29 Oct 2015 Jiena nhobb nitkellem maghkom
Wahda mill-isbah espressjonijiet fil-Letteratura Maltija li baqghet dejjem tidwi f’mohhi huwa t-titolu ta’ gabra ta’ kitbiet ta’ Herbert Ganado – ‘Jiena nhobb nitkellem maghkom.’
Din l-espressjoni tant sabiha tikkristallizza x-xewqa u l-movent ta’ dawk kollha, tista’ tghid li jiktbu, li jikkomunikaw, li ghandhom xi haga xi jghidu. U propju dak li jgieghelni nharbex kultant xi erba versi hawnekk.
Ironikament Ganado wkoll kellu differenzi mal-Partit Nazzjonalista.
Illum thabbar li d-deputat Nazzjonalista Charlo Bonnici, li fl-eta’ relattivament zghir, mhux se jerga jikkontesta. Din fakkritni f’xi avvenimenti. Lil Charlo nawguralu paci, sliem u kuntentizza.
Dwar l-kontribut li ta Charlo fil-Parlament u dak li tajt jiena nhalli l-istorja tiggudika, pero jiddispjacini li Charlo kien dak l-persuna li meta jiena kelli issues mal-P.N. ghaliex ridt li l-partit jersaq eqreb lejn n-nies u jimplimenta riformi kien gie rappurtat li qal hekk fl-inews tat-2 ta’ Novembru 2012:
‘Dikjarazzjoni ta’ Simon Busuttil ilbieraħ dwar iċ-ċans ta’ rikonċiljazzjoni ma’ Debono qajjmet reazzjoni mħallta fil-Partit Nazzjonalista. . . . . . Saħansitra, [Charlo] Bonnici kien esprima l-fehma li lill-Franco Debono l-Partit Nazzjonalista kellu jagħlaqlu l-bieb u jarmilu ċ-ċwievet f’qiegħ il-baħar.’
Ovvjament l-Istorja tatni ragun f’hafna minn dak li kont qed nghid u forsi kieku nghatajt widen, l-affarijiet ma kienux jiddegeneraw hekk. Hafna esponenti Nazzjonalisti wara l-elezzjoni 2013 irrikonoxxew li s-sitwazzjoni fil-Partit ma kenitx felici. Jien ovvjament lanqas ma jien jew kont perfett!
Pero’ dak ta’ Charlo, kien kliem verament goff, filwaqt li niftakar nies ohra bhal Francis Zammit Dimech li filwaqt li dejjem baqa’ leali lejn l-Partit u ddisapprova minn certi posizzjonijiet li hadt jien, kien ferm aktar moderat fid-dikjarazzjonijiet tieghu. Nghidu ahna fil-Maltatoday tat-2 ta’ Gunju 2012 Zammit Dimech kien gie kwotat hekk :
”Foreign and European Affairs Committee chairman Francis Zammit Dimech says motion by backbencher Franco Debono could have been seen sooner and chaos avoided. . . . I believe it would have been a completely different story had Franco Debono’s motion been put forward for discussion in Parliament prior to the motion submitted by the Opposition,” Zammit Dimech says.”
Pero’ biex nkompli naqsam maghkom dawn l-memorji, lura ghal Charlo Bonnici. Wahda mill-affarijiet li kienu ta handicap ghalija fil-P.N., stranament, kien l-fatt li jien gejt elett minflok Louis Galea. Louis kien ikona fil-Partit, wiehed mill-benneja tal-Partit mis-sebghinijiet ‘l hawn.
Tista tghid li Louis kien meqjus u forsi ghadu bhala il-partit flimkien ma’ tlieta, erba’ min nies ohra. Fil-P.N. Louis Galea kien u probabbli ghadu jikkmanda qima u kwazi reverenza. U mhux bla ragun. Mohh makakk u politiku li ghamel sbalji pero’ gid ghamel ukoll. Tant hu hekk li niftakar meta bdejt nithajjar nikkontesta, kont hassejt li ghandi mmur nkellem lilu l-ewwel, b’sens ta’ rispett.
U allura kien hemm min ihares lejja mhux bhala dak li kkonvincejt hafna nies jivvotaw, ghax ma riedux l-‘antiki’, f’elezzjoni fejn kull vot kien jghodd ghax intrebhet b’elf u hames mitt vot, izda bhala dak li ha post Louis Galea. Din l-ombra pruvajt pero’ ma stajt nehles minnha b’xejn!
U kif jidhol Charlo? Fl-elezzjoni 2008 Charlo Bonnici tela f’by-election pero’ sa ftit qabel kien Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru ta ‘Louis Galea u peress li kien iddecieda li jikkontesta hu, fil-kampanja elettorali ried jiffoka fuq l-kampanja tieghu ftit jew wisq.
Kien hemm min kien iqis li dan kien handicap ghal Louis, li tilef lil Bonnici, chief of staff tieghu, fl-aqwa tal-kampanja u kien hemm min kien tal-fehma li din setghet kellha xi effett meta Louis spicca ma tela minn ebda distrett mit-tnejn li kkontesta.
Opinjonijiet min jghid hekk u min jghid hekk. Filwaqt li jista’ jkun li dan l-fatt li Louis kien telaqlu l-Kap tas-Segretarjat fl-iktar muiment krucjali, ma kellu ebda mpatt kien hemm min haseb li dan seta’ kellu impatt konsiderevoli.
Pero’ niftakar kif xejn ma kont niehu gost li jien qisni ghamilt xi haga hazina, ghax gibt elfejn vot u tlajt flok Louis, meta haddiehor forsi telaqlu fl-aktar mument sensittiv, kif kellu kull dritt jaghmel wara kollox, u qisu qatt ma kien xejn.
Issa ghadda z-zmien, dan kollu passat, nharsu ‘l quddiem u qed nghidulkom biss. . . . ghax jiena nhobb nitkellem maghkom, u ghax dan kollu issa kkonsenjat ghall-istorja ta’ din l-gzira sbejha taghna.
Cross Keys
Posted at 12:12h, 30 OctoberMela ma tafx xi tkaxkira ha Charlo Bonnici specjalment fl’ahhar elezzjoni !
252 unnijjiet!!!
U ramihomlu c-cwievet l-ellettorat!
Il-poplu gharaf li Franco kien fis-sewwa u b’dan il-mod seta’ jsemma lehnu.
Id-djalogu u rikoncilljazzjoni hija l-unika triq li twassal ghas-success. Jekk Simon jaraf dan, jista’ jghid li l mixja tkun bdiet, jekk le……. Ahjar jibda jitghallem jghum.
L Borg
Posted at 00:45h, 30 OctoberKieku l voti ma gewx ghandek dak iz-zmien, kieku ma kienu jmorru ghand hadd ghax in-nies kienet xebghat.
Hekk gara, li bis-sahha tieghek, il PN irkupra dawk il- voti rebah l-elezzjoni and the rest is history.
Ja Hili
Posted at 00:24h, 30 OctoberCharlo Bonnici was at the Ministry of Louis Galea and he served as head of secretariat before he decided to contest for the 2008 elections.
Elton
Posted at 23:22h, 29 OctoberU ahna nkunu fuq ix-xwiek nistennew il-kontribut tieghek fuq dan il blog.