Parlament  fl-10 ta’ Dicembru 2012  ”Il-poplu jrid pajjiżu lura. Il-pajjiż mhuwiex tal-klikka . . .” ghadu japplika llum daqs kemm kien japplika dak in-nhar. Meta gara hekk l-poplu rribella u hekk jerga’ jaghmel. Bhad-diskors tieghi fil-Parlament l-messagg ta’ Salvu jghodd illum daqs kemm kien jghodd lbierah! Hafna nies la jharsu lejn ucuh u lanqas lejn ingravati . Ghandhom mohh biex jahsbu u juzawh.

Jiddispjacini nghid li mhux talli l-meritokrazija u gustizzja li l-poplu kien qed jistenna baqa’ ma rahom hadd, talli qed jerfa’ rasu fin, fin  l-ispettru ta’ kultura ta’ ‘min mhux maghna kontra taghna’ u nfakkar ukoll kif wahda mir-ragunijiet ewlenin tat-telfa kolossali tal-PN kienu l-attakki brutali u insensati fuq individwi li spiccaw aktar issahhu b’konsegwenza tal-istess attakki!

Hafna mis-sitta w tletin elf u eluf ohra dak li kien idejjaqhom lbierah u rribellaw kontrih, jergghu jaghmlu l-istess jekk l-istess affarijiet idejquhom illum . .  .Jekk hawn xi hadd li jista’ u ghandu dritt jitkellem fuq dan kollu aktar minn kulhadd huwa jien ghax kont jien li hrigt ghonqi u kelli l-kuragg niffaccja attakki u theddi fuq hajti ghal dak li hassejt li huwa ta’ gid ghal-pajjiz. . .L-poplu la jrid karita u lanqas pjaciri izda gustizzja u rispett. Mhux se jhalli ‘l hadd juzah u wisq anqas jghaddih biz-zmien.

Jekk Salvu Mallia llum qed jilmenta ma jfissirx li lbierah ma kellux ragun. Bil-maqlub. Jfisser li kellu ragun lbierah u ghandu ragun llum u aktar minn hekk ifisser li huwa konsistenti. Huwa dak li qed jilmenta llum u ma lmentax lbierah li ma hux konsistenti.

Sitta  u tletin elf vot huma seba’ siggijiet fil-Parlament jew aktar u f’Parlament ta sebghin siggu ghandhom sahha kbira hafna – mhux biss jiddeciedu min jiggverna, izda hemm bizzejjed voti ghal partit mdaqqas.

 

19 Comments
  • Muscat tnejjek bijja
    Posted at 12:44h, 13 March

    Fil-fatt, ‘salvani’ Franco Debono għax kumbinazzjoni qabel l-elezzjoni meta kienu għaddejjin il-kwistjonijiet taż-żejt, kont ktibtlu messaġġ fejn kont għidtlu kif qed inħossni dwar in-Nazzjonalisti.

    http://www.illum.com.mt/ahbarijiet/intervisti/44617/salvu_mallia_se_joro_gallelezzjoni_li_jmiss_biex_jinfiltra_ddittatorjat_taew_partiti#.VuVCe9m9LCQ

  • Diehard
    Posted at 09:01h, 10 March

    Fl-ahhar ikkonvincejtni!!!

  • Demonstration for transparency
    Posted at 14:31h, 07 March

    While Simon was demonstrating and Joseph was in Gozo, this person ( man with proof) was making a statement on transparency.

    http://www.timesofmalta.com/mobile/view/20160307/local/ooopsexpect-the-unexpected-on-the-front.604914

  • About Franco and Courage
    Posted at 12:34h, 07 March

    First the PN attacked you and I didn’t speak up, then the PL attacked you and I didn’t speak up, then the brainless sheep attacked you and I didn’t speak up, then the parrots attacked you and I didn’t speak up.
    I just cowered in a corner hoping for a magic spell to make everything right again…….
    Courage ousts fear and oppression.
    Lets be the change we hope for.

  • Owen takes the biscuit
    Posted at 11:32h, 07 March

    Min xix qed jibza’ il-priministru Joseph Muscat?
    Wehed tant qabel l-elezzjoni! Meta ha ssir il-konvenzjoni kostittuzjonali?
    Jew ghal-kabinet laburista m’hemmx ghalfejn issir din il-konsultazzjoni mal-poplu ghax huma jafu l-iktar u l-ahjar!
    Il-ministru Owen Bonnici daqs kemm qalilna li hu jaf iktar mil-esperti!
    “I am right and experts are wrong”
    Mela ghalekk qed jghaddi l-ligijiet bhal bulldozer bla ma jressaqhom fil-konvenzjoni kostituzzjonali, ghax ma jinteressahx x’ghandu xi jghid il-poplu!

    http://www.timesofmalta.com/articles/view/20160215/local/justice-minister-will-not-consult-commission-on-speakers-daughter.602567

  • Cuthbert Banks
    Posted at 11:01h, 07 March

    Kemm minn dawn il-kummenti ta’ hawn fuq kitbithom l-istess persuna?

    • Insaqsi
      Posted at 14:57h, 07 March

      Cuthbert Banks u Ara x’qed jghid Franco Debono, allura huma l- istess persuna peress li ghamlu l-kumment fl’istess mument? 11.01am

  • Ara x'qed jghid Franco Debono
    Posted at 11:01h, 07 March

    “Sitta u tletin elf vot huma seba’ siggijiet fil-Parlament jew aktar u f’Parlament ta sebghin siggu ghandhom sahha kbira hafna – mhux biss jiddeciedu min jiggverna, izda hemm bizzejjed voti ghal partit mdaqqas.”

    Dawn l-statements missa ggib il-media. Tirrealizza x’sinjifikat fih dal-kliem?

  • Ingdimt
    Posted at 17:42h, 06 March

    Ingdimt ghax emmint f Joseph imma Joseph m emminx fijja
    Joseph $&@$(; bijja
    Imma tieghu ghada gejja……

  • Salvu Salvu
    Posted at 17:38h, 06 March

    Kemm hu simpatiku Salvu Mallia 🙂

  • Malti min-guf ommu
    Posted at 17:37h, 06 March

    Qed nifhem sew jien? Qed tghid illi jekk ma tinbidilx il-ligi ellettorali xorta hemm cans li partit itella’ candidati bizejjed fil-parlament?

  • Animal Farm
    Posted at 17:34h, 06 March

    Tuni l-pajjizi lura. Ja qatta &;:@&$

  • J.Cachia
    Posted at 17:32h, 06 March

    Jien qatt ma tlabt pjacira m’ghand hadd, dejjem hdimt u qdift ghal rasi u din li l vot jintuza ghal pjaciri ma nistax nifimha.
    Inhobb lil pajjizi u l-vot tieghi ntiegh lil min ihobb lil pajjizi bhali.
    Franco, aqbez ghalina kif gieli ghamilt. Kollha jahsbu ghal buthom biss jafu.

  • crmen
    Posted at 16:47h, 06 March

    well said dott,.attakki u theddid fuq hajtek ghax dejjem kont onest u nadif u ried il gid ghal pajjiz , Nahseb ahjar twaqqaf xi partit ghax jiena l ewwel wahda ghal kemm dejjem ivvutajt pn ,fi zewg partiti ma sarx ghandi fiducja

  • Ellen
    Posted at 16:20h, 06 March

    Ma mortx id-dimostrazzjoni ghax jien konsistenti u dak li l-bierah kien hazin, illum ukoll hazin.
    Franco Debono biss kien konsistenti f’kull zmien u la l PN u l-anqas il PL.
    Malta l-uniku pajjiz fl-Unjoni Ewropea b’zewg partiti biss fil-parlament.

  • Tama
    Posted at 16:06h, 06 March

    Dejjem emmint fik Franco u nammira il-konsistenza u l-perseveranza tieghek.
    Jien hawn jekk ikollok bzonn xi haga u jekk f’ahhar tisma’ u tifforma partit.

  • Sam
    Posted at 12:56h, 06 March

    xempju ta lirgulija !