05 Jun 2013 Justice Reform Report takes on board all the proposals
Franco Debono Speeches about major areas of Justice and Home Affairs Reforms
Plenary 489 12-06-2012 1800hrs Dwar il-Qasam tal-Gustizzja
Plenary 491 19-06-2012 1800hrs Qasam dwar il-gustizzja
Plenary 492 20-06-2012 1800hrs Qasam tal-Gustizzja
Mozzjoni Nru 260.
L-Onor. Franco Debono MP jipproponi li:
PERESS ILLI l-Prim Imħallef fil-ftuħ tas-sena forensi saħaq illi jista’ jkun il-Gvern mhux jagħti l-importanza li jixraq lis-settur tal-ġustizzja kif qed jagħmel lil ċerti setturi tal-ekonomija, u peress illi l-ġustizzja, f’demokrazija, f’kull żmien, għandha tingħata importanza xierqa, għax hija waħda mill-komponenti essenzjali tad-demokrazija; PERESS ILLI ilni għal dawn l-aħħar snin nattira l-attenzjoni, permezz ta’ diskorsi ripetuti f’dan il-Parlament, fil-mezzi tax-xandir u b’mezzi oħra, kif ukoll internament fil-partit b’mod assidwu, illi fl-oqsma tal-ġustizzja u intern (li fil-maġġoranza kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma żewġ dekasteri separati), hemm bżonn riformi kbar, li jinċidu wkoll fuq it-tħaddim tad-demokrazija u fuq il-libertajiet u drittijiet fundamentali kemm fir-riżorsi umani, kemm fit-tagħmir kif ukoll f’xi setturi, fil-mentalità u fl-atteġġjament, u msemmi fosthom, imma mhux biss, il-kwistjonijiet dwar:
1. filwaqt li ninnota l-progress kbir li sar fl-aħħar għaxar snin fil-korp tal-Pulizija nissuġġerixxi r-riżoluzzjoni tal-pendenzi dwar il-union tal-pulizija kif ukoll il-pagamenti tal-arretrati dovuti tal-overtime tal-pulizija, li għandu jkun dejjem korp motivat u enerġetiku;
2. is-separazzjoni bejn il-funzjonijiet investigattivi u dawk ta’ prosekuzzjoni fil-Korp tal-Pulizija;
3. tagħmir ta’ apparat forensiku fosthom apparat tad-DNA, fil-kuntest usa ta’ laboratorju forensiku f’saħħtu, (illi llum huwa kważi ineżistenti) illi huwa fundamentali għall-ħidma tal-pulizija;
4. is-separazjoni bejn il-funzjoni inkwirenti u dik ġudikanti tal-maġistrati, sabiex jitwaqqaf pool ta’ maġistrati speċjalizzati u ffukati full-time fuq l-inkjesti;
5. tiġi riveduta l-proċedura tal-eliġibilità u l-ħatra tal-esperti, kif ukoll l-introduzzjoni tal-possibilità tal-produzzjoni ta’ esperti ex parte;
6. id-dritt tal-avukat matul l-interrogazzjoni fir-rispett lejn id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea, kif ukoll ir-rule of disclosure, u materji oħra anċillari;
7. reviżjoni u ri-definizzjoni ta’ ċerti poteri tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll id-dover li jagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu f’ċerti ċirkostanzi;
8. riforma radikali fil-proċedura penali, inkluż tal-preżentati u rinviji;
9. reviżjoni u riforma tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Għajnuna Legali, sabiex wieħed jassigura illi min m’għandux mezzi jinkariga avukat privat ikollu d-dritt kostituzzjonali għal difiża adegwatament salvagwardjat;
10. riforma fil-qorti tal-familja, fejn il-medjazzjoni permezz ta’ medjaturi part-time tiġi analizzata u jekk hemm bżonn riveduta;
11. reviżjoni tal-ammont ta’ snin, u l-esperjenza rikjesti għal ħatra tal-ġudikanti, kif ukoll il-proċedura kollha kemm hi tal-mod tal-għażla, u l-età tal-irtirar, flimkien mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġudikanti;
12. eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi tal-eżitu tal-aħħar proċedura ta’ impeachment, tal-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kif jeżisti fil-preżent, bħala check and balance kostituzzjonali ta’ importanza, u jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni;
13. li jdaħħal fis-seħħ bla dewmien l-att dwar il-ġustizzja riparatriċi, li jsaħħaħ ukoll id-drittijiet tal-vittmi, kif ukoll riformi estensivi fid-diversi aspetti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin;
14. li titwaqqaf drug court, li dwarha diskussjonijiet ilhom sejrin snin sħaħ
15. jittieħdu passi konkreti sabiex id-dokument maħruġ mill-Kamra tal-Avukati ‘Regulating the legal profession in the 21st Century’, li għandu jirregola l-professjoni legali, jiġi diskuss, analizzat u implimentat permezz ta’ liġi;
16. jiġi kkunsidrat jekk wasalx iż-żmien illi l-warrants għal ċerti interċettazzjonijiet (li jikkonċernaw kriminalità u mhux sigurtà nazzjonali) mis-Servizz ta’ Sigurtà jitneħħew minn taħt l-awtorità politika tal-Ministru u jgħaddu għand l-awtoritajiet investigattivi jew ġudizzjarji;
17. illi jitneħħa l-libell kriminali, kif ukoll jiġi rivedut l-ammont massimu ta’ danni li jista’ jiġi kkundannat iħallas min ikun ħati ta’ libell sabiex jirrifletti l-ħsara kaġunata mill-istess, tenut kont ukoll tal-mezzi ta’ komunikazzjoni inkluż l-internet, u l-kawżi ta’ libell għandhom jinstemgħu mill-Qrati Superjuri preseduti minn Imħallef;
18. li jiġu riveduti l-entry requirements preżentement laxki iż-żejjed, għad-dħul fil-kors tal-liġi, sabiex jiġi mħares il-livell u l-prestiġju tal-professjoni legali;
19. li tiġi riveduta b’mod radikali is-sistema ta’ ġustizzja fil-qasam tal-minorenni;
20. li tiġi msaħħa l-librerija tal-Qrati tal-Ġustizzja;
21. li jiġu konsolidati l-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Liġijiet u l-Law Commission sabiex ikomplu jiġu aġġornati, rikodifikati u konsolidati l-liġijiet ta’ pajjiżna;
22. li tiġi eżaminata bir-reqqa s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa, inkluż fit-Tribunal tat-Talbiet Żgħar, tribunali varji, medjazzjonijiet, u arbitraġġi fejn f’pajjiż żgħir, ammont sostanzjali ta’ litiġi qed tkun determinata minn persuni li mhumiex ġudikanti ai termini tal-Kostituzzjoni, imma ġudikanti part-time, u b’mod partikulari l-konsegwenzi ta’ sentenza kostituzzjonali riċenti dwar forced arbitration;
23. li titwaqqaf Qorti Suprema;
24. li tigi msahha s-sitema tal-guri;
PERESS ILLI minkejja s-sejħiet kostanti, kemm internament, kemm fil-parlament, kif ukoll f’fora oħra, inkluż fil-mezzi tax-xandir f’ħafna minn dawn l-oqsma baqa’ jew ma sar xejn jew l-affarijiet mexjin bil-mod immens, f’dawn l-oqsma tant sensittivi u importanti, li għandhom impatt fuq il-libertà u d-drittijiet fundamentali u li għandhom importanza mill-inqas dwar is-settur ekonomiku;
GĦALDAQSTANT nipproponi li din il-Kamra tar-Rappreżentanti tiddiskuti dawn il-materji, u tirrisolvi dwar dawk il-miżuri u passi li għandhom jittieħdu u b’liema mod.
Onro Dott Franco Debono LL.D., M.P.
8.11.11
Lina
Posted at 09:49h, 14 JuneJien nahseb li ma riedux jghatuh importanza u kienet xi ghira??????????
Rebecca Cutajar
Posted at 18:03h, 05 JuneWe are very pleased that all your proposals have been taken on board. That means and it is a certificate that you are an expertee in that field and therefore the country needs your services. Well done.
Gustizzja
Posted at 15:19h, 05 JuneAllura tal-PN x’kien qed izommhom milli jaghmlu r-riforma fil-gustizzja meta deputat minn taghhom stess kien qed jaghtihom il-proposti fuq platt tad-deheb.
Prosit Dr. Debono, inti se tibqa` tissemma ghar-riforma fil-gustizzja ghax kien l-agir u l-vuci tieghek li qajjem kuxjenza biex isir xi haga fil-qasam tal-gustizzja.
Fleur
Posted at 22:45h, 05 JuneKos vera, mistoqsijja tajba hafna u tajjeb li nsaqsu u narblu l affarijiet sewwa.
Allura tal-PN x’kien qed izommhom milli jaghmlu r-riforma fil-gustizzja?
Ghalfejn, ghalfejn, ghalfejn ?
X kien qed izommhom? Ghala riedu jcahhduna min dan l izvilupp?
Ghalfejn, ghala, ghalfejn?
Tajjeb li nistaqsu u nahsbu…….ghandkhom xi idea ghalfejn?
John Micallef
Posted at 14:59h, 13 JuneKien hemm nies li lil Franco ma riduhx jidher tajjeb… u ahjar minn hafna li ghandhom pozzizjonijiet ghola minnu li kienu (u ghadhom) fil qalba tal partit. Allura iffukaw fuq kif ha jipprovaw jhammguh.
Much needed justice reform
Posted at 15:16h, 05 JuneThat means that you were right all through the way. Well done Dr. Debono.
john s
Posted at 14:53h, 05 JuneFranco, kellu jkun gvern nazzjonali biex jahtar board li kien kapaci iressaq l ewwel proposti ghar riforma fil qrati. Gvern nazzjonalista wara li kien ippropona xi haga fit 2008 kaxkar saqajh u kwazi wahhal fik, u rega ippropona xi haga fit 2013. X’differenza, ghadhom ma ghaddewx 100 jum mill gvern li hu vicin il poplu malti kollu u jaf x opinjoni ghandhom dwar il qrati.
is serduk tal PN baqa' rieqed
Posted at 14:49h, 05 Junehttp://www.inewsmalta.com/dart/20130605-bon-franco-debono-jirrea-ixxi-ar-rapport-tat-telfa
Bongu PN mastru rapporti!
TOMMY
Posted at 14:07h, 05 JuneSAY HELLO TO YOUR FAMILY & BE GOOD.
TOMMY
Posted at 14:06h, 05 JuneBONGU DR.FRANCO HBIEB U MHUX: SIMON IR-RAPPORT TA’ TELFA JISTA IDAHLU F’S****. MHUX REJALI IR-RAPPORT IT-TELFA HIJA WISQ KBIRA U TRID ISIR ANALISI SEWWA. IT-TRANSFER TA’ NEYMAR MINN MA SANTOS GHALL MAL- BARCELLONA , MINN TAJULU ? TAL- LABOUR ?
Ganni Borg
Posted at 12:01h, 05 JuneFuq sezzjoni tal-medja qed jinghad li r-rapport ikkonkluda li l-ahhar gvern li kellna ta Dr. L. Gonzi kien l-ahjar wiehed mill-Indipendenza ‘hawn.
Mela li kien ghar minhekk…kemm kienet tkun akbar it-tkaxkira.
Ganni Borg
Posted at 10:45h, 05 JuneMela skond ir-rapport tat-telfa li gie mxandar issemmew hafna affarijiet li kemm FD, JPO u JM u hafna nies ohra kienu ilhom jghidulhom lill kbarat tal-PN, pero dawn dejjem gew skartati mill-klikka.
Allura nghid jien la issa dawn gew elenkati u dawn n-nies inghataw ragun, ghaliex il-Kap gdid tal-PN Xmun ma jitlobhomx SKUZA>
Ganni Borg
Posted at 10:43h, 05 JuneImbad jigi l-ex Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi u jghid li Dr. Franco Debono hu IRRELEVANTI.
Issa sirna nafu veru min hu tassew IRRELEVANTI!!!