10 Feb 2016 10 ta’ Frar
Jum San Pawl tas-sena 2010 kienet gurnata importanti ghal qasam tal-gustizzja f’dan il-pajjiz. Bhal-llum sitt snin ilu gie introdott f’pajjizna d-dritt tal-assistenza legali ghall-persuni arrestati li dahal wara insistenzaa kbira min-naha tieghi sa mill-ewwel diskorsi fil-Parlament f’Gunju 2008. Dan kien dritt li f’pajjizi ohra kien iddahhal erbghin jew hamsin sena qabel.
Kien biss wara li astjenejt f’vot Parlamentari f’Dicembru 2009 bhala sinjal ta’ protesta talli din l-ligi li kienet ghaddiet mill-Parlament b’mod unanimu fl-2002 pero’ sal-2009 kienet ghadha ma ddahhlittx fis-sehh, li dand d-dritt iddahhal fis-sehh propju ftit gimghat wara.
F’Novembru 2011, imbaghad prezentajt mozzjoni fil-Parlament prezentajt Mozzjoni Privata fejn proponejt li d-dritt tal-avukat ikun WAQT l-interrogazzjoni kif ukoll li tiddahhal r-rule of disclosure, li fil-fatt ddahhlet ftit xhur ilu
Sharon
Posted at 07:12h, 11 FebruaryImmagina persuna li qatt ma tkun rifset l-ghatba tal-qorti, xi trawma tghaddi minnha meta tigi arrestata u interrogata.
Mhux kull min jigi arrestat huwa kriminal, u sewwa sew ghalhekk huwa dritt fundamentali li persuna arrestata ghandha tinghata l opportunita li tkun assistita min-avukat waqt l-interrogazzjoni
Farrugia Carmel
Posted at 00:44h, 11 FebruaryKull min ikun arrestat ghandu jirringrazja lilek Franco li jkollu dritt ikellem avukat u jiehu parir qabel jigi interrogat ghax kieku ma kontx inti dan id-dritt qatt ma kien jidhol hawn Malta.