Hatriet tal-Gudikanti – Riforma Bonello/Debono

Hatriet tal-Gudikanti – Riforma Bonello/Debono

Niehu gost nisma’ lil habib tieghi u kollega Dr George Hyzler, President karismatiku tal-Kamra tal-Avukati jqajjem ghal darb’ohra s-suggett tal-hatriet tal-gudikanti. Anke l-Prim Imhallef ghaem sejhiet relatati.
Minn zmien ghal zmien iqum s-suggett dwar l-hatra tal-gudikanti. Qed tinghata l-impressjoni sbaljta qisha din hi xi issue li nibtet jew nqalghet ricentement.
L-verita’ hija li dina l-materja jiena kont qajjimtha fil-legislatura l-ohra u li l-PN (li llum niehu gost nisma’  jimbotta dawn r-riformi li kont proponejt jien) mhux talli dak z-zmien, meta kien fil-gvern ma implimentahomx, izda talli kkundannani ghax proponejthom, meta kien l-Ministru Mifsud Bonnici li kien qed jonqos milli jipproponihom u jimplimentahom. Dawn huma FATTI. Nharsu ‘l quddiem.
Dawn l-proposti ma joriginawx mir-Rapport  Bonello izda mir- Riforma Debono li jiena prezentajt fil-Parlament  u li tifforma s-sinsla tar-Rapport Bonello u huwa ghalekk li sezzjoni tal-media tirreferi ghal din rriforma bhala r-Riforma Bonello/Debono.
Fil-fatt dawn l-issues tqajjmu minni fil-Parlament (anke possibilment ghall-ewwel darba) fil-Mozzjoni Privata dwar Riformi Magguri fil-Gustizzja u Intern (8 ta’ Novembru 2011) – mozzjoni li wasslet ghall-qasma storika bejn l-Ministeri tal-Gustizzja u l-Intern u li hija l-gherq tar-riformi l-ohra kollha fis-settur.
Fil-fatt fir-Rapport Bonello nnifsu (pagni 39/40) jghid illi dawn l-proposti joriginaw mideliberazzjonijiet tal-Kumitat Magħżul tal-Kamra dwar Rikodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Liġijiet, li jiena kont nippresjedi :
” B’hekk, it-tieni għażla hija l-aktar waħda li għandha taqdi l-eżiġenzi tal-pajjiż. Irid jingħad ukoll illi din il-proposta ta’ din il-Kummissjoni mhix l-ewwel darba li saret f’pajjizna għaliex din kienet ukoll l-għażla li addotta l-Kumitat Magħżul tal-Kamra dwar Rikodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Liġijiet fiddeliberazzjonijiet tiegħu, u hija wkoll l-għażla li mar għaliha l-abbozz ta’ Kodiċi Amministrattiv approvat mill-imsemmi Kumitat. Il-vantaġġi ta’ din is-sistema huma ħafna: . . . . . .”  ‘Bonello Report’ – pg 39/40

Fil-verita’ l-proposti joriginaw mill-Mozzjoni Privata tieghi dwar Riformi Magguri fil-Gustizzja u Intern (8 ta’ Novembru 2011):

Parlament – Mozzjoni Privata Franco Debono dwar Riformi Magguri Gustizzja u Intern – 8 ta’ Novembru 2011, particularly points 11 and 12:

”punt numru 11. reviżjoni tal-ammont ta’ snin, u l-esperjenza rikjesti għal ħatra tal-­ġudikanti, kif ukoll il-proċedura kollha kemm hi tal-mod tal-­għażla, u l-età tal-irtirar, flimkien mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġudikanti;

punt numru 12. eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi tal-eżitu tal-aħħar proċedura ta’ impeachment, tal-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kif jeżisti fil-preżent, bħala check and balance kostituzzjonali ta’ importanza, u jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni;”

In fact in the following extract from my Parliamentary speech of the 19th June 2012, where I was explaining in more detail the individual points of the private members’ motion I made reference to the Scottish model which we had discussed in the Condolidation of Laws Committee (which I used to preside) :

”Kif kont qed ngħid, qabel ma ġiet ippreżentata din il-mozzjoni l-ħatra tal-ġudikanti ftit li xejn kont tisma’ dwarha.  X’inhu l-istat ta’ fatt illum?  L-istat ta’ fatt illum huwa li l-ħatra ta’ ġudikant tiddependi esklussivament mill-buona grazia tal-ministru. 20 sena ilu s-sitwazzjoni f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej kienet dik, li l-Ministru kien jaħtar ġudikant lil min irid hu.  Issa dan id-diskors irid jitwassal u jinftiehem fil-kuntest tas-separazzjoni tal-poteri.  Huwa desiderabbli li jkollok sens, anke remot jew mhux forsi reali, ta’ obbligazzjoni lejn l-amministrazzjoni minn dik il-persuna li tkun forsi ġiet maħtura ġudikanta? Issa ħalli niftehmu, rigward checks and balances fis-separazzjoni tal-poteri wieħed jgħidlek li mbagħad għandek is-security of tenure, fis-sens li ġudikant ma jistax jitneħħa mill-kariga ħlief biż-żewġ terzi tal-Kamra. Imma x’inhi l-verità? Il-verità hi li ħafna mill-pajjiżi tal-Ewropa mxew ‘il quddiem u abbandunaw din is-sistema u jidhirli li aħna għandna nagħmlu hekk ukoll.  M’abbandunawhiex kompletament, imma kull pajjiż għandu s-sistema tiegħu u irfinaha iktar milli abbandunaha.
Fil-Kumitat dwar il-Konsolidazzjoni tal-Liġijiet li nippresjedi jien u li fuqu hemm ukoll l-Onor. Josè Herrera li qiegħed preżenti hawnhekk, aħna konna qegħdin nesploraw il-mudell Skoċċiż fejn għandek a judicial appointments committee li jissuġġerixxi l-ismijiet ta’ ġudikanti prospettivi.  Possibbilment jiena nemmen li għandu jsir kif isir anke f’fora oħra, xi tip ta’ grilling li nintroduċu l-hearing ta’ dawn il-ġudikanti prospettivi sabiex nirfinaw is-sistema tagħna.  Nemmen li għandu jkun l-eżekuttiv li jaħtar lill-ġudikant, però nemmen ukoll li għandna nirfinaw dan il-mekkaniżmu, fosthom bil-ħatra ta’ dan il-judicial appointments committee li jissuġġerixxi hu l-ismijiet u jagħmel vetting tal-ismijiet tal-ġudikanti prospettivi mbagħad ovvjament ikun il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Kabinett li jirrikkmanda lill-President lil min jaħtar bħala ġudikant. Għalija din hija waħda mir-riformi fundamentali li trid issir.  Dak l-ewwel aspett, ir-radd tas-salib.”

Filwaqt li dan kollu jpoggi din l-materja fil-perspettiva storika taghha, u jaghmel gustizzja mal-fatti kif ukoll jispjega ghaliex sezzjoni tal-media tirreferi ghal-bidliet fil-gustizzja bhala Riforma Bonello/Debono, niehu gost nisma lil Dr George Hyzler itenni dawn s-sejhiet li kont ghamilt jien sa mill-2011.

 

11 Comments
  • Sonia
    Posted at 18:08h, 04 October

    Dottor Franco ohrog mal-partit laburista ghax maghna tahdem ghal-gid tal-pajjiz bla ma hadd ixekklek.
    Il-familja tieghi zgur tivvota lilek ghax min dejjem zammejnik b’ragel.
    Nistenna b’herqa li dan li qrajt isir realta.
    Nsellimlek
    http://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/43336/franco_debono_ma_jeskludix_li_joro_mallabour_jeskludi_li_joro_malpn_#.VhFMytkazCQ

  • Chief Justice Silvio Camilleri today called for more transparency in judicial appointments made by the government,
    Posted at 00:07h, 04 October
  • Mercedes
    Posted at 23:32h, 03 October

    John Bundy jintervista lil Franco Debono.

    embeds.audioboom.com/boos/3648430-ma-bundy-02oct2015-mp3/embed/v3?eid=AQAAAOq3D1auqzcA

  • Daniela
    Posted at 07:35h, 02 October

    Buongiorno Dott Debono!
    Hawn ghandek issib is-Select Committee – Re-codification and consolidation of laws –

    http://www.parlament.mt/sittingarchive?legcat=7&forcat=19

  • Karen Camilleri
    Posted at 23:01h, 01 October

    Illum il-gurnata kullhadd qieghed jirrikonoxxi kemm Franco Debono kellu ragun f’dak li kien qed jghid specjalment fil-qasam tal-gustizzja. Sahansitra l-Prim Imhallef u l-President tal-Kamra tal-Avukati qed jaqblu mal-proposti li kien ghamel Franco.

  • Joseph Saliba
    Posted at 22:59h, 01 October

    Fejn kien Carm Mifsud Bonnici llum? Din ir-riforma messha saret meta kien ministru tal-gustizzja hu meta kellu persuna li kontinwament kienet qed tghidlu x’hemm bzonn isir.

  • H farrugia
    Posted at 21:22h, 01 October

    jekk wieħed iħares biss lejn il-mozzjoni mressqa mill-eks-deputat Nazzjonalista f’Novembru 2011 faċilment jara kif anke l-maġġoranza tat-temi ttrattati fir-Rapport Bonello joriġinaw fil-fatt minn jew huma relatati ma’ din il-mozzjoni

    http://www.inewsmalta.com/dart/20150924-riforma-bonello-debono-il-bidla-bejn-xebh-ori-ini

  • H farrugia
    Posted at 21:10h, 01 October

    L-Oppozizzjoni konvenjentement qed tipprova tnessi li fis-snin kollha li l-Partit Nazzjonalista dam fil-gvern, mhux biss kien jahtar il-gudikanti bl-istess mod, u mhux biss qaghad ikaxkar saqajh biex ma jibdilx is-sistema, izda sahansitra ra kif ghamel biex ikkastiga lil min prova jibdilha.

    http://www.kullhadd.com/201508297400/Ahbarijiet/issa-l-pn-qabditu-l-ghagla.html

  • Susan
    Posted at 18:40h, 01 October

    You deserve it because you are always working hard for the country. Good luck for your future and keep up your good work

  • Grazzi
    Posted at 13:39h, 01 October

    Il-hatra tal-Gudikanti tibqa’ issue sakemm tigi rizolta.

    Il-hatra tal-ġudikanti min dejjem kienet diskussa, imma milli jidher hadd ma jrid jirfes kallijiet u l- ministri tal-gustizzja dejjem hassewhom komdi li d-decizzjoni finali tkun taghhom.
    Franco, min dejjem nafek thambaq u tiproponi, nahseb mil-ewwel speech tieghek. Ghal-grazzja t’Alla fl-ahhar il- proposti tieghek qed jghaddu ligijiet, imma fadal hafna xi jsir ukoll. J’Alla din tal- hatra tal- gudikanti tkun wahda minnhom.

  • Mario
    Posted at 13:29h, 01 October

    Qed ninduna li llum fethet is-sena forensi.
    Tajjeb mela, taf kemm ilu jhambaq fuq il hatra tal gudikanti Franco Debono?
    Tant ilu jhambaq li salbuh ghal dnubiet haddiehor. Dak li naqas li jghamel haddiehor sforz it telqa u nuqqas ta hegga li kienet tezisti, patta ghalih Franco billi sallbuh ghal inkompetenza ta haddiehor.
    Il-hatra tal Gudikanti. Proposta mressqa f mozzjoni fil Parlament u diskussa fil kummitat tal codifikazzjoni u konsolidazzjoni tal ligijiet.
    Terga tigi rikonoxxuta fir rapport Bonello. Rapport li percentagg enormi minnu jerga jsemmi il proposti ta Franco.
    Mela nghid jien, jekk il partit Nazzjonalista jilqa ir rapport Bonello bhala validu u jirrikonoxxih allura jilqa l proposti ta Franco Debono.
    Jekk jirrikonoxxi lil Vanni Bonello allura, jirrikonoxxi lil Franco Debono.