27 Oct Anke l-Partit Nazzjonalista beda jiddejjaq
”The Opposition has rebutted claims by justice minister Owen Bonnici that the PN’s proposal to have judges submit a declaration of assets, was proposed by the reform commission led by judge emeritus Giovanni Bonello. ” Maltatoday 27th October 2015 11:16am
Din l-impressjoni li jaghti Owen Bonnici li qisu r-Riforma tal-Gustizzja twieldet u spiccat mar-Rapport Bonello, jew li qisu kollox johrog minn hemm ilha ddejjaq lil hafna nies. Qed nghid dan b’kull rispett lejn habib ghaziz, pero meta nara certi dikjarazzjonijiet ninkwieta u nithasseb.
Deputati anke Laburisti li tkellmu dwar hafna suggetti u ghamlu proposti hafna qabel r-Rapport Bonello, avukati li matul s-snin tkellmu dwar dawn s-suggetti u ghamlu kawzi kostituzjonali dwar hafna punti inkluzi fir-Riforma, u liema avukati kienu huma li batew direttament min-nuqqasijiet kbar tas-sistema,u nies ohrajn, osservaturi indipendenti li josservaw dan kollu u li jafu li per ezempju aktar minn tliet kwarti tat-temi fir-Rapport huma simili hafna ghat-temi sollevati minni fir-Riforma tal-Gustizzja li prezentajt fil-Parlament f’Novembru 2011.
Minix se noqghod nfakkar li mhux talli ghamilt l-proposti talli ssagrifikajt siggu fil-Parlament ghax emmint fihom, ghax dan jafu kulhadd. L-prosposti tieghi m’ghamiltomx f’dan l-Blog jew fil-gazzetti izda fil-PARLAMENT, l-post fejn normalment isiru l-ligijiet.
R-Rapport huwa rapport tajjeb minn persuni distinti u kompetentissimi, li jien onorat jikkonferma by and large l-analizi li kont ghamilt jiena snin qabel. Li wiehed jsemmi r-Rapport Bonello biss u jinjora l-hafna avukati u anke deputati li hadmu ghal din r-riforma diga hija ingustizzja, li mbaghad tesagera billi dejjem ddoqq l-istess diska tibda’ ddejjaq lil kulhadd. Inoltre Dr Bonello ma kienx wahdu, tajjeb jinghataw mertu l-membri l-ohra wkoll.
Dan hu parir li diga’ tajt pero ma ttehidx. Lbierah ddejjaqt u nkwetajt nisma’ li l-Opposizzjoni ma kenitx qed tkun konsultata dwar r-Riforma.
U jekk kien hemm xi hadd li haseb li billi se jdendel l-karrotta tar-rapport Bonello kien se jixtri lil P.N. qed jidher car daqs l-kristall lil l-karrotta ma rnexxietx u falla mizerjament.
B’mod generali, u bébda riferenza assolutament ghal dan l-kaz, li tipprova tixtri nies jew silenzju taghhom tista’ tidher xi strategija makakka mal-ewwel daqqa t’ghajn, pero fil-verita’ mhi xejn hlief djghufija debilitanti li fl-ahhar tispicca tipparalizzak.
Jekk l-arroganza kienet wahda mir-ragunijiet principali ghaliex l-poplu xkana lil Partit Nazzjonalista lejn l-bankijiet tal-Opposizzjoni, kull gvern irid joqghod attent li l-istess arroganza ma ggieghelx lil poplu jixkupah b’sahha daqstant qawwijja u f’kemm ilna nghidu ggibu f’siktu mis-sakra tal-poter. Mhux qed nghid li dan hu l-kaz illum pero’ dan huwa principju generali.
Janice
Posted at 15:53h, 29 OctoberKeep it up Minister Bonnici, you are on the right track………………..|
Yana
Posted at 10:59h, 29 OctoberVery significant changes have been made in the court system. Delays have been diminished and overall improvement is tangible.
E.Laferla
Posted at 09:28h, 29 OctoberDejjem b’xi wahda gdida!
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20151028/local/government-reacts-as-audit-office-finds-irregularities.590001
Ronald Ebejer
Posted at 08:34h, 29 OctoberDi kif ini di? Il-Ministru tal- ***** ******* ****** . ****** ****** ******
B Dimech
Posted at 21:12h, 28 OctoberNahseb li L-karotti nhalluhom ghal hmir u mhux ghal-oppozizzjoni. Nipretendi li l-ministru tal-gustizzja ghandu jghamel dak li wiehd u jikkonsulta mal-oppozizzjoni u mhux joqghod jghidilna mod imbghad jghamel iehor.
Owen
Posted at 20:18h, 28 OctoberWhy is the justice minister making these claims? Is he under stress in some way to blunder thus?
Awe in
Posted at 14:54h, 27 OctoberL-ewwel karta safra ghal min ihalli mohhu jitla’ fis-shab.
U ejja ta!