01 Jan 1 ta’ Jannar 2016 – tidhol fis-sehh l-Ligi dwar l-Finanzjament tal-Partiti – awgurju tajjeb ghar-Riforma Kostituzzjonali
S-sena 2016 tibda b’awgurju tajjeb ghar-Riforma Kostituzzjonali, u niehu opportunita’ nawgura s-sena t-tajba lil kulhadd.
L-ligi kostituzzjonali ta’ pajjizna ma tinsabx biss fil-Kostituzzjoni ta’ Malta izda f’diversi ligijiet ohrajn ta’ rilevanza kostituzzjonali bhal Ligi dwar l-Eelezzjonijiet Generali, u f’dan s-sens li din s-sena tibda b’awgurju tajjeb ghar-Riforma Kostituzzjonali f’pajjizna.
lllum l-ewwel jum ta’ Jannar 2016 huwa jum importanti ghar-Riforma Kostituzzjonali f’pajjizna, bhal ma kien nhar it-Tnejn 20 ta’ Lulju 2015 meta l-Abbozz ta’ Ligi dwar l-Finanzjament tal-Partiti sar Ligi bi qbil unanimu, bil-Gvern u l-Opposizzjoni jivvutaw favur, Illum din l-Ligi tidhol fis-sehh, Ligi li mhux biss abbozzajt u prezentajt fil-Parlametn fil-Legislatura li ghaddiet izda wkoll komplejt nassisti lil Ministru Bonnici dwarha bhala President tal-Law Commission.
Grazzi l-Gvern talli ghogbu juza l-Abbozz li kont prezentajt jien fil-Parlament f’Jannar 2012 u li mbotta ‘l quddiem din l-Ligi. Grazzi lill-Opposizzjoni u lil Alternattiva Demokratika li ppartecipaw u taw kontribut sabiex tkompli tittejjeb l-Ligi. Grazzi wkoll lis-socjeta civili u l-mezzi tax-xandir u l-istampa talli ppartecipaw fil-konsultazzjoni pubblika mmexxija mill-Ministru Bonnici. B’hekk filwaqt li l-Ligi finali zzomm l-istess struttura u sustanza tal-Abbozz prezentat minni f’Jannar 2012, illum hija aqwa u aktar rfinuta ghax tigbor fiha sforz kollettiv u genwin ta’ diversi ilhna u opinjonijiet fis-socjeta Maltija. Dan huwa pass importanti hafna ghalina bhala poplu, ghad-demokrazija u r-Riforma Kostituzzjonali.
Qabel prezentajt l-Abbozz f’Jannar 2012, pero’, kont ghamilt kampanja shiha dwar dan is-suggett u fil-fatt kont semmejt dan sa mill-ewwel diskors tieghi fil-Parlament, bhala l-izghar deputat tal-Gvern fit-tieni seduta nhar it-12 ta’ Mejju 2008, ‘Indirizz b’risposta għad-Diskors tal-President ta’ Malta’ :
”Is-seklu għoxrin kien is-seklu tad-demokrazija. Twessa’ d-dritt tal-vot u għaldaqstant ħafna aktar nies kellhom aċċess u bdew jipparteċipaw fil-proċess elettorali. Pero` fuq kollox kien is-seklu tad-demokrazija permezz tal-partiti politiċi. Ix-xettiċi jsostnu li l-partiti aktar iġibu konflitti u kontroversji milli kooperazzjoni. Pero` l-verita` hi li l-partiti politiċi huma essenzjali u indispensabbli għat-tħaddim tad-demokrazija parlamentari kif nafuha. Huma essenzjali sabiex jordnaw u jorganizzaw l-opinjoni pubblika f’forom ta’ ħsieb u prinċipji.
Ċertament li wasal iż-żmien sabiex f’pajjiżna, bħal tista’ tgħid fil-bqija tal-pajjiżi kollha fl-Ewropa, ikollna liġi mhux biss dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi iżda wkoll dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament intern tal-partit politiku bħala assoċjazzjoni ta’ rilevanza kostituzzjonali.
Dak li jiġri internament f’partit politiku ma jinteressax esklussivament lil dak il-partit biss iżda għandu rilevanza għall-istruttura kostituzzjonali kollha li fil-kontest tagħha jopera. Ir-realta` hi li partit politiku mhux sempliċement entita` politiku soċjali iżda huwa parti integrali mill-istruttura kostituzzjonali.”
F’diversi diskorsi fil-Parlament, fuq medda ta’ hames snin, kostantement qajjimt dan s-sugget biex nohloq kuxjenza u nqajjem dibattitu dwar l-htiega impellenti ta’ din il-legislazzjoni. Fis-seduta 181, tat-18 ta’ Jannar 2010, fid-dibattitu dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Abbozz Nru 35 – Tieni Qari
”Riċentement jien semmejt il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti li jien informat li qed tiġi diskussa wkoll fis-select committee. Jekk m’iniex sejjer żball xi snin ilu din il-kwestjoni kienet ġiet diskussa u kien tħejja xi rapport ukoll. Illum aħna għadna wieħed mill-ftit pajjiżi li m’għandniex liġi dwar il-finanzjament tal-partiti, xi ħaġa li wrejt il-preokkupazzjoni tiegħi dwarha wkoll.
. . . .. . . .
. Jiddispjaċini ngħid li meta nsemmi l-finanzjament tal-partiti ninduna li ħafna lanqas biss jafu x’jaħbat dan is-suġġett. Għaldaqstant ix-xandir għandu jkollu dan ir-rwol ta’ informazzjoni. Qiegħed jaqdih, biex ma ninftiehemx ħażin, però jeħtieġ li jaqdih ferm aktar.”
Imbaghad ghal darb’ ohra fis-Seduta 217 tas- 6 ta’ Mejju 2010 fid-dibattitu dwar Private Member’s Motion tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara
‘ . .. Issa tajjeb li nkunu l-arkitetti ta’ dan jew ta’ dak il-partit però llum jixraq, u huwa bżonjuż, li nkunu l-arkitetti ta’ sistema moderna ta’ partiti, sistema li tapplika għal kulħadd mibnija fuq liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Din semmejtha fl-ewwel diskors tiegħi f’dan il-parlament u se nibqa’ nsemmiha għall-kontabilità u t-trasparenza.’
Fis-Seduta 298 tal-11 ta’ Novembru 2011 fid-dibattitu dwar Abbozz ta’ Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru 61
”Nerġa’ nisħaq fuq dak li għedt fil-bidu, jiġifieri li ma jistax ikollok demokrazija b’saħħitha jekk ma jkollokx Parlament b’saħħtu, u huwa importanti wkoll li jkollna l-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Fil-fatt fir-rwol tiegħi bħala assistent parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jien qed naħdem fuq dan. F’demokrazija fil-ġurnata tal-lum ma jistax ikun li ma jkollokx regolamentazzjoni fuq il-partiti politiċi, min qed jiffinanzja xiex, kemm, kif u x’fatta.”
Fis-Seduta 333 tad-29 ta’ Marzu 2011 fid-dibattitu dwar Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni – Abbozz Nru 57
”Irrid ngħid ukoll li jien f’dan il-Parlament sħaqt kemm flaħt fuq il-bżonn li dan il-pajjiż, bħall-maġġor parti ta’ pajjiżi oħra demokratiċi fid-dinja, ikollna liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti. Din għedtha kemm-il darba u nerġa’ ngħidha kemm f’dan il-Parlament kif ukoll barra minn dan il-Parlament li demokrazija b’saħħitha llum ma tistax tgħix mingħajr liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Fil-pajjiż ġar tagħna l-Italja għaddew minn din il-fażi 20 sena ilu u għaddew minn terremot sħiħ. Kellek partiti li saħansitra għalqu l-bibien u kellek tista’ tgħid a political landscape totalment ġdid. Jien nemmen li kull pajjiż ikollu l-istorja tiegħu. L-Ingilterra, per eżempju, kellek anke riċentement issues li jikkonċernaw deputati, però nemmen b’mod ġenerali li mhux biss l-abbozz ta’ liġi li għandna quddiemna llum jgħodd imma rridu li l-affarijiet jaħdmu fil-prattika, kif semmew kelliema ta’ qabli, inkluż l-Onor. George Vella li għadu kif spiċċa d-diskors tiegħu li huwa rilevanti immens.
Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti mhux qiegħda hemm biex toħnoq lil dawn id-donaturi bonafidi li hemm lista kbira tagħhom. Il-maġġoranza huma donaturi bonafidi. Fl-aħħar mill-aħħar il-partit politiku hu organizzazzjoni li tinbet fis-soċjetà għax ikollha ideal, twemmin u prinċipji, nies li jissieħbu flimkien f’partit politiku sabiex imexxu ‘l quddiem l-ideal tagħhom u sabiex eventwalment jeleġġu rappreżentanti ta’ dak il-partit fl-organu leġislattiv, fil-Parlament. Partit politiku jkollu bżonn il-finanzi biex imexxi l-ideal u l-prinċipji tiegħu ’l quddiem u fil-fatt imbagħad eventwalment jattwahom permezz ta’ politika konkreta meta jkollu l-membri tiegħu eletti fil-Parlament. Illum il-kampanji elettorali saru jiswew il-flus għax ix-xogħol tal-partiti politiċi sar aktar speċjalizzat u hemm bżonn aktar nies speċjalizzati sabiex jifformulaw il-policy. Anke l-Galdes Report kien għamel distinzjoni bejn il-formulazzjoni tal-policy tal-partit u l-aspett tal-media, l-aspett ukoll tal-propaganda. Hemmhekk silet din id-distinzjoni.
Kont qed ngħid li b’din il-liġi m’għandniex nagħtu l-impressjoni li kull min jagħti donazzjoni mhuwiex bonafidi. Nemmen li l-maġġoranza l-kbira ta’ persuni li jagħtu donazzjonijiet ikunu bonafidi, però l-mekkaniżmi li se tkun qed tpoġġi fis-seħħ il-liġi dwar finanzjament tal-partiti huma intiżi sabiex ma tħallix lil min jabbuża. Jiġifieri filwaqt li tinkoraġġixxi lil min irid jagħti donazzjonijiet bonafidi – u ovvjament dawn għandhom jiġu inkoraġġiti – jekk ikun hemm min irid jabbuża mis-sistema allura hemmhekk jiskattaw sanzjonijiet u jiskattaw pieni, inkluż pieni ta’ natura kriminali.”
Imbaghad fis-Seduta 435 tal-14 ta’ Dicembru 2011 fid-dibattitu dwar l-Estimi Ġenerali 2012 – Voti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Approprjazzjoni
”Bħala Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jien lestejt abbozz ta’ liġi dwar il-finanzjament tal-partiti li tista’ tkun il-catalyst għal din ir-riforma kostituzzjonali, il-mod kif inħarsu lejn il-partiti politiċi, il-mod kif jiffunzjonaw kif ukoll l-aspett tal-finanzjament li sal-lum għadu mhuwiex regolat. Naħseb li fil-ġranet li ġejjin il-Prim Ministru jkun qed ivara l-proċess dwar din il-liġi li llum jinsab kważi konkluż u naħseb li għandu jkun ukoll catalyst sabiex din id-diskussjoni dwar riformi kostituzzjonali takkwista aktar momentum.”
Ergajt fis-Seduta 444 tat-13 ta’ Frar 2012 fid-dibattitu dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemend l-Att dwar l-Unjoni Ewropea – Abbozz Nru 101
”Għalhekk huwa tajjeb li dan il-poplu tagħna jkun iktar familjari ma’ dawn ir-regoli tal-logħba politika, li jmorru lil hinn u huma iktar ’il fuq mill-partiti, anzi huma r-regoli li proprju jirregolaw it-tħaddim ta’ dawn il-partiti, il-mod kif jaħdmu u joħolqu l-istruttura kostituzzjonali li mbagħad il-partiti joperaw fi ħdanhom. Għalhekk fost liġijiet oħra, il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi hija importanti wkoll għax għandha rilevanza kostituzzjonali. Ta’ min iżid jgħid li sal-lum il-partiti politiċi għadhom l-aktar organi unregulated taħt il-liġi Maltija.
Daqstant ieħor huwa importanti li nagħmlu dan il-proċess ta’ riforma kostituzzjonali, u dan mhux jien biss qed ngħidu. Fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura kien hemm saħansitra kumitat magħżul għat-tisħiħ tad-demokrazija, imma għal xi raġuni jew oħra dan il-kumitat ma baqax jiffunzjona. L-abbozz ta’ liġi li għandna quddiemna għandu rilevanza kostituzzjonali, u jien għalhekk qed inqajjem dawn l-argumenti. Li jkollok kumitat li jiddiskuti r-riformi tal-iktar istituzzjonijiet fundamentali tal-pajjiż behind closed doors u li f’daqqa waħda dan falla, jien ngħid li dan kien doomed from the start. Jien hekk rajtha din, għax se mai dan kien irid jasal għal rapport, imbagħad dak ir-rapport kien ikun irid jiġi diskuss u l-Bambin jaf meta konna se naslu! Ara l-liġi tal-finanzjament tal-partiti lesta u qiegħda hawnhek.
Sur President irid ikollok ukoll partiti politiċi regolamentati u mhux free for all mingħajr ħadd ma jaf x’qed jiġri minn wara l-purtiera! Naħseb li aħna l-uniku pajjiż li fis-sena 2012 m’għandniex liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi. Huwa biss wara li jkollna dawn l-affarijiet kollha f’posthom, ileqqu u fi stat tajjeb li mbagħad nistgħu nibdew nitkellmu fuq dak li jkun qed jgħid xi backbencher.”
Fis-Seduta 483 tad-29 ta’ Mejju 2012 fid-dibattitu dwar Private Members’ Motion Nru 280 – Mozzjoni dwar riformi fl-Oqsma tal-Ġustizzja u l-Intern
”Għaliex ma ġabuhiex? Għax iriduni nibqa’ mdendel biex mingħalihom jimmanipulawni. Biex nibqa’ mdendel u jibqgħu jgħiduli li se jġibuha u se jġibuli tal-finanzjament tal-partiti. Jien, jekk ma tridux tagħmluhom, tagħmluhomx, imma dawk jirriflettu ħażin fuqkom! Jekk ma tagħmlux il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, dik fuqkom tirrifletti ħażin, mhux fuqi, għax jien għamiltha! Ma kellix għalfejn nagħmilha. Stajt nagħmel kif jagħmlu erbgħa hawn ġew, jiġu kultant meta jfettlilhom, imma jien le, jien lill-Parlament inħobb
Kultant bdejt nistaqsi: Meta se tibda d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni? Għax ħlief vjolenza psikoloġika u affarijiet minn dawn ma smajtx. Fis-sustanza u fil-mertu ftit li xejn smajt. Dawn iridu l-ideat u facebook u lanqas naf x’aktar. Il-mozzjoni tiegħi ma ġabuhiex u l-liġi tal-finanzjament tal-partiti ma ġabuhiex. Ideat iktar minn hekk xi tridni nagħtihom? Jien tajthom ideat. U meta tiġi ħażina jwaħħlu fik u meta tiġi tajba jisirqulek il-mertu, jiġifieri min se jagħti l-ideat jaħsibha sewwa qabel jagħtih
Dwar il-liġi tal-finanzjament tal-partiti x’ġara? Din ili nħambaq fuqha, liġi li suppost ilha li daħlet lanqas ngħidlek kemm. Aħna u l-Albanija l-uniċi pajjiżi li m’għandniex din il-liġi. Jien bdejt nagħmel draft, għaddejtha lid-Drafting Unit. Missier l-Onor. Mifsud Bonnici għamilha, għamel id-draft, għedtilhom biex dik nirfinawha għax mhux se tgħaddi imma bi żball bagħtu lilha xorta. Jiena ppreżentajtha l-mozzjoni, u hawnhekk nerġa’ nieħu l-opportunità li nitolbok biex bħala Kamra ta’ Rappreżentanti tibgħatha lil GRECO. Jien bħala deputat ippreżentajtha u din hija mozzjoni li bħalissa tinsab quddiem il-Kamra u allura l-GRECO għandhom ikunu informati biha. Għaliex le?”
U fis-Seduta 486 tal-4 ta’ Gunju 2012 fid-dibattitu dwar Mozzjoni 309 – Mozzjoni ta’ Fiduċja fil-Gvern
”Mhux il-politika tal-ebusija tar-ras u lanqas kwestjoni ta’ appeasement. Jekk tagħmel il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tkun qed tagħmel appeasement lili jew tkun qiegħed tiffranka li dan il-pajjiż iħammar wiċċu mal-GRECO? Jekk tagħmel dawn ir-riformi lili qed tagħmel appeasement jew lill-poplu kollu? Il-Gvern irid jaħdem kull ġurnata għal dik il-maġġoranza. Jien se nkun onest anke fil-kontest ta’ rimarki li saru fil-media. Jien f’dawn l-aħħar xhur ġejt offrut opportunitajiet biex nikkontribwixxi, li m’għandix dubju kienu ġenwini u b’bonafidi però dejjem insistejt għax dejjem kont konsistenti li l-ewwel l-accountability, l-ewwel l-irfigħ ta’ responsabbiltà. Inutli ngħidu li se nagħmlu riformi kostituzzjonali jekk m’għandekx irfigħ ta’ responsabbiltà. B’xi mod, parzjali jew totali, inħoss li dik ir-responsabbiltà issa ntrefgħet.”
Fis-Seduta 508 tal-15 t’Ottubru tal-2012 fid-dibattitu dwar Aġġornament tal-Kamra taħt l-Ordni Permanenti Nru 13 – Diskussjoni fuq l-akkwist, permezz ta’ xiri u/jew kiri, tal-Isptar St Philip’s min-naħa tal-Gvern
”Lanqas il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tiegħi ma ressqu għad-diskussjoni! Kulħadd irid iġorr il-konsegwenzi u jien mhux tiegħi qed inġorr. Mela jien għamilt xi ħaġa? Jien ġibtilhom il-proposti li issa qed jippruvaw jużaw biex jifirħu bihom. Jien m’għamilt xejn! Jerfa’ l-konsegwenzi l-Onor. Mifsud Bonnici, mela jien!”
Imbaghad fis-Seduta 536 tal-10 ta’ Dicembru 2012 ghamilt ukoll riferenza gahl din il-Ligi u esebejt ukoll ittra li kont bghatt lil GRECO u li maghha kont annettejt ukoll l-Abbozz prezentat f’Jannar tal-istess sena
”Sur President, nitlob permess biex nagħti spjegazzjoni dwar il-mod kif se nivvota.
Kif nista’ nivvota biex dan il-Gvern ikompli jamministra fondi pubbliċi meta minkejja li pajjiżna kompla jiżloq ‘l isfel fil-perception of corruption index, dan il-Gvern naqas milli jimplimenta leġislazzjoni dwar il-whistleblower, dwar il-Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni u dwar il-finanzjament tal-partiti? Kif nista’ nivvota favur dan il-budget meta rapport reċenti tal-Awditur, qiegħed f’idi, fih madwar 400 faċċata ta’ mismanagement?
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Kopja ta’ ittra elettronika datata 15 ta’ Settembru 2012 li l-Onor. Franco Debono bagħat liċ-Chairman tal-GRECO fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.”
Sorry, the comment form is closed at this time.