T-tghaffig beda hafna qabel l-kontroversja tan-nomina tal-magistrat

T-tghaffig beda hafna qabel l-kontroversja tan-nomina tal-magistrat

Se nghid dan li gej gahx jekk hawn xi had f’Malta li ghandu dritt jitkellem fuq Riforma tal-Gustizzja huwa jien, li kelli nghaddi minn maltempata shiha biex mbuttajt dawn r-Riformi u se nibqa’ naghmel hilti biex r-riforma titwettaq sew.

Wahda mit-Taqsimiet fil-mozzjoni tieghi tal-2011 dwar r-Riforma tal-Gustizzja, kienet dwar riforma f’diversi aspetti fil-Ligijiet tad-Drogi. Wahda minnhom kienet tikkoncerna l-kultivar. Ghaliex.

L-kuncett principali tal-Kap 101 u l-Kap 31 huwa distinzjoni netta bejn pussess ta’ sustanzi ghal uzu personali esklussiv fuq naha, u pussess mhux ghall-uzu personali u traffikar fuq n-naha l-ohra. Distinzjoni netta ghax fl-ewwel kaz hemm pieni zghar filwaqt li dwar traffikar l-ligi timpani piena minima tassattiva ta’ sitt xhur prigunerija. Ovvjament dawn l-issues niltaqa maghhom kuljum fix-xoghol tieghi bhala avukat fil-kamp kriminali  ghal dawn l-ahhar sittax-il sena.

Issa xkienet l-problema fil-kultivar?

L-problema kienet li din d-distinzjoni ma kenitx tapplika ghax l-Ligi tghid li kultivar awtomatikament ifisser traffikar u allura anke kultivar tal-icken pjanta jfisser sitt xhur prigunerija ma jmissu ma xejn! Ovvjament dan kien ingust u  jistona anke mal-bqija tal-Ligi, apparti li anke jekk persuna tikkultiva pjanta wahda ghall-uzu taghha dak f’ghajnejn l-Ligi jammonta ghal traffikar u dan ma jaghmilx sens.

Allura kont proponejt emenda semplici – tapplika d-distinzjoni generali fil-Ligi bejn pussess ghal uzu personali u pussess ghal skop ta’ traffikar ghal dak li huwa kultivar.  L-Qorti tiddeciedi jekk l-kultivar huwiex ghal uzu personali jew inkella dak l-kultivar hux ghal skop ta’ traffikar. Semplici u ssegwi mal-bqija tal-ligi.

Dan kollu dokumentat fil-Parlament u kulhadd jistaa’ jarah. Emenda semplici hafna.

Imma x’ghamlu minflok? U hawnekk bdejt ninduna bit-tghaffig, nuqqas ta’ esperjenza u li kienu se jdahhlu ‘l kulhadd gol-hajt. U ghalija dak li gara ricentment kont ilni li prevedejtu sena mill-anqas.

Ghamlu emenda kretina u illogika fis-sens li kultivar ta’ pjanta wahda ma titqiesx traffikar, pero’ aktar minn wahda awtomatikament traffikar u allura habs bilfors. Ovvjament dan irrenda s-sitwazzjoni aktar ingusta milli kienet! Ghaliex?

L-ewwel nett meta wiehed jitkellem fuq pjanta dan mhux ammont definit bhal meta wiehed jghid pirmla, jew kilo li huma ammonti ta’ kejl definiti. Pjanta ta’ zewg metri u pjanta ta’ zewg centimetri huma t-tnejn ‘pjanta’ pero l-ammont ovvjament huwa ferm differenti u allura meta l-Ligi qed titkellem fuq ‘pjanta wahda’ dan ma jaghmilx sens.

It-tieni u aghar minn hekk persuna jista jikkoltiva pjanta wahda pero bl-iskop li jittraffika minnha, filwaqt li xi haddiehor ikollu hames pjanti pero l-iskop ikun ghall-uzu tieghu personali. U allura wiehed jista’ jara kif l-Ligi qalbet kollox ta’ taht fuq u ghamlet s-sitwazzjoni aktar ingusta. Ghaliex.

Ghax dak li jkollu pjanta wahda twila zewg metri, anke jekk l-intenzjoni tkun li jittraffika minnha, dak jehlisha b’piena minima ghax hekk tghid r-riforma l-gdida, dak hu l-krietrju li gie introdott.

Filwaqt li xi haddiehor li jkollu zewg pjanti zghar ta’ zewg centimetri l-wahda intizi biss ghall-uzu personali, dak bil-ligi l-gdida jrid BILFORS jehel sitt xhur habs. Bi pjanta wahda twila zewg metri tohrog kwazi free, pero’ b’zewg xitliet zghar appena nibtu – sitt xhur habs!

Hawwadni ha nifhmek.

Malta ta’ taht fuq.

 

7 Comments
  • Reporter 15th November 2015
    Posted at 21:46h, 17 February
    • Reporter 15th November 2015
      Posted at 21:53h, 17 February

      45:00

  • M'hemmx ghazla
    Posted at 21:51h, 14 February

    L-istorja ta Konrad Mizzi jtellaq wahdu tfakkarni meta Lawrence Gonzi tellaq wahdu.
    Kemm Konrad kif ukoll Lawrence rebhu t-tellieqa.
    L-artiklu jghid li ntghazel Konrad Mizzi biex jiprepara ghal-kampanja ellettorali, u wahda mil-bicca xoghol li jrid jghamel hi, li jerga jikkonvinci lil dawk li vvutaw PL u hargu dizappuntati, biex jergghu lura fi hdan il-partit ghax il-partit jisma’ u jhoss il-weggha taghhom.
    Jien nghidilhom, in-nies mhux cwiec u mbilli tigi taqa u tqum mis-suldati ta l-azzar biex fl-ahhar troxx il-bzar fl’ghajnejn, le le u le ma fikhomx x’tghazel.
    http://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/44333/elezzjoni_enerali_fittieni_parti_tal2017#.VsDUy9m9LCQ

  • Tat-tielet distrett
    Posted at 00:41h, 11 February

    Ma nippretendiex li l-ministru ikun jifhem f’kull qasam tal-ligi imma nippretendi li jikkonsulta u jiehu parir minghand nies bhalek Dr. Debono li tant tkellimt fuq dawn ir-riformi u mhux jaqbad u jghaffeg.

  • Helga
    Posted at 23:56h, 10 February

    Some people never learn do they! May I suggest that you do now what you should have done last election, that is, form a party. We’ve had enough of this dilettantism.

    • Tumas
      Posted at 14:45h, 11 February

      Prof Ian Refalo huwa espert fil-ligi Kostituzzjonali u qed jghid li fl’ebda mument ma nkissret il-kostituzzjoni ghax kull ma kien hemm kienet nomina.
      Allura Ministru tal-Gustizzja, li nzerta wkoll avukat, li mdawwar bil-konsulenti legali, li ghandu r-rizorsi kollha neccessarji biex jahdem… Ma kellux mezz kif ikun jaf li jekk ha jghamel in-nomina, hemm cans kbir li jigi mwaqqaf min oppozizzjoni li qed tghamel xogholha sew?
      Ma nixtieqx nghid li waddabha ghal sieqha biex mbaghad jara kif tigi.
      Ma nixtieqx nghid li fl’ghama biex jikkuntenta lil xi hadd, ghamel kollox horrox borrox.
      Ma nixtieqx nghid li ma kienx jaf jew li kien jaf.
      Kemm ma nixtieqx nghid li dahqu bijja ghax emminthom, imma ha jkolli nghid.
      Darba dhaqtu bijja, imma ma tergax tkun.