12 Jan Ligi dwar L-Awtonomija u Dinjita’ tal-Parlament
Bhalissa ghaddej dibattitu fil-Parlament dwar Ligi dwar l-Awtonomija tal-Parlament li jaghti aktar dinjita lil din l-oghla istituzzjoni tal-pajjiz u lil membri Parlamentari nfushom b’mod li jistghu jaghmlu xogholhom ahjar u l-Parlament jista’ jwettaq l-funzjoni tieghu ta’ skrutinju fuq l-gvern tal-gurnata. Din hija ligi storika ta’ importanza enormi li ssahhah istituzzjoni tant centrali f’kull demokrazija. Prosit.
Din hija holma ohra li qed issir realta’ f’Riforma Kostituzzjonali li bdiet u miexja ‘l quddiem. Dan kienet wiehed mis-suggetti principali li kont nitkellem dwaru fil-Parlament kif wiehed jista’ jara mis-siltiet hawn riprodotti. Flimkien mar-Riforma tal-Gustizzja, l-Ligi dwar Finanzjament tal-Partiti u l-kontabilita’ u responsabilita politika b’mod specjali tal-ministri, din l-Ligi kienet parti ohra prominenti mil-vizjoni tieghi ghat-Tieni Repubblika. Minkejja li tkellimt ripetutament dwar s-sugget sa mill-ewwel diskors tieghi fil-Parlament, sfortunatament sal-ahhar tal-Legislatura kien baqa’ ma sar xejn . . . .
Parlament ta’ Malta-Seduta 2-Indirizz b’risposta għad-Diskors tal-President ta’ Malta-L-ewwel Diskors 12.05.08-Onor.Franco Debono
” Din l-istituzzjoni hija l-aqwa monument ħaj għall-kisbiet tad-drittijiet tal-poplu Malti matul is-snin. Irridu għalhekk inkomplu nsaħħu l-awtonomija tal-parlament u nallokaw aktar riżorsi kif diġa` ġie mħabbar li se jsir.Irridu ninkoraġġixxu aktar nisa jidħlu fid-dinja tal-politika. Jeħtieġ ukoll jiġu riveduti l-iStanding Orders sabiex jirriflettu r-realtajiet politiċi tal-lum. Għandha tiġi msaħħa wkoll il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u tiġi addottata liġi dwar l-amministrazzjoni pubblika.”
Parlament ta’ Malta-Seduta 170 Voti taht l-Ufficcju tal-Prim Ministru- Diskors 24/11/09- l-Onor.Franco Debono
” Sur President, il-parlament jaqa’ taht il-voti li qed niddiskutu llum.Ma ninsewx li din hija l-oghla istituzzjoni tal-pajjiz, hija l-iktar forum ta’ diskussjoni rapprezentattiv , u jien kelli opportunita f’dan il-parlament ukoll li nsemmi l-bzonn li jigu emendati l-iStanding Orders.L-istanding orders issa ilhom l-istess ghal ghexieren ta’ snin, u wasal iz-zmien li dawn jigu emendati. Hawn ta’ min ighid li anke l-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici kien ghamel studju dettaljat dwar kif dawn ghandhom jigu mibdula.Irridu nemendawhom mhux semplicement biex inkunu biddilna imma biex dawn jippermettu funzjonament hafna ahjar ta’ dan il-Parlament. Illum il-gurnata nahseb li anke minn fuq dawk is-suggerimenti rega’ ghadda z-zmien u nahseb li hemm bzonn li jsir studju iehor biex jergghu jigu aggornati biex il-Membri jkunu jistghu jippartecipaw u jaghtu kontribut ahjar.Li hu zgur huwa li hemm bzonn jigu allokati aktar rizorsi ghal dan il-Parlament. Hemm bzonn li dan ikun Parlament aktar awtonomu…Kelli wkoll opportunita li nuri l-preokkupazzjoni tieghi li dan il-Parlament m’ghandux l-ahjar media biex jittrasmetti l-messagg tieghu lejn il-poplu. Fl-ahhar mill-ahhar ahna qeghdin hawnhekk nizvolgu din l-attivita tar-rapprezentazzjoni. Ahna nghidu li l-istatzzjoniiet tal-partiti ghandhom inaqqsu daqsxejn il-polarizzazzjoni u nahseb li dan jigri awtomatikament jekk ikun hemm id-dibattiti tal-parlament li jkunu televised live jew b’xi mod in-nies ikunu jistghu jsegwuhom ahjar.”
Parlament ta’ Malta-Seduta 333 Abbozz ta’ Ligi li Jemenda l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra ll-Korruzzjoni Abbozz Nru 57- 29/03/11 -l-Onor.Franco Debono
” Hawnhekk qeghdin nitkellmu fuq it-tishih tal-Kummissjoni li giet kostitwita 22 sena ilu pero’ nemmen ukoll li l-Parlament jehtieg li jissahhah b’diversi modi. Nemmen li wasal iz-zmien li jkun hemm revizjoni tal-istanding orders. Jidhirli li 10 snin ilu l-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici kien hejja rapport sabiex jinbiddlu. Nemmen ukoll li dan il-Parlament ghandu jkun iktar accessibbli ghac-cittadini u ghandu jkollu mezzi sufficjenti u adegwati fid-dinja tal-lum. Pajjizna lahaq l-eccellenza fit-teknologija tal-informatika allura dan il-Parlament ghandu jkollu l-aqwa apparat sabiex iwassal il-messagg tieghu biex ic-cittadini jkunu jistghu jsegwu ahjar x’qed jaghmlu r-rapprezentanti taghhom li eleggew f’elezzjonijiet hielsa.Jien nemmen li dik l-Istituzzjoni li tezercita kontroll fuq il-gvern tal-gurnata ghandha tkun imsahha.”
Parlament ta’ Malta-Seduta 49- Mozzjoni ta’ Sfiducja fil-Gvern – 25/1/12- Onor.Franco Debono
” Apparti dan hemm ukoll bzonn ta’ riforma fil-ligijiet elettorali, fil-mod tal-hatra tal-President biex ma tibqax issir b’rizoluzzjoni semplici imma issir b’zewg terzi, tishih tal-Kumitati Parlamentari fosthom il-Public Accounts Committee u tishih ta’ dan il-Parlament b’mezzi ta’ komunikazzjoni u b’awtonomija li ma tippermettix l-izball gravi tal-mod kif zdiedet l-onorarja.L-akbar difett ta’ din iz-zieda fl-onorarja mhuwiex it-timing izda l-ksur tal-principju tal-awtonomija tal-Parlament fejn minn wara dahar il-Parlament persuni hadu l-onorarja ta’ deputat u l-principju tal-awtonomija tal-Parlament ma jistax jinkiser aktar minn hekk, apparti li ma tghinx fit-team spirit imma dik imbaghad nigi ghaliha. Parlament iktar b’sahhtu u Qrati iktar b’sahhithom necessarjament igibu maghhom amministrazzjoni aktar trasparenti u kontabbli, apparti milli huma tajbin fihom infushom.
…Imma l-Italja li jien dejjem nghid li ghandhom process kontinwu ta’ riformi kostituzzjonali, ma jiddejqux jemendaw u jaggornaw il-Kostituzzjoni taghhom u bhalissa qeghdin jiddiskutu wkoll li jkollhom Parlament izghar. Jien dejjem ghedt li ahna wkoll ghandna nikkonsidraw li jkollna Parlament izghar ta’ deputati li jkunu full-time.Dan il-Parlament ghandu jkun il-fus f’demokrazija.”
Parlament ta’ Malta-Seduta 49 Mozzjoni ta’ Sfiducja fil-Gvern – 25/1/12- Onor.Franco Debono
“Sur President, f’din l-era digitali ghandna demokrazija li tahdem bir-radju u li ma kontx jien li ghamilt mistoqsijiet parlamentari u pressjoni kien ikollna Qorti li ghadha tahdem bil-cassette tapes. Parlament jahdem bir-radju u Qorti tahdem bil-cassette tapes fl-era tal-pen drive u l-iPad ecc….ghax dawn ma tantx nifhem fihom ! Kieku kollox miexi fuq ir-rubini u dawn huma dettalji zghar x’nirrangaw kieku zgur mhux se nigi hawn u noqghod insemmi l-cassette tapes u l-kwestjoni tar-radju, imma sfortunatament dawn mhumiex dettalji kosmetici izda huma indikazzjoni tal-istat attwali tal-istituzzjonijiet infushom.”
Parlament ta’ Malta-Seduta 49 Mozzjoni ta’ Sfiducja fil-Gvern – 25/1/12- Onor.Franco Debono”
” Meta deputat jiġi elett f’isem partit isir ukoll rappreżentant tal-poplu u allura għandu l-leatà primarja lejn il-kostituzzjoni u l-poplu li eleġġieh.Barra minn hekk Ministru m’għandux juża l-kunċett ta’ party loyalty bħala pretest biex jgħaddi bħal romblu minn fuq kulħadd inkluż dan il-Parlament u jippretendi li l-backbench jagħlqu għajnejhom u jbaxxu rashom għal kulma jiddeċiedi. Il-party loyalty mhux qiegħda hemm għalhekk. Il-backbench fl-aħħar mill-aħħar ukoll jiffaċċjaw l-elettorat u għandhom l-obbligu li jkunu l-vuċi tal-elettorat. U allura anke f’ċirkostanzi normali deputati tal-istess partit m’għandhomx ikunu pupazzi jew spettaturi passivi għal dak li qed jagħmel il-Gvern għax il-lealtà lejn il-partit topera fil-kuntest tas-separazzjoni tal-poteri bejn il-Parlament u l-Gvern. Jekk ikun mod ieħor allura qed inħaddmu perikolożament – u din hija preokupazzjoni oħra kbira – mod ta’ tmexxija presidenzjali fejn il-Prim Ministru u l-Kabinett jiddeċiedu kollox mingħajr is-salvagwardja effikaċi tas-sistema presidenzjali li huma l-President u l-Kungressi eletti separatament f’elezzjonijiet differenti. Jien nemmen li hekk qed jiġri minħabba istituzzjonijiet ta’ kontroll dgħajfa fosthom dan il-Parlament. Id-demokrazija mhix il-party loyalty biss. Il-kostituzzjoni mhijiex il-manwal tal-party loyalty jew tat-tlegħiq. Id-demokrazija hija sistema li teħtieġ ekwilibriju delikat bejn l-organi tal-Istat fejn jekk l-Eżekuttiv ikollu poteri bla kontroll mill-organi l-oħrajn allura nkunu qed nitkaxru ’l barra mid-demokrazija u l-agħar territorju li nistgħu nidħlu fih huwa dak tal-oligarkija fejn xi klikka taħtaf il-poter jew addirittura, sfortunatament, iżżomm lill-Prim Ministru ostaġġ.”
Parlament ta’ Malta-S455-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Proċedimenti Kollettivi – Abbozz Nru 102-07.03.12-Onor.Franco Debono
” Hemm bżonn dan in-nifs ġdid, dan l-outlook ġdid lejn il-politika. Għandna bżonn kif qed ngħid parlament aktar awtonomu u aktar b’saħħtu. Għandna nemendaw l-istanding orders, u nagħmlu kumitati aktar b’saħħithom biex jiskrutinaw aħjar l-amministrazzjoni sabiex b’hekk ikollna amministrazzjoni aktar accountable.”
Parlament ta’ Malta-Motion 335 Private Members Motion on the Revision of the Standing Orders 10/10/12 L-Onor.Franco Debono jipproponi :
” Peress illi kif gie ritenut fir-Ruling tal-iSpeaker ta’ din il-gimgha stess, in -nuqqas ta’ riformi Parlamentari fl-ahhar snin, inkluz emendi holistici tal-Istanding Orders qed jipprecipitaw sitwazzjoni perikoluza fejn il-Gvern jitpogga l-fuq minn dan il-Parlament, minflok illi jpoggih f’pozizzjoni illi f’kull hin jaghti rendikont ta’ ghemilu lil dan il-Parlament u dan bi ksur tal-principju kostituzzjonali tas-Supremazija tal-Parlament u s- Separazzjoni tal-Poteri.Peress illi dan il-istat ta’ fatt ta’ nuqqas ta’ riformi urgenti u essenzjali tal-istituzzjoni u l-procedura Parlamentari, inkluz l-iStanding Orders hija kundannabbli;Ghaldaqstant din il-Kamra ghandha tirrisolvi :-
1) Illi tezisti htiega impellenti sabiex l-iStanding Orders ta’ dan il-Parlament, li ilhom snin twal ma jigu emendati b’mod holistiku jigu radikalment riformati, sabiex jirriflettu r-realtajiet ta’ Parlament modern fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u illi jigi assigurat id-drittijiet ta’ minoranzi f’dan il-Parlament u ta’ membri individwali, inkluz fid-diskussjoni ta’ mozzjonijiet bhal din u peress illi fil-prezent, anke kif jirrizulta minn Ruling ricenti tal-iSpeaker, tezisti sitwazzjoni perikoluza fil-prezent fejn Gvern, anke jekk ma jkunx igawdi maggoranza jista jibqa’ jimblokka d-diskussjoni ta’ materja imbarazzanti ghalih ghal xhur jew snin, u dan bi ksur lampanti u bi pregudizzju qawwi ghall-principju tas-Supremazija tal-Parlament;”
Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono
Parlament ta’ Malta-Aggornamenti-Estratt mis-Seduta Nru 388 tat-Tlieta, 4 ta’ Ottubru, 2011-Onor.Franco Debono
” Ma jistax ikollok sistema, kif b’dispjaċir ikolli ngħid li għandna llum, fejn għandek parlament dgħajjef. Napprezza u nissottolinea l-isforzi tiegħek, Sur President, li komplejt ukoll fuq l-isforzi tal-oħrajn, biex din l-istituzzjoni tqum fuq saqajha. Hemm bżonn mezzi ta’ komunikazzjoni aħjar. Ma ninsewx li din is-sena jaħbat l-anniversarju tad-90 sena mit-twaqqif ta’ dan il-parlament u se jkollna wkoll parlament ġdid minn hawn u ftit ieħor u huwa importanti li l-bini ta’ dak il-parlament nagħtuh ir-ruħ li jixraqlu. Jiena nemmen li dan il-parlament għandu bżonn mill-aktar fis liġi dwar l-awtonomija tiegħu, li dan il-parlament ikun aktar awtonomu u jiena wkoll qed nitkellem f’diversi fora dwar il-bżonn ta’ din il-liġi.”
Parlament ta’ Malta-Aggornamenti-Estratt mis-Seduta Nru 474 tal-Erbgha 16 ta’ Mejju 2012-Onor.Franco Debono
” Sur President, ejja nemendaw il-Kostituzzjoni. Nixtieq ngħix f’pajjiż fejn ikun hawn aktar rispett lejn il-Kostituzzjoni u fejn ikun hawn aktar għarfien tal-Kostituzzjoni. Jekk tmur hemm barra u tistaqsi lin-nies x’inhi l-Kostituzzjoni ħafna minnhom lanqas jgħidulek. Ossessjoni bil-partiti għandna! Nixtieq ngħix f’pajjiż fejn il-Kostituzzjoni hija aktar rispettata bħala parti mill-identità nazzjonali tagħna. Nixtieq ngħix f’pajjiż fejn dan il-Parlament ikollu aktar dinjità u d-dinjità ma tiġix biss bil-bini tal-Parlament! Jien naqbel mal-bini ta’ Parlament. Għaliex le? Però jien nemmen li waqt li qed nibnu Parlament għandna nkunu qed nemendaw ukoll l-istanding orders u nippreparaw liġi għall-awtonomija tal-Parlament.”
Parlament ta’ Malta-Aggornamenti-Estratt mis-Seduta Nru 474, tal-Erbgħa, 16 ta’ Mejju 2012-Onor.Franco Debono
” Rigward ir-riformi fil-ġustizzja jien tkellimt ripetutament u se nerġa’ nsejjaħ għal bidla fl-istanding orders. Hawnhekk iqumu ċertiissues li mbagħad nirraġunawhom bi standing orders li ilhom outdated għal madwar 15-il sena. Ovvjament imbagħad ikollok ir-rulings tal-iSpeaker. Imma għaliex ma nagħmlux proċess ta’ emendi tal-istanding orders, liġi dwar l-awtonomija tal-Parlament, aktar kontabbiltà u l-ħafna riformi li ilni ħafna nitkellem dwarhom? Partikolarment dwar il-ġustizzja ngħid li jien nixtieq ngħix f’pajjiż fejn ikolli liġi elettorali aħjar. Nixtieq ngħix f’pajjiż fejn l-isfumaturi kollha tal-opinjoni pubblika jkunu riflessi f’leġiżlatura. Aħna m’aħniex in-normalità. Aħna l-eċċezzjoni kbira fl-Ewropa kollha! Aħna l-uniku pajjiż li għandna żewġ partiti biss rappreżentati fil-Parlament. Ejja ma nkomplux nissoffokaw! Ejja nemendaw il-liġi elettorali u nemendawha mhux b’knee-jerk reactions iżda għandna npoġġu bilqiegħda u nemendaw.”
Parlament ta’ Malta-Aġġornament tal-Kamra taħt l-Ordni Permanenti Nru 13 – Diskussjoni fuq l-akkwist, permezz ta’ xiri u/jew kiri, tal-Isptar St Philip’s min-naħa tal-Gvern-Seduta 536-10.12.12-Tieni Jum Imholli Kollu ghall-Gvern-Onor.Franco Debono
“… U dan kollu minkejja li ilni nwissi, flimkien ma’ oħrajn, li minn sistema politika parlamentari llum pajjiżna nbela’ minn xibka ta poter f’sistema parlamentari prattikament mingħajr Parlament jiffunzjona u sistema fejn il-Prim Ministru aktar jixbaħ President f’sistema presidenzjali, imma mingħajr il-kontrolli u ċ-checks and balances f’dik is-sistema. Rajna l-kollass kważi totali ta’ istituzzjonijiet diġà dgħajfa bil-konsegwenza li llum is-sistema politika tagħna ma tingħarafx…”
Nistaqsi
Posted at 01:09h, 16 JanuaryDan vera temmnu, jew bhalissa jaqbel li tghid hekk?
Vera temmen li hadd m’hu kollu tajjeb jew kollu hazin ?
Franco Debono
Ghaziz Rowen, dan jien nhux illum ghidtu, anke sena ilu. Mill-elezzjoni ‘l hawn kont mistieden darbtejn fuq Xarabank u hadt gost nippartecipa. Izda mbaghad iva ghaliex le, n-nies jinbidlu, jahfru, jifhmu lil xulxin, jirrikonoxxu nuqqasijiet tal-ohrajn izda anke taghhom. Ma jezistux persuni kollox hazin jew kollox tajjeb. L-persuni huma nies bil-pregju u d-difetti u ghandhom jkunu stmati b’dinjita’ bhala nies. Jista’ jkun ikollok differnzi ma persuna u wara ssir l-ikbar hbieb!
Nistaqsi
Posted at 15:18h, 16 JanuaryJoe Grima qal li jaraf lil Manipulaturi.
Joe Grima jaraf platt kbir min platt zghir ghax lil manipulatur ma jarfux.
Carmel Pace
Posted at 00:13h, 13 JanuaryProsit Dott. Illum kulhadd qed jirrikonoxxi li kellek ragun f dak li kont qed tghid.