08 Feb 2016 Checkmate?
Nikteb bhala osservatur oggettiv, minn barra mil-politika, dwar grajjiet kurrenti fil-pajjiz.
Jekk nghidilkom li fil-Parlament il-Partit Nazzjonalista jista’ jkun li ghandu n-numri sufficjenti biex jisfiducja lil Owen Bonnici, hafna minnkom taqbdu tidhqu! F’minoranza ta’ tmienja jew disa’ siggijiet dan kif jista jkun? Trid tkun ma tafx tghodd biex tghid hekk, ikun hemm min jghid!
Nispjega.
Illum l-Kap tal-Opposizzjoni talab r-rizenja ta’ Owen Bonnici minhabba l-kontroversja li xxukkjat pajjiz (fejn persuna giet nominata ghal magistrat meta kien jezisti impediment kostituzzjonali minhabba li ma kenitx ilha tliet snin li spiccat mil-Employment Commission) u li s-Sunday Times iddeskriviet bhala ‘a monumental blunder’, u wara li s-shadow minister iddeskriva lil Bonnici bhala l-aghar ministru tal-gustizzja ta’ kull zmien. Dan kollu juri li f’ghajnejn l-opinjoni pubblika l-Opposizzjoni qeghda f’posizzjoni b’sahhitha hafna u li ghalekk l-posizzjoni tal-Opposizzjoni tidher wahda iebsa, wahda rigida hafna. Pero’ sa fejn tista’ tasal?
Aktar minn qatt qabel l-PL ma jaffordjax imur ghall-elezzjoni generali li jmiss minghajr ma jkun implimenta riforma fil-mod tal-hatra tal-gudikanti (art 96 Kostituzzjoni) , aktar u aktar wara din l-kontroversja. Dan n-nuqqas jista’ jkun punt ta djghufija fl-elezzjoni li jmiss, fejn tidhol good governance u meritokrazija, weghdiet ewlenin tal-PL.
Biss pero’ biex dawn jghaddu mill-Parlament, skont l-art 66 tal-Kostituzzjoni dan l-vot jehtieg maggoranza ta’ two thirds, jiggifieri jehtieg l-vot tal-Opposizzjoni fil-Parlament.
Jekk ghaldaqstant, l-Opposizzjoni se jzommu posizzjoni rigida minhabba u bhala sinjal ta’ protesta jiddikjaraw li mhux se jappoggjaw l-proposti jekk Bonnici ma jerfax responsabbilta’ politika u jirrizenja, allura l-gvern ikun tabilhaqq checkmate meta wiehed jikkunsidra l-posizzjoni tal-opinjoni pubblika alenija kontra l-istess decizjonijiet ta’ Bonnici li precipitaw dawn l-avvenimenti.
Filwaqt li Opposizzjoni f’kull pajjiz jista jkollha riservi dwar hafna affarijiet, jista’ jkun hemm uhud fejn tkun f’posizzjoni soda bhal f’dan l-kaz, u ohrajn fejn ma tkunx u f’liema kaz jkun aktar ghaqli tabbandunahom ghax ikunu kontro-producenti.
B’hekk l-gvern ikollu Hobson’s choice, jiddecidi jekk imurx ghal-elezzjoni minghajr ma jimplimenta riformi mweghda minhabba kontroversja li f’ghajnejn l-pubbliku huwa hati taghha u messu qatt ma dahal fiha, jew li jgieghel lil ministru jirrizenja jekk l-Opposizzjoni tibqa’ tinsisti li bih fil-kariga hi ma tappogjax riformi,
Huwa f’dan s-sens li wiehed jista’ jaqbel li jista jkun li l-Opposizzjoni ghandha numri sufficjenti biex tisforza r-rizenja tal-ministru jekk tinsisti li zzomm posizzjoni rigida u f’dak l-kaz jista’ jkun li l-gvern ikun checkmate. Nemmen li l-gvern ma jaffordjax imur ghal elezzjoni minghajr ma jaghmel dawn l-bidliet fil-ligi.
Nerga’ ntenni li qed nikteb bhala osservatur oggettiv, minn barra mil-politika, dwar grajjiet kurrenti fil-pajjiz, u ghaliek bhat-titolu tal-ktieb ta’ Herbert Ganado, ‘Jiena nhobb nitkellem maghkom’.
History repeats its self
Posted at 09:29h, 08 FebruaryMa mmorrux il-boghod hafna, mela diga nsejt li hekk kien gralu Gonzi meta Austin Gatt kien qed jaffegg wahda wara l-ohra.
Zamm lil Gatt u tilef l-elezzjoni.
Issa l-buzilles hi, x’ha jghamel Muscat?
Ha jissagrifika l-partit habba persuna li kullhadd jaf li hu wiehed min dawk tac-cirku tal-priministru, jew ha jghidlu, bye bye you’re the weakest link, halli tkompli l loghoba?
Owen u f@$k"d big time
Posted at 09:20h, 08 FebruaryJiddependi kemm Joseph ihobb lil ministru Owen Bonnici u kemm lest ihallih jitlaq biex ma jitlifx l elezzjoni.
Riformi
Posted at 09:12h, 08 FebruaryIt’s all about the Reforms, Reforms,Reforms.
Il-pass li jmiss min naha taz-zewg partiti ser jikxef min vera ghandu ghal-qalbu l-gid tal-pajjiz.
Hekk Alla jghini!