Riforma Debono – Twelid tar-Riforma tal-Gustizzja (1)

Riforma Debono – Twelid tar-Riforma tal-Gustizzja (1)

Issa saret moda li nitkellmu dwar  ir-Riforma tal-Gustizzja u hekk ghandu jkun, pero’ mhux minn dejjem kien hekk. Meta jien kelli vizjoni u bdejt nqajjem dawn l-punti ftit snin ilu mhux talli kont qisni vuci fid-desert, talli sibt rezistenza enormi. Illum hawn kunsens u j’Alla jizdied. L-bqija kullhadd jaf x’gara u ma xiex kelli nhabbat wicci biex nimbotta dak li illum kulhadd jiehdu bhala ovvju. Minkejja l-assedju li kelli nghaddi minnu, fl-immedjat kont ksibt il-qasma bejn il-minsiteri tal-gustizzja u l-intern li hija l-gherq li minnha jitnisslu r-riformi l-ohra kollha.

L-proposti tieghi m’ghamiltomx mill-kumdita’ tal-iskrivanija izda fil-kuntest turbolenti ta’ rezistenza li kelli nhabbat wicci maghha li tifforma parti mill-istorja ta’ Malta u ghalekk ghandom rilevanza partikolari.

Illum sodisfatt li qed nahdem fuq ir-Riforma kemm bhala President tal-Law Commission kif ukoll bhala konsulent tal-Prim Ministru dwar r-riforma tal-gustizzja u niehu gost li r-Riforma tal-Gustizzja li wellidt jien fil-legislatura l-ohra hija fuq fomm kulhadd u qed tigi implimentata.

Fil-bidu ta’ din l-legislatura nhatar bord indipendenti kompost minn persuni distinti, kompetenti, uhud mill-ahjar mhuh legali, persuni jhobbu l-qasam legali u l-pajjiz,  sabiex jaghmlu proposti dwar r-riforma.

Issa setghu jigru zewg affarijiet. Jew li dan l-kumitat jasal ghal konkluzjonijiet kompletament differenti minn dawk li kont wasalt ghalihom jien f’ammont kbir ta diskorsi Parlamentari, mozzjonijiet u interventi fil-media fuq medda ta’ hames snin ibbazati fuq l-esperjenza tieghi ta’ xoghol fil-qrati, jew inkella, kif fil-fatt gara,  jaslu ghal konkluzjonijiet kwazi identici jew simili hafna.

F’din is-sensiela ta blogs fuq medda ta’ gimghat se nkun qed naqsam maghkom ricerka teknika li saret minn zewg avukati li analizzaw fid-dettal r-Rapport Bonello u sabu li aktar minn tliet kwarti tal-Proposti fir-Rapport (u allura l-qalba u l-sipirtu tar-Riforma) b’xi mod joriginaw jew huma relatati  mal-proposti tieghi (Riforma Debono, fil-qosor). Dan ghalija huwa ta’ sodisfazzjon ghax jikkonferma u jsahhah l-proposti li kont ghamilt. Fl-ahhar jiddeciedi l-qarrej u jsejhilha li jrid – Rapport Bonello, Riforma Debono jew kif sejhilha xi gurnal Riforma Bonello/Debono.

Preliminarjament r-ricerkaturi sabu illi r-Rapport kompost nofsu minn proposti filwaqt li n-nofs l-iehor minn appendicijiet li huma rapporti ta’ terzi, u filwaqt li jindika l-ammont ta’ 449 mizura fil-verita fih 439 mizuri peress illi r-Rapport jaqbez minn 325 ghal 334 u ghaldaqstant ghaxra huma nieqsa u inezistenti.

Apparti mir-rilevanza akkademika ta’ dan l-ezecizzju li huwa ta’ interess ghal persuni legali, hemm zewg punti ohra ta’ importanza. L-ewwel net ladarba wiehed qed jitkellem dwar gustizzja l-ewwel ma tridd issir hija gustizzja mal-fatti.

T-tieni l-importanza storika. Bonello per ezempju huwa maghruf ghall-kitbiet storici tieghu, persuna kolta immens fil-qasam tal-istorja u oqsma ohra. U jekk huwa importanti nkunu nafu l-verita dwar x’gara erba’ hames mitt sena ilu, fi zmien l-Kavallieri u l-Francizi,  kemm huwa importanti wkoll li nifhmu ezattament,  x’gara hamsa, ghaxar snin ilu u x’qed jigri illum. Jekk huwa importanti nghidu l-verita’ lilna nfusna dwar il-passat mhux daqstant importnati ma nidhqux bina nfusna dwar l-present?

11 Comments
  • Rodger
    Posted at 06:42h, 24 September

    Nistaqsi meta ha tasal it-tieni kontribut mis-sensiela ta blogs li wehedna?

  • G. Dimech
    Posted at 23:04h, 18 September

    I’m regularly checking here for updates.
    When next?

  • Osservatur
    Posted at 10:06h, 12 September

    Certi sezzjonijiet tal-media komdi zammew l-ahbar li int konsulent tal-Priministru fuq riformi fil-gustizzja, mistura ghal xhur shah.

  • Donald Cassar
    Posted at 10:05h, 12 September

    Meta kont ilek tisugerixxi, tfehmhom u dejjem warrbulek xoghlok ma nafx ghala!!! U meta fuq l programm Tvmpm ippruvajt tfijhem ukoll lis sur norman u ta bir ruhu mhux jifhem u minghalih jinjorak u ipprova jirredikolak.Pero hu waqa fil vojt..GHAX KIEN HEMM MIN SEMEK U EMMEN FIK. PROSIT DR.DEBONO..U PROSIT DR.JOSEPH MUSCAT.

  • J.Schembri
    Posted at 10:02h, 12 September

    Jekk il PN jaqbel mal-proposti ta Bonello, awtomatikament jaqbel mal-proposti ta Franco Debono.

  • Mary
    Posted at 09:52h, 12 September

    Mhux ovvja li int wellidtha ir-riforma, dr Debono!
    Min beda’ billi ressaq il-proposti u mozzjoni fil-parlament?
    Mhux int bdejt dan kollu. Ma kienx Vanni Bonello li ilu nieqes ghoxrin sena mil-qrati Maltin.

  • Vincent
    Posted at 09:50h, 12 September

    Sinjuri gurnalisti x qed tipruvaw tbellawlna?
    Tafu li Franco Debono huwa l mohh u ruh ta din ir-riforma.
    Nistaqsi.. Il-gurnalisti qrawh ir-rapport?
    Jafu fuq xix ikunu qed jitkellmu meta jirappurtaw jew joqghodu fuq li jghidilhom haddiehor?

  • T Meli
    Posted at 09:47h, 12 September

    Ghalfejn jismu Bonello report? Mhux int Franco Debono hrigt bihom il-proposti ghar-Riforma?

  • G.Portelli
    Posted at 09:01h, 12 September

    Correct me if I’m wrong imma Sa fejn naf jien Vanni Bonello kien jahdem fic-civil u qatt ma hadem fil-kriminal.

  • charlie seracino
    Posted at 08:53h, 12 September

    Napprezza hafna il-hidma tieghek dwar ir-riformi. Dak li kont ilek tissilet ghalih fl-ahhar qieghed isehh. Kompli bil-hidma tieghek ghal Malta aktar progressiva u demokratika. Zgur li kullhadd japprezza hidmietek.