24 Oct 2015 Tunnel
Qisu qed jidher dawl fit-tarf tal-mina. Pjuttost fil-bidu f’dal-kaz. Jidher qed jsiru aktar konkreti l-passi lejn r-risoluzzjoni ta’ din d-dilemma li ilha sejra snin. Qisha xi haga mohgaga – bridge jew tunnel? U ma tasal qatt. Filwaqt li jista jkun hemm ruxxmata argumenti favur u kontra kif dejjem ikun hemm dwar progetti ta’ din l-entita’, u kif kien hemm ghal snin dwar l-progett ta’ Bieb l-Belt u t-Teatru Rjal nemmen li wiehed irid jiehu decizjoni, u ma jintilifx fil-labirint tal-argumenti. Tunnel se naghmlu mhux labyrinth.
Nahseb li l-bridge mhix alternattiva attraenti, u ghal zmien kont emmint li jista jsir bridge bejn Malta u Kemmuna, imbaghad tunnel bejn Kemmuna u Ghawdex jew viceversa, pero jidher li t-tunnel hu aktar feasible. Nemmen li jekk ghnadu jsir dan t-tunnel ghandu jsir. Ma nistgux nibqghu mitlufa mhabbla f’argumenti, rapport u tahdidet ghal dejjem ta dejjem. Nemmen li l-gvern ghandu jiehu dan l-progett b’certa serjeta u m’ghandix ebda raguni niddubita li hekk qed isir kemm mill-ministri koncernati kif ukoll mid-deputati Ghawdxin.
Fuq nota differenti nimmagina, minn dak li kont nara u nisma’, li fil-legislatura li ghaddiet l-hegga, zelu, energija u entuzjazmu li kellu Chris Said biex jahdem fuq dan t-tunnel, kien minn tal-anqas daqs l-hegga u entuzjazmu li kelli jien dwar r-riforma tal-gustizzja u l-Ligi dwar l-Finanzjament tal-Partiti.
M’ghandix dubju li ghal Chris l-esplorazzjoni ta din l-possibilta din kienet xi tip ta’ holma kif kienu ghalija r-riformi li diga semmejt.
Sfortunatament kien hemm sitwazzjoni fil-partit dak iz-zmien debilitanti. Trid tahdem u ma tistax, jew ma tistax kemm tixtieq. Imma issa dak ghadda u mar. Ovvjament din hi l-opinjoni tieghi. Jista jkun li Chris jahsibha ghal kollox differenti.
Geologija
Posted at 20:13h, 24 OctoberEspert fil-geologija semma li fil-qiegh tal-bahar bejn Malta u Ghawdex hawn hafna faults (xquq fil- blat) ikkawzati min caqliq mhux tant rari ta plates li jista’ ikunu ta periklu f ‘progett bhal dan.
L-istudju li sar dan l-ahhar, sar fuq gebla skandinava li m’ghandha x’taqsam xejn mal-kwalita tal-gebla Maltija.
Jekk naraw kif dejjem sar ix-xoghol hawn Malta, niehdu perezempju l Mater Dei, sirna nafu li l’konkos li ntuza ma kienx up to standard.
Issa jekk nghamlu mod, jerga jigri l-istess fil-mina, ghidli naqra x dizastru jkollna.
Xejn ma naqbel ma din l-idea.