22 Nov 2015 Rwol ta’ Deputat – s-siggu ta’ min hu?
Kulhadd qed jinsa li sa ftit zmien ilu fil-Parlament Malta kellna hames partiti fil-Parlamnet u fil-present Malta huwa l-uniku pajjiz fl-Ewropa kollha b’zewg partit biss fil-Parlament.
Wara r-rizenja tal-Onor Marlene Farrugia mill-Labour Party din l-gimgha, filwaqt li zammet s-siggu Parlamentari, rega’ xeghel d-dibattitu dwar n-natura tar-rwol ta’ deputat Parlamentari. Dan wassal biex segwaci tal-Labour Party bdew jghidu li s-siggu tal-Partit, posizzjoni differenti minn dik meta kien irrizenja xi hadd mill-Partit Nazzjonalista u viceversa esponenti tal-P.N. bdew jghidu li s-siggu Parlamentari tad-deputat, posizzjoni differenti minn ftit taz-zmien ilu.
Jien se nibqa’ konsistenti u nirrepeti dak li kont nghid xi snin ilu, nerggha nghidu llum u dan juri KONSISTENZA.
Parlament ta’ Malta – Seduta 489 Private Members’ Motion -Mozzjoni 260 – Mozzjoni Dwar il-Qasam tal-Gustizzja- Mozzjoni tal-Onor. Franco Debono 12/6/12
”Dawn huma s-suġġetti li ħassejt li, fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum u s-sitwazzjoni li konna ninsabu fiha speċifikament fit-8 ta’ Novembru tas-sena 2011 meta ppreżentajt din il-mozzjoni, għandi nagħmel sforz qawwi biex neleva fuq l-aġenda nazzjonali. Fid-demokrazija tagħna dan il-Parlament huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u għandu jkun l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż mhux biss b’mod teoretiku imma wkoll fil-prattika. Waħda mill-affarijiet li nħoss li tajt kontribut siewi fiha f’dawn l-erba’ snin li ilni f’dan il-Parlament huwa r-rwol tad-deputat. Deherli li hemm bżonn nifhmu aħjar x’inhu r-rwol ta’ deputat. Is-sinifikat tar-rwol tad-deputat mhuwiex bħala delegat tal-partit, imma huwa rappreżentant tal-poplu elett f’isem partit. Hemm differenza bejn a party delegate and a representative of the people elected on a party ticket. Jien dejjem ngħid li deputat jirrappreżenta lill-poplu fi ħdan partit, f’isem partit, però ultimately jirrappreżneta lill-poplu. L-element rappreżentattiv tad-deputat jiżboq kull element ieħor. ”
Jidher li wara hafna tghajjir u insulti, l-Partit Nazzjonalista qed jaqbel ma’ dak li kont ilni nghid jien snin shah li fl-ahhar mill-ahhar s-siggu Parlamentari huwa tad-deputat u mhux tal-Partit. Ilni snin shah nispjega kif deputat mhuwiex delegate tal-partit izda rapprezentant tal-poplu elett f’isem partit. Fuq kollox deputat huwa rapprezentant tal-poplu. Qatt ma hu tard. Nharsu ‘l quddiem.
L-verita hija wkoll li filwaqt li kandidat jista jikkontesta indipendenti minghajr partit, partit mhu xejn minghajr kandidati.
Inoltre ma jezistu ebda mekkanizmu legali li bih deputat li jirrizenja mill-partit li f’simu jkun gie elett, jista’ jigi mgieghel jirrizenja mil-Parlament u ghaldaqstant hija materja ta’ dritt kostituzzjonali illi s-siggu Parlamentar fl-ahhar mill-ahhar mhuwiex tal-Partit izda tad-deputat. Ovvjament f’cirkostanzi normali fejn d-deputat jimxi mal-linja tal-partit dawn l-issues ma jqumux. Iqumu biss f’cirkostanzi eccezzjonali li jwasslu ghal rizenji.
L-verita’ hija li fil-Parlamenti kollha madwar d-dinja deputati jivvotaw kontra l-partit taghhom regolarment. Hija xi haga accettata. Fl-Ingilterra fl-ahhar elezzjoni, l-aktar deputati li vvotaw kontra l-partit taghhom stess kollha reggghu gew eletti.
Fl-ahhar mill-ahhar s-siggu huwa tal-elettorat ghax hu jiddeciedi fl-elezzjoni ta’ wara min kellu ragun u min kellu tort u lil min se jega’ jaghtih jew jiehdu!
charlie seracino
Posted at 19:25h, 23 NovemberDeputat huwa mtella fil-Parlament permezz tal-voti tan-nies.
Mela qieghed hemm biex jirraprezenta lil dawk li tellawh.
Dawk li tellawh ghamlu hekk biex jirraprezenthom ghal dik il-legislatura kollha.
Issa x’ghandu jigri meta deputat jaghzel li jirrezenja mill-partit imma jghid li se jzomm is-siggu parlamentari?
Jien ta l-opinjoni li la qatt ma ghandu jmur kontra l-volonta ta dawk li tellawh f-isem il-partit
Jekk jibqa jinsisti li jirrezenja mill-partit, ghandu jirrezenja wkoll mil-parlament halli dawk li tellawh ikollhom ic-cans jaghzlu deputat iehor minfloku.
P borg
Posted at 10:27h, 22 NovemberEzatt! Deputat mhux mghazul mil-partit tieghu biex jirraprezentah, imma mghazul mil-poplu, allura jirraprezenta lil-poplu.
Dik hi l-kostituzzjoni u mhux semplici oppinjoni.
Dan hu dak li spjegajt int min meta kont membru parlamentari, u ghadek tghid l-istess haga illum.
Dan huwa fatt li mhux kas jekk taqbilx jew taqbel, imma kif inhuma l-affarijiet.
Opinjoni blu, hamra jew hadra mhux importanti, imma l kostituzzjoni ta Malta hi!
P borg
Posted at 06:43h, 22 NovemberL-verita hija wkoll li filwaqt li kandidat jista jikkontesta indipendenti minghajr partit, partit mhu xejn minghajr kandidati.