Miljunarji, six star hotels, u . . . motorini

Miljunarji, six star hotels, u . . . motorini

Ilni xi zmien nissuspetta li xi haga kienet qed taqbad tmur zmerc pero qghadt nosserva. U ghadni qed nosserva. Jista’ jkun iva jista’ jkun le. Bil-pacenzja nosserva.

Li Joe Mizzi huwa ministru tajjeb, minkejja s-surveys u sondaggi, hija opinjoni tieghi li minnha konvint. Joe Mizzi jxammar l-kmiem u jahdem daqs baghal u jmidd ghonqu ghax-xoghol minn dak li nisma’. Mhux xi ministru puppatur, hafna pompa u sugu xejn, ma jifhimx fil-qasam tieghu, jew ministru f’xi qasam li jimxi wahdu, li jkun lahaq biss ghal ragunijiet li jkunu maghrufa pubblikament.

Minkejja l-precizjoni konsistenti ta surveys ohra, s-surveys dwar ministri ma jindikawx x’differenza jkun ghamel ministru partikolari fis-settur, xínhi l-popolarita’tieghu fid-distrett/i li jikkontesta izda wisq probabbli ikunu jirriflettu kemm l-ministru jkun deher fil-media. Jista jkollok ministru f’ministeru jimxi wahdu jidher f’dawl sabih waqt li ma jkun qed jaghmel xejn ta’sustanza  jew kwazi  waqt li ministru iehor jeghreq l-gharaq tad-demm, jirsisti u jistinka u forsi ‘x-xoghol tieghu jidher inqas.

Nitkellem mill-esperjenza tieghi. Qabel l-2008 filwaqt li Louis Galea kien jidher kuljum fil-media u kien sejjer tajjeb fis-surveys kien car, ghalija li kont qed nahdem fid-distrett, li ma kienx se jitla’, jew li kien se jkollu diffikultajiet kbar. L-istess Helen Damato, li kienet Segretarju Parlamentari, u allura kellha certa pjattaforma sostanzjali,  pero’ fid-distrett ma kentix popolari u dan kien jinhass mall-ewwel.

Joe Mizzi wiret settur li kien ilu jiddegenera snin twal u naxxenti wkoll mic-cokon tal-pajjiz. Qed jaghmel hiltu u qed jaghmel li jista’.

L-vizjoni tal-Gvern hija li jiehu lil dan il-pajjiz to the next level ekonomikament. M’hemm xejn hazin. Anzi. Sakemm wiehed ma jissagrifikax interessi u valuri ohra tajjeb nikbru u nimxu ‘l quddiem. Lukandi six stars, miljunari li jixtru c-cittadinanza bl-IIP kollha jghinu tkabbir ekonomiku.

U l-motorino? Ricentement thabbru incentivi biex jintuza l-motorino. Min se jsuq l-motorino? L-miljunarju tal-IIP li jkun fis-six star hotel ? L-istudenti sinjuri tal-Universita’ta’Sadeen? Ma nahsibx.

It-tieni, bejn bicikletta u motorino naghzel bicikletta. Franza, l-Olanda u pajjizi ohra Ewropej ghandek uzu qawwi tal-bicikletta. Ma tinkwinax u esercizzju fiziku tajjeb ghas-sahha. Jekk se naghmel qabza u mmur ghal zewg roti, imbaghad l-ahhar bicca naqdifha!

Sqallija mimlija motorini. U nahseb ftehmna.

 

 

 

6 Comments
  • Eric Cachia
    Posted at 23:27h, 26 October

    L-incentiv fuq il muturi z zghar huwa tajjeb ghax min ghandu mutur jikkunsidra juza lilu flok il karozza. Dwar l-uzu tar rota ghalkemm l ideali, m ahniex attrezzati bizzejjed meta wiehed jikkunsidra l klima. Hemm bzonn li jkun hawn showers pubblici.

  • Patricia Galea
    Posted at 23:20h, 26 October

    Idea tajba l-uzu tar-roti. Ta gid ghal ambjent u ghal sahhitna.

  • Raymond borg
    Posted at 19:21h, 26 October

    Il punt li semmiet M.Borg mhux tamin jinjorah. Forsi mhux idea hazina li jsieru tunnels biex issieru toroq catti ghar roti. Perezempju min birzebbuga ghal bulebel u Tunnel iehor min hal tarxien sal marsa. Fejn l-art tkun catta issiru toroq ghar roti. Jien nahseb jekk issiru dawn ikun hawn hafna li juzawhom. Jekk ikunu jistu issuqu 10km/h, min birzebbuga sal-marsa tassal finqas min siegha. Jekk issirux tunnels jew toroq jidependi fuq l ammont tal investizjoni ivvutata.

  • M Borg
    Posted at 17:43h, 26 October

    L-Olanda u Franza, specjalment l-Olanda ghandhom hafna mill-pajjiz catt. Ma jafux x’inhi tela li f’Malta issiba kull mitt metru ghalhekk ir-rota hija popolari hemm
    Nehhi t-tlajja u tara kif ir-rota tindera ukoll. Impossibli hux.Ejja nghidu tghoqod il-Mellieha utrid tmur ix-xoghol S.Pawl il-Bahar ara dawk it tliet telghat (u niezlit) li trid tinnaviga kuljum. Franca wiehed irrid ikun rejalista. Motorio f’Malta huwa aktar vijabbli

  • Frans schembri
    Posted at 17:13h, 26 October

    Jien omri fil muturi bit tfal b kollox.Nassigurak li sqallija nofs l acidenti li jkolna hawn ikollom.Joe mizzi mandux pariri tajbin.Motorini tfal ta 16 isuquwom biex jitalmu u mhux natu 125 lil min ma jafx isuq rota.

  • W. Dimech
    Posted at 13:53h, 26 October

    Naprezza li taqsam maghna l-hsibijiet tieghek. Tkompli turi kemm inti persuna umli u down to earth. Kompli sejjer hekk ghax in-nies bhalek trid u mhux xi hadd li qed fuq pedestal u jara lil kulhadd dubbien.
    Prosit Franco