22 Oct 2015 Libell Kriminali u Talbiet Zghar
Naqsam maghkom xi ftit hsibijiet.
Illum l-aktar ahbar importanti fuq skala internazzjonali kienet l-laqgha tal-Bank Centrali Ewropew, pero’ wisq probabbli waqt li s-swieq finanzjarji madwar d-dinja kienu jistennew l-ezitu b’nifishom maqtugh, qrib tliet kwarti tal-popolazzjoni lokali ma kellomx idea x’kien qed jigri fil-pajjiz. Diskussjonijiet fuq miljuni, biljuni ta’ ewro, mhux propju materjal tat-Tribunal tat-Talbiet Zghar.
Lokalment, fil-gustizzja ahbar dwar libelli kriminali u l-ohra dwar t-Tribunal tat-Talbiet Zghar.
X’nahseb?
Libelli – dak li ghidt fil-Parlament fl-2011, tnehhija kompleta tal-libell kriminali flimkien ma’ revizjoni minima fl-ammont tad-danni wara ghoxrin sena minn meta gew stabbiliti.
Dwar t-Tribunal tat-Talbiet Zghar nerga’ ntenni wkoll dak li ghidt fl-2011. It-Tribunal presedut minn avukat li fil-ghodu jipprattika bhala avukat u wara nofsinhar jiddieciedi l-kawzi. L-individwi li ppresjedew nemmen qdew d-doveri b’serjeta’ kbira, pero’ n-natura tal-bniedem hija dik li hi, inoltre nghixu f’pajjiz zghir fejn kulhadd jaf lil kulhadd, u l-klijentelizmu u nepotizmu pjaga nazzjonali.
Bizzejjed kellna kontroversji fuq hatriet u problem ta’ gudikanti, u kumplikazzjonijiet u dan fejn ghandek magistrati u imhallfin.
Fil-principju u specjalment f’pajjiz tant zghir qatt m’ghogbitni l-idea ta’ avukat li fil-ghodu ghandu l-prattika tieghu u wara nofsinhar jaghmilha ta’ gudikant. Dejjem emmint li dawn l-kawzi jistghu jingabru u jkunu decizi minn magistrat bil-protezzjoni kostituzzjonali u salvagwardji ta indipendenza u imparzjalita li ggib maghha l-kariga. Opinjoni umli tieghi.
U allura dik diga’ problema. Li imbaghad pero’ izzid l-fakulta li f’dawn t-Tribunali jaghtu decizjonijiet ex tempore tinkwetani aktar.
Ezempju – zewg avukati kellhom argument jahraq f’awla u siegha wara sabu ruhhom quddiem xulxin fit-Talbiet Zghar, wiehed difensur, l-iehor gudikant li jrid jaghti gudizzju ex tempore, jiggifieri dak l-hin stess minghajr ma jimmotiva s-sentenza. Kawtela, prudenza, indipendenza u imparzjalita. Jekk nnaqqru dawn nzidu, mhux nnaqqsu l-problemi. Fid-direzzjoni l-ohra hemm horrox borrox, anything goes u tal-amateurs.
Dejjem emmint f’gustizzja li filwaqt li ma tkunx ghazziena, tiehu l-hin taghha u ma tkunx ghaggelija zzejjed. Gustizzja ghazziena hazina, gustizzja ghaggelija aghar. Irridu gustizzja ta’ kwalita’.
Nahseb li l-mizuri li qed jigu introdotti b’mod generali huma f’dik d-direzzjoni pero’ wiehed irid joqghod attent ghax kif jghidu the devil is in the detail.
Nemmen ukoll illi l-libel kriminali huwa ferm aktar importanti mit-Tribunal tat-Talbiet Zghar u nheggeg ghal darb’ohra l-bidliet necessarji fil-Ligi
Il-promise ta Joseph
Posted at 23:53h, 22 Octoberhttp://www.maltatoday.com.mt/news/elections2013/25025/time-for-a-rethink-on-criminal-libel-laws-muscat-says-20130226#.VilaPdkazCQ
Time for a rethink on criminal libel laws, Muscat says
Garry Mula
Posted at 23:38h, 22 Octoberhttp://www.maltatoday.com.mt/news/national/18569/journalists-code-of-ethics-on-parliamentary-agenda-20120530
In a previous committee sitting MPs Franco Debono and Jose’ Herrera agreed that criminal libel should be removed as part of a reform of the libel law while the other committee member Francis Zammit Dimech said that while he agreed in principle, there should be safeguards where compensation under civil law was not possible.
G Caruana
Posted at 23:04h, 22 OctoberTimes of Malta 22nd October 2015
Magistrate Francesco Depasquale has made another attempt to force the abolition of criminal libel in Malta, which has laws promoting freedom of expression but then gives people to possibility to criminally sue someone for libel, which carries an effective prison term.