Eyes without a face

Eyes without a face

Irrankat d-diskussjoni mhux wisq dwar l-burqa per se’ pero dwar jekk l-burqa ghandiex tigi permessa f’din r-rokna tad-dinja, fuq din l-gzira zghira fejn tant ltaqghu civiltajiet fil-labirint taz-zminijiet. Qed tfakkarni fid-diska celebri ta’ Billy Idol – Eyes without a face, Les Yeux sans Visage.

Fil-verita l-argument lokali mhux tant f’dan l-istadju jekk ghandiex tkun permessa jew le izda jekk Ligi li ilha tezisti minn zmien zemzem ghandiex tkun infurzata jew le. U dan huwa ghal kollox diskors differenti. Imbaghad wara jista jigi diskuss jekk, allura dik l-Ligi ghandiex titnehha, u dan huwa diskors differenti minn ta’ qabel.

Filwaqt li nemmen bis-shih fir-rispett shih lejn r-religjonijiet u kulturi u nemmen bis-shih  li tolleranza religjuza hija sagra, nemmen ukoll dak li diga ktibt li f’pajjizna din hija kontroversja fuq l-infurzar ta’ Ligi diga’ tezisti minn zmien zemzem. Lanqas biss se nidhol dwar l-issue nfisha. Pero jekk ghandha tigi permessa u jekk dan l-pajjiz jidhirlu li ghnadu jippermetiha irid jibdel l-art 338(n) tal-Kodici.

L-art 338(n) tal-Kodici Kriminali jghid car daqs l-kristall : Huwa hati ta’kontravenzjoni kontra l-ordni pubbliku kull min f’lok pubbliku, jilbes maskra jew ibiddel s-sura tieghu, barra minn fiz-zmien u l-mod li tippermetti l-Ligi. Malti car jinftiehem minn kulhadd.

Minn lenti purament lokali aktar jinkwetani kif  l-Ligi fil-Kodici giet superseded b’crikulari mill-A.G., li bla dubbju kellu l-intenzjonijiet tajba kollha fid-dinja. B”liema mod l-Ligi ta’dan l-Pajjiz hija dak li jghid l-Avukat Generali permezz ta’cirkulari u mhux dak li hemm stipulat fil-Kodici Kriminali.

Din l-Ligi ghandha tkun infurzata.

Jista wiehed jiddiskuti jekk forsi ghandiex tkun iccarata, aggornata, mtejba, pero sadanittant ghandha tkun infurzata lil hinn mid-dibattimenti, diskussjonijiet u pontifikazzjonijiet.

 

2 Comments
  • Billy
    Posted at 20:44h, 31 October
  • Id-dinjita tal_Parlament
    Posted at 20:29h, 31 October

    Nahseb li jekk l AG jinghata’ s-sahha u l poter li jiddeciedi x’hini ligi u x’mhix, inkunu qed inzebilhu il_Parlament fejn suppost li jsiru l-ligijiet.