Il-Korp – forza eccessiva

Il-Korp – forza eccessiva

Ricentement nqalghet kontroversja kwazi nazzjonali ghaliex allegatament ntuzat forza eccessiva minn xi membri tal-Korp sabiex giet arrestata persuna, li sofriet feriti hfief. Filwaqt li dan l-iskrutinju mill-mezzi tax-xandir huwa tajjeb li jsir, fl-istess waqt wiehed irid ipoggi kollox fil-perspettiva korretta.

Ghaliex qed nghid dan?

Ghax fl-ahhar legislatura, tliet snin ilu,  l-Korp tant kien f’qaghda mwieghra li l-ministru gie sfiducjat mill-Parlament. U mhux ta’ b’xejn. Ma konniex nisimghu biss bl-uzu ta’ forza eccessiva waqt l-arrest u feriti hfief, izda bi qtil ta’ persuna waqt l-arrest – l-kaz f’Hal-Qormi ta’ Bastjan Borg, fejn persuna nqatlet minn tiri ta’ arma tan-nar waqt li kienet qed tigi arrestata. Kien zmien fejn l-Pulizija lanqas biss kellhom taser guns. U sfortunatament kazijiet ohrajn ta’ mwiet misterjuzi fil-Kwartieri u fil-habs. Kien zmien fejn jiena, bhala deputat kont qed naghmel sejhiet kontinwi ghal riformi fil-Korp.

Minkejja li ghad baqa’ hafna x’isir biex l-Korp tal-Pulizija jilhaq livelli xierqa, fosthom permezz ta’ implimentazzjoni ta’ aktar mizuri proposti minni fil-Parlament fl-ahhar legislatura (fosthom l-introduzzjoni tad-dritt tal-pulizija li jissiehbu f’union li issa gie implimentat), l-fatt illi forza eccessiva waqt l-arrest ghamlet ahbar u qajjmet sensazzjoni forsi akbar minn meta persuna nqatlet waqt l-arrest, jista jkun indikazzjoni jew juri kemm mxejna ‘l quddiem, u kemm l-aspettativi tal-pubbliku gholew.

Hazin li tintuza forza eccessiva waqt l-arrest pero’ kemm hu aghar li tintilef hajja ta’ bniedem waqt l-arrest, forsi anke minhabba nuqqas ta’ taghmir, f’dan l-kaz taser guns – u hawnekk tiskatta r-responsabbilta’ politika. Hafna mill-problem tal-llum fil-Korp filwaqt li ghandom jigu rimedjati mill-aktar fis ma nibtux illum izda huma moffa u susa ta’ zmien meta l-Korp tant kien fi stat hazin tant li ministru gie sfiducjat mill-Parlament.

Nghiduha kif inhi, difficilment ssewwi f’sentejn dak li thalla jiddegenera fuq medda ta’ ghaxra, hmistax-il sena.

4 Comments