Mument krucjali

Mument krucjali

Parliament ChamberIlu snin jinhass l-bzonn li l-iStanding Orders tal-Parlament Malti jigu aggornati. Jien tkellimt dwar dan l-bzonn meta kont fil-Parlament, fil-kuntest tar-Riforma Kostituzzjonali li proponejt. L-iStanding Orders huma r-regoli ta’ kif jithaddem l-Parlament.

Jekk dawn l-iStanding Orders mhux se jigu mibdula issa, b’mod li jippermettu lid-deputat indipendenti l-Onor Farrugia li twettaq d-doveri Parlamentari b’mod shih u bl-akbar dinjita’, nibza’ li din tista’ tkun daqqa ta’ harta serja lil process ta’ Riforma Kostituzzjonali li beda bid-dhul fis-sehh tal-Ligi dwar l-Finanzjament tal-Partiti li kont prezentajt jien fil-Parlament f’Jannar 2012 u li se tidhol fis-sehh dalwaqt.

Kull deputat sew jekk fi hdan partit sew jekk indipendenti,  ghandu dritt jikkontribwixxi bl-aktar mod shih u dinjituz fil-hajja Parlamentari, u ebda deputat m’ghandu jitpogga f’xi sitwazzjoni li jitlob karita’ sabiex jaghti sehmu. Dan emmint fih meta kont deputat u ghadni nemmen fih illum.

Din hija l-konsistenza li dejjem emmint fiha.

Nemmen li din hi opportunita’ eccezzjonali sabiex wiehed juri li jemmen f’dan l-process ta’ riforma kostituzzjonali bis-serjeta u jippermetti lil kull deputat jwettaq d-doveri tieghu b’mod shih u bl-akbar serenita’.

Dan kollu kont shaqt dwaru f’diskors Parlamentari fit-13 ta’ Lulju 2011 fil-Parlament u nikkwota –

” . . . . .  Wasal iż-żmien għal riformi politiċi ta’ ċerta entità f’din is-soċjetà li qed tinbidel. Wasal iż-żmien li titwieled il-Kostituzzjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, ta’ Malta Ewropea, li tirrifletti l-istadju tal-iżvilupp demokratiku f’pajjiżna.  Wasal iż-żmien li nidfnu għal kollox il-mudell taż-żewġ tribuijiet li jokkupaw territorju wieħed u nsaħħu l-identità ta’ poplu wieħed b’fehmiet differenti.  Wasal iż-żmien li titwieled il-Kostituzzjoni ta’ Malta Ewropea b’istituzzjonjiet iktar b’saħħithom u iktar sodi li jissombilizzaw lil dan l-Istat.  Is-sistema tagħna hija sistema parlamentari, u ma nistgħux inħaddmu mudell presidenzjali mingħajr is-salvagwardji ta’ dik is-sistema presidenzjali.  Fis-sistema presidenzjali għandek elezzjoni separata għal-leġislatura.  Fl-Amerka għandek elezzjoni separata għall-kungress, li mbagħad jaġixxi ta’ check and balance fuq l-eżekuttiv, u allura fuq il-karta nistgħu ngħidu li s-sistema tagħna hija sistema parlamentari.  Hemm bżonn li nkomplu nsaħħu ċ-checks and balances fis-sistema tagħna ħalli din tibqa’ b’saħħitha. 

 

Sur President, fis-sistema tagħna l-indipendenza tal-ġudikatura tagħna hija soġġetta wkoll għal checks and balances mil-leġislattiv, u allura jien nemmen li jekk inħallu dawn iċ-checks and balances jitmermru bejn it-tliet organi tal-Istat, ikollna biss demokrazija fuq il-karta.  Bla dubju ta’ xejn għandna bżonn parlament iktar b’saħħtu u awtonomu.  Hemm bżonn li l-iStanding Orders ta’ dan il-Parlament jinbidlu biex jiġu jirriflettu r-realtajiet tal-lum, u li l-Parlament ikollu mezzi ta’ komunikazzjoni aħjar.  Nemmen li d-demokrazija hija bbażata wkoll fuq konċett li ħafna drabi neħduh for granted; elettorat informat u edukat.  L-issues politiċi tal-lum huma komplessi u speċjalizzati, u r-rwol tal-media li tinforma lill-pubbliku u żżomm lill-elettorat informat huwa fundamentali u jifforma parti integrali intrinsika mill-proċess demokratiku. . . . .”

 

4 Comments
  • Consistent
    Posted at 21:39h, 22 November

    Got to give it to you. You have always been consistent.
    You have it clearly in your mind and you have been saying the same things all along and time is proving you right time and time again.

  • Gerald Fenech
    Posted at 16:03h, 21 November

    Prosit bhas-soltu Franco – dan il-blog qed isir punt ta’ riferiment ghal min hu serju u ma jiflahx aktar ghal dawn il-kummiedji.

  • Luke Mizzi
    Posted at 00:10h, 21 November

    Wara dak kollu li assistejna ghalih illejla, mhux naqra hemm bzonn jinbidlu l standing orders u llum qabel ghada.

  • Fabian Dimech
    Posted at 18:16h, 20 November

    Naqbel mieghek perfettament li wasal iz zmien li ssir din ir riforma. Hekk ghandu jkun f socjeta demokratika.