07 Jan 2016 Niddefendi lil Carm
Time makes more converts than reason – Thomas Paine.
Kulhadd f’dan il-pajjiz illum jaqbel li fil-qasam tal-gustizzja hemm bzonn riformi kbar fuq l-mudell ta’ dak li kont ssuggerejt jien u li dawn ma kienux qed isiru. Wasal z-zmien li nkunu maturi u nharsu ‘l quddiem. L-feriti biz-zmien ifiqu.
Jiena u Carm kellna mumenti fejn sfortunatament ma qbilniex. Fuq materji ta’ principju, ta’ riformi. U dawn affarijiet li jigru fil-politika. U jghaddu wkoll u l-affarijiet jikkalmaw. Min ikollu ragun u min ikollu tort u jista jkun ukoll xi ftit mit-tnejn ghax hadd ma hu perfett. Fl-ahhar mill-ahhar ahna poplu zghir b’qalb kbira.
Sal-ahhar mumenti kont riluttanti li nivvota kontra Carm fil-Parlament, hija xi haga li ghamilt kontra qalbi, u ghamilt minn kollox biex nevita. Iddikjarajt minn hafna qabel sabiex tinstab soluzzjoni u m’ghamilt xejn minn wara dahar hadd. Ghamiltha biss biex niftah t-riq ghar-Riforma tal-Gustizzja li hassejt kienet qed tigi blokkata.
Jiena kelli f’mohhi li nimplimenta Riforma fil-Gustizzja li prezentajt fil-Parlament kif jaf kulhadd, imbaghad giet mehuda on board fir-Rapport Bonello u ta dan jien nirringrazzjah. Nhossha ingusta li gejt gudikat ngustament mill-partit minhabba nuqqasijiet ta’ ohrajn, pero’ biz-zmien is-sewwa jirbah zgur u hekk gara u hekk jigri.
Pero’ jekk xi had jaghmel xi argument fil-konfront ta’ Carm, minn dawn li qed isiru fuq l-internet (kif jghiduli ghax jien ma narahomx), li ghax xi hadd jtella’ ritratti tieghu fuq Facebook allura jkun narcissist jew ma nafx kemm difetti jaqlghulu, jiena nkun l-ewwel wiehed li niddefendi lil Carm u dan minkejja d-differenzi li kellna fil-passat. Iva niddefendi lil Carm ghax ghandu kull dritt.
Niddefendih ukoll mill-argument l-iehor jekk deputat jistax jippostja ritratt mgezwer go xugaman hdejn l-bahar. Mela deputat ma jmur jghum bhal kulhadd? U meta jmur jghum se joqghod bil-glekk!?
Wara kollox ahna lkoll ahwa Maltin.
Mela mhux kulhadd ghandu dritt jipposta ritratti kemm irid u kif jixtieq fuq Facebook ! Billi Carm tella dawn r-ritratti kollha u mijiet ohrajn fuq l-Facebook page tieghu ifisser li narcissist, skwilibrat jew ma nafx xiex! Dazgur li le! Ghandu kull dritt hu u kulhadd u jaghmel sew ghax Facebook ghalekk qieghed!
Qed ngib ezempju b’Carm ghax persuna kelli differenzi mieghu u li llum m’ghandix, ahseb u ara nies ohrajn li qatt ma kelli differenzi maghhom.
Niddefendih, sa certu punt, ghax wisq probabbli min ikun qed jaghmel dan l-argument ikun jiccajta u allura m’hemmx bzonn difizi ghax ahna lkoll ahwa Maltin.
blue titanium soldier
Posted at 22:44h, 07 JanuaryMhawx ghaliek Dottore well said.
M&M
Posted at 15:15h, 27 JanuaryWelcome back :)))