12 May 2013 Twelid tar-Riforma tal-Gustizzja – Mozzjoni Privata dwar Riformi Magguri fil-Gustizzja u Intern – 8 ta’ Novembru 2011
Plenary 489 12-06-2012 1800hrs Dwar il-Qasam tal-Gustizzja
Plenary 491 19-06-2012 1800hrs Qasam dwar il-gustizzja
Plenary 492 20-06-2012 1800hrs Qasam tal-Gustizzja
Mozzjoni Nru 260.
L-Onor. Franco Debono MP jipproponi li:
PERESS ILLI l-Prim Imħallef fil-ftuħ tas-sena forensi saħaq illi jista’ jkun il-Gvern mhux jagħti l-importanza li jixraq lis-settur tal-ġustizzja kif qed jagħmel lil ċerti setturi tal-ekonomija, u peress illi l-ġustizzja, f’demokrazija, f’kull żmien, għandha tingħata importanza xierqa, għax hija waħda mill-komponenti essenzjali tad-demokrazija; PERESS ILLI ilni għal dawn l-aħħar snin nattira l-attenzjoni, permezz ta’ diskorsi ripetuti f’dan il-Parlament, fil-mezzi tax-xandir u b’mezzi oħra, kif ukoll internament fil-partit b’mod assidwu, illi fl-oqsma tal-ġustizzja u intern (li fil-maġġoranza kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma żewġ dekasteri separati), hemm bżonn riformi kbar, li jinċidu wkoll fuq it-tħaddim tad-demokrazija u fuq il-libertajiet u drittijiet fundamentali kemm fir-riżorsi umani, kemm fit-tagħmir kif ukoll f’xi setturi, fil-mentalità u fl-atteġġjament, u msemmi fosthom, imma mhux biss, il-kwistjonijiet dwar:
1. filwaqt li ninnota l-progress kbir li sar fl-aħħar għaxar snin fil-korp tal-Pulizija nissuġġerixxi r-riżoluzzjoni tal-pendenzi dwar il-union tal-pulizija kif ukoll il-pagamenti tal-arretrati dovuti tal-overtime tal-pulizija, li għandu jkun dejjem korp motivat u enerġetiku;
2. is-separazzjoni bejn il-funzjonijiet investigattivi u dawk ta’ prosekuzzjoni fil-Korp tal-Pulizija;
3. tagħmir ta’ apparat forensiku fosthom apparat tad-DNA, fil-kuntest usa ta’ laboratorju forensiku f’saħħtu, (illi llum huwa kważi ineżistenti) illi huwa fundamentali għall-ħidma tal-pulizija;
4. is-separazjoni bejn il-funzjoni inkwirenti u dik ġudikanti tal-maġistrati, sabiex jitwaqqaf pool ta’ maġistrati speċjalizzati u ffukati full-time fuq l-inkjesti;
5. tiġi riveduta l-proċedura tal-eliġibilità u l-ħatra tal-esperti, kif ukoll l-introduzzjoni tal-possibilità tal-produzzjoni ta’ esperti ex parte;
6. id-dritt tal-avukat matul l-interrogazzjoni fir-rispett lejn id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea, kif ukoll ir-rule of disclosure, u materji oħra anċillari;
7. reviżjoni u ri-definizzjoni ta’ ċerti poteri tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll id-dover li jagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu f’ċerti ċirkostanzi;
8. riforma radikali fil-proċedura penali, inkluż tal-preżentati u rinviji;
9. reviżjoni u riforma tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Għajnuna Legali, sabiex wieħed jassigura illi min m’għandux mezzi jinkariga avukat privat ikollu d-dritt kostituzzjonali għal difiża adegwatament salvagwardjat;
10. riforma fil-qorti tal-familja, fejn il-medjazzjoni permezz ta’ medjaturi part-time tiġi analizzata u jekk hemm bżonn riveduta;
11. reviżjoni tal-ammont ta’ snin, u l-esperjenza rikjesti għal ħatra tal-ġudikanti, kif ukoll il-proċedura kollha kemm hi tal-mod tal-għażla, u l-età tal-irtirar, flimkien mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġudikanti;
12. eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi tal-eżitu tal-aħħar proċedura ta’ impeachment, tal-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kif jeżisti fil-preżent, bħala check and balance kostituzzjonali ta’ importanza, u jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni;
13. li jdaħħal fis-seħħ bla dewmien l-att dwar il-ġustizzja riparatriċi, li jsaħħaħ ukoll id-drittijiet tal-vittmi, kif ukoll riformi estensivi fid-diversi aspetti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin;
14. li titwaqqaf drug court, li dwarha diskussjonijiet ilhom sejrin snin sħaħ
15. jittieħdu passi konkreti sabiex id-dokument maħruġ mill-Kamra tal-Avukati ‘Regulating the legal profession in the 21st Century’, li għandu jirregola l-professjoni legali, jiġi diskuss, analizzat u implimentat permezz ta’ liġi;
16. jiġi kkunsidrat jekk wasalx iż-żmien illi l-warrants għal ċerti interċettazzjonijiet (li jikkonċernaw kriminalità u mhux sigurtà nazzjonali) mis-Servizz ta’ Sigurtà jitneħħew minn taħt l-awtorità politika tal-Ministru u jgħaddu għand l-awtoritajiet investigattivi jew ġudizzjarji;
17. illi jitneħħa l-libell kriminali, kif ukoll jiġi rivedut l-ammont massimu ta’ danni li jista’ jiġi kkundannat iħallas min ikun ħati ta’ libell sabiex jirrifletti l-ħsara kaġunata mill-istess, tenut kont ukoll tal-mezzi ta’ komunikazzjoni inkluż l-internet, u l-kawżi ta’ libell għandhom jinstemgħu mill-Qrati Superjuri preseduti minn Imħallef;
18. li jiġu riveduti l-entry requirements preżentement laxki iż-żejjed, għad-dħul fil-kors tal-liġi, sabiex jiġi mħares il-livell u l-prestiġju tal-professjoni legali;
19. li tiġi riveduta b’mod radikali is-sistema ta’ ġustizzja fil-qasam tal-minorenni;
20. li tiġi msaħħa l-librerija tal-Qrati tal-Ġustizzja;
21. li jiġu konsolidati l-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Liġijiet u l-Law Commission sabiex ikomplu jiġu aġġornati, rikodifikati u konsolidati l-liġijiet ta’ pajjiżna;
22. li tiġi eżaminata bir-reqqa s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa, inkluż fit-Tribunal tat-Talbiet Żgħar, tribunali varji, medjazzjonijiet, u arbitraġġi fejn f’pajjiż żgħir, ammont sostanzjali ta’ litiġi qed tkun determinata minn persuni li mhumiex ġudikanti ai termini tal-Kostituzzjoni, imma ġudikanti part-time, u b’mod partikulari l-konsegwenzi ta’ sentenza kostituzzjonali riċenti dwar forced arbitration;
23. li titwaqqaf Qorti Suprema;
24. li tigi msahha s-sitema tal-guri;
PERESS ILLI minkejja s-sejħiet kostanti, kemm internament, kemm fil-parlament, kif ukoll f’fora oħra, inkluż fil-mezzi tax-xandir f’ħafna minn dawn l-oqsma baqa’ jew ma sar xejn jew l-affarijiet mexjin bil-mod immens, f’dawn l-oqsma tant sensittivi u importanti, li għandhom impatt fuq il-libertà u d-drittijiet fundamentali u li għandhom importanza mill-inqas dwar is-settur ekonomiku;
GĦALDAQSTANT nipproponi li din il-Kamra tar-Rappreżentanti tiddiskuti dawn il-materji, u tirrisolvi dwar dawk il-miżuri u passi li għandhom jittieħdu u b’liema mod.
Onro Dott Franco Debono LL.D., M.P.
8.11.11
Shaun
Posted at 13:09h, 24 MayQaluli li kont fuq TV. Kieku kont marraf min qabel kont insegwik. Hasra li ma smajtx l ispjegazzjoni.
Hafna ohrajn li tkellmu mieghi huma ta l istess fehma.
VIVA MALTA
Posted at 16:52h, 23 MayMiskin Tonio Fenech tahsbu li meta kien fil gvern kien qed jahdem b xejn ,missjunarju kien !Sinjal li kien sejjer tajjeb ghax li kieku ma kienx jerga jikkontesta l elezzjoni li ghaddiet imma kien jerga jmur jahdem fejn kien qabel mal PWC.Tamin ibiegh l arloggbiex jaqla xi haga .U kemm hu arroganti ghadu ma ndunax li m ghadux ministru .
Ganni Borg
Posted at 12:27h, 23 MayL-ahwa hemm bzonn naraw x’namlu halli nohorgu xi haga kull wiehed halli nghinu ftit lill Dr. Tonio Fenech.
Ghax ghamel sagrifficju KBIR sabiex jghaddi b’2000 fix-xahr u li minnhom kellu jhallas loan u jghajjex familja b’zewg t-tfal.
Ghax ma qalx li hawn min jaqla anqas u jkollu jamel bhalu.
Ara fuq dak li gi rrapurtat li kien hemm xi hadd li mar isefses f’widnejn l-IMF ma qal xejn.
Slap on d wrist
Posted at 04:08h, 23 MayStampa cara Frosta. Dan il partit hemm bzonn li jispicca ghax ga spiccut. Its only a matter of time.
Hekka Nazzjonalisti wkoll!
Pauline
Posted at 20:56h, 21 MayDr Debono, maybe your next topic should read” Targeted Individuals”.That would be a very interesting topic for people who like yours truly would like to tell others what they had to endure simply because they are whistleblowers.
blue titanium soldier
Posted at 19:30h, 21 Mayla ma rispondejtniex ma tantx ogbitek lidea, inti taf? imma ta din li hiereg bija ma tistax tghid le.
blogers fuq dan il blog mghandiex idea khemm hemm imma blogers regolari qighed nikkalkula xi 40, min jaf kieku norganizzaw xi majjalata ximkien? nahseb kulhad jigi le?
bhas soltu inselli ghalik
Pitirross
Posted at 22:00h, 21 MayJien nippreferi fenkata milli majjalata blue…… Jew ingib xi zewg hutiet mill-akwarju tieghi u noqoghdu nixwuhom… 🙂
Fleur
Posted at 22:06h, 21 MayNigi ta, iva nigi!
Blue titanium soldier
Posted at 20:18h, 23 May@ pitirross
Jien kollox jogobni anka summien basta niekol. Fil kas norganizza jien u nistieden id dottore la ma jriedx jorganizza hu 🙂
blue titanium soldier
Posted at 18:00h, 21 MayLIL BLOGGERS KOLLHA
issa inriedu nobdu lordni taz zewg partiti il kbar, in naqsu id doza politika, issa nibdew nitkelmu bil botti halli kulhad jifhem kif iried. zommhu il monitor sod ghax bil botti jaf jaqa ma lart
cuc
Posted at 08:23h, 21 MayMa nafx ta, imma ta cuc ha nsaqsi ala l President m accettax biex il CCF tkun registrata kif propona professer Kenneth Waine?
Kieku hadd ma jkollu ghalfejn joqghod jissuspetta fuq il mod kif qed jigu mqassma l flus.
It-travi f'ghajnejn Il-klikka!
Posted at 21:06h, 21 MayAhjar inkunu nafu kemm tqassmu kcejjen, fridges, cookers, heaters lin-nies li ma kienx haqqahom fi zmien Presidenti qabel George Abela!
U bill- haqq, hemm xi President li qatt mar ir-Ritz ta Parigi hu l- familja kollha tieghu imhallas minn haddiehor,ghalkemm mhux mill-Gvern ta Malta: u hux etiku li ghamel dan? Qed insaqsi!
Paul McCartney
Posted at 23:50h, 20 MayFuq il-kwistjoni tal-Community Chest fund, mhux se noqghod nargumenta jekk il President ghamilx sew jew le, imma li tipprova tkisser fond li il-Maltin kollha ghandhom jew, forsi, ghad jkollhom bzonn veru mhux sew. Kulhadd uman u jaghmel li-zbalji, imma ninsisti fuq il-kwistjoni biex in-nies ma jikkontribwixux iktar insibha veru kattiverja. Ghax meta jkollok il-mard, u , biex taghqad, ma jkollokx flus, veru disperazzjoni. Il-poplu Malti min dejjem kien hanin fil-maggoranza tieghu, mela ejja ma nisimghux min uhud li qed jdahhlu il politika f-din l-ghaqda nobbli, u nkomplu nghinu, skond kemm nistghu halli jekk nigu bzonn ahna, insibu.
blue titanium soldier
Posted at 17:51h, 21 Mayproset naqbel 100%. quddiem Alla min jizbalja ihallas laqwa li xogholi inkun ghamiltu
Alouette III
Posted at 10:35h, 20 MayIl-Bandiera
Bajda w hamra wisq sabiha
qisek xbejba qed tippoza
jinsewk dejjem tibqa’ tperper
sakemm tigi griza w roza
Jonfqu tant flus fic-cucati
specjalment fic-cerimonji
imbaghad erbgha soldi zejda
jarawhom qishom dimonji
Gieli rajt xi wahda mwahhla
bis-salib imdendel l-isfel
ilhom ituni f’ghajni, minn
meta kont daqsxejn ta’ tifel
Jista’ min hu responsabbli
jiehu hsieb din il-bandiera
issa xbajt nara kuluri
qisha qed thares bic-ciera.
eurovision
Posted at 07:22h, 20 MayWell done to Jeanluca. You see, positivity is a winning factor, pn hasnt realised this and until it does, there is no hope for a come back.
We want more people like Jeanluca and less like the pn.
Pitirross
Posted at 22:01h, 21 MayFaqqa’ subghajk!
Blue titanium soldier
Posted at 20:19h, 23 MayHeq ghadni kburi xtghamel?
John
Posted at 06:39h, 22 MayThe Dalligate is a case in point. We were very well defended by a nationalist government who had other things in mind. Like winning an election at all costs, which albeit the costs,still lost disonourably.
Au revoir
Posted at 15:30h, 19 MayYou have been a catalyst for change and you are a born leader. Its not over yet and the best is yet to come.
I say to all your followers to just hold on in there as time will reward Franco more then this. You had the courage to face and fight the oligarchy and a personality with such qualities wont be satisfied with growing old gracefully so my parting words would be. Au Revoir
Pensjonant
Posted at 15:07h, 19 MayAlla jbierek il-hnizrijiet li saru fil-Wasteserve (fosthom l-arrangament li ghamel is-segretarju permanenti fil-ministeru ta’ l-ex Ministru Pullicino biex mart is-segreatju permanenti stess tagawdi minn sponsorship ta’ studju mill-Wasteserve ) lis-sahhara ma jdejjquhiex. Ma ssemmix l-anqas li l-Bordijiet tal-Bank Centrali u ta’ l-MFSA baqghu tali kwali kif hallihom gvern tal-PN. Ma ssemmix l-anqas li l-Kumissarju tat-tfal hi l-istess wahda li kien hatar il-PN. Imma r-rwol tas-sahhara tant indara li issa sar patetiku u tad-dahk fl-istess hin…bhal kumment li ghamlet fuq iz-zjara tal-Ministru Mallia gewwa Malmo. Bil-kemm ma riditx tinsinwa li mar ghal-divertita in konnessjoni mal-konkors tal-Eurovision. Ir-risposta haditha minghand il-mezzi kollha tax-xandir meta habbru l-ghajnuna li se taghti l-European Broadcasting Union lix-Xandir ta’ L-Istat. Pecluqata ohra ta’ Daffy saret suf. Keep them coming and keep stewing Def.
Give me five
Posted at 13:47h, 19 MayKif inhu miexi x xoghol kummissarju? Meta ha jitlesta l ewwel rapport u nisimghu naqra fuq ix xoghol li qed isir?
Ahna dan jinteressana u mhux li qed tithallas ghax wara kollox il haddiem haqqu hlasu.
Kienu jithallsu tant nies bla ma jkunu jiswew karlatin fl amministrazzjoni precedenti……jekk jidhlu fis sehh kull ligi li int dejjem imbuttajt, kieku jkun haqqek id doppju u t tripplu.
Zommna aggornati ghax ghatxana ghal informazzjoni.
Pitirross
Posted at 08:38h, 19 MayBongu lil kulhadd. Ma thossux bhali, li anke fil-Eurovision hadna ftit tar-ruh taht gvern laburista gdid? Prosit Gianluca. Wicc dahkan jisraq il-qlub!! 🙂
blue titanium soldier
Posted at 17:52h, 21 Maymhux ovja jekk ghandu wicc ta nazzjonalist 🙂
Pitirross
Posted at 22:05h, 21 MayBlue…. Ma titghallem qatt int! Din tal-ucuh insieha ghax ma tahdimx. Int x’wicc ghandek blue? Jien wicc ommi ghandi!
Blue titanium soldier
Posted at 20:20h, 23 MayWicc missieri imma nider li jien nazzjonalist
Alouette III
Posted at 16:37h, 18 MayFuq Qabri
Hawn jinsab midfun
bniedem ta gherf bla qies
minhabba l-ghira
mibghod minn hafna nies
Tidhaq bih darba
jaqbdek fi zmien xahrejn
milli tkun ghidtlu
qatt ma jahrablu xejn
Ghandek tkun taf li
din l-irhama fissa
toqghodx quddiemi
itlaq minn hawn issa !
Lil imdejjqin tal INDEPENDENT
Posted at 15:57h, 18 MayAwguri GIANLUCA
Francist
Posted at 10:46h, 18 MayMeta Andrew Azzopardi saqsa l Beppe ghalfejn tefa’ n nomina ghal kariga u mhux ghal ohra, Beppe l anqas kien jaf x ha jaqbad jghid u qaghad jivvinta, jaqghad u jistordi bil kliem fil vojt.
Ara biex irridu nghabbu Malta!
Viva ic chess players, strategisti partiggiani u l ispin doctors.Ghalhekk qedin sewwa Malta, u l Gahan Malti jkompli jcapcap u jifrah.
Pitirross
Posted at 17:35h, 19 MayMa nistenniex ahjar minn Beppe! Bla bla u aktar bla bla
Minghajr Kantunieri
Posted at 12:38h, 17 May🙂 nahseb biex joghoddu il hin b’l-ezatt qabel il-poplu itajjarhom min nofs.
Minghajr Kantunieri
Posted at 12:36h, 17 MayIl-PN dejjem jispiccaw jilghqu kollox. Kemm kienu jizzufjettaw biz-zewg deputy leaders tal-Labour sewwa jghid il-Malti min imaqdar irid jixtri!
Lil imdejjqin tal INDEPENDENT
Posted at 12:08h, 17 Mayhttp://www.independent.com.mt/articles/2013-05-17/news/gianluca-avoids-national-tragedy-1617100803/
Jidru li is-sinjuri li jmexxu l INDEPENDENT huma hobza u sikkina ma dik l imdejjqa iddisprata ta ‘Daphne , ghax qed jittiehdu minnha bl artikli qarsa u bla sugu ezatt bhal taghha.
F artiklu bhal dak, jitnejjek b Malta u il Maltin, INSEW JIFIRHU LIL GIAN LUCA BEZZINA TALLI WASAL GHAL FINAL.
L’anqas satira politika surt in- nies ma intom kapaci tiktbu, ja qatta mahruqin , imdejjqa u velenuzi.
Ganni Borg
Posted at 06:51h, 17 MayMhux ovvja din….b’din il-kariga ser jigi agevolat Beppe Fenech Adami
GONZI JUST LEFT THE BUILDING
Posted at 05:54h, 17 MayBONGU DR.FRANCO HBIEB U MHUX: JIEN IRID NARA LIL SIMON JITLEF L-ELEZZJONI LI JMISS. EJJEW NAHDMU NAHDMU U NAHDMU . SIMON HUWA GONZI 2 . JIEN IZ-ZIEBEL BARRA NARMIEH. U INT ? NAHSEB BHALI MELA EJJEW HA NERBHU LI IMISS. DR,FRANCO SAY HELLO TO YOUR FAMILY & SMOKE A CIGAR.
Blue titanium soldier
Posted at 23:47h, 16 MayIr risposta nista ntijilek jien, wiehed biex inzommu il hin li ghamilna fil gvern u dawn larloggi tal €500 ghandhom lifespan ta 15 il sena allura kelna bzonn iehor ghax wiehed ma kienx bizzejjed. Mhux ahjar tghidli khemm kien qabillom dawk kollha li dheru fuq il billboards tal labour u khemm qighed jithallas tal KASCO tal pjaciri li ghamel lil labour. U is sur Cardona tantx tajjat bih ghax hu jried igiebkom f ilsien in nies
Daqqa t'ghajn lejn il-fossa tas-sahhara
Posted at 22:28h, 16 MayMeritokrazija, gideb u skandli a la GonziPN? Jisthu dawk li iharbxu fil-fossa tas-sahhara? Viva l-arloggi!
Pensjonant
Posted at 13:12h, 17 MayGhadha ghaddejja tobzoq l-ghira bazwija taghha waqt li s-segwaci taghha jippromwovu bil-fin u mhux bil-fin bojkott fuq il-Community Chest Fund. Minghalihom dak li hadem mill-81 sas-87 jega jahdem issa. Fid-daghdieha li hakmithom qed jinsew li did-darba l-maggoranza hi tal-PL u mhux tal-PN
John Galea
Posted at 21:24h, 16 MaySur Debono,
Ha nerga nsaqsik pero thassarx il-messagg:
A) Ir-riforma tal-kostituzzjoni hija xi haga li finalment il-poplu ftit li xejn taffetwah. Inti ghandek ossessjoni. In nies xoghol rridu sur Debono ghax bil-kostituzzjoni ma tiekolx.
B) Tista ghal benefficju ta’ kulhadd tghidilna kemm qed tithallas tal-kariga l-gdida li offrewlek shabek tal-klikka taghna ilkoll. Nfakkrek li int qed tithallas minn fondi pubblici.
Francist
Posted at 07:15h, 17 MayQatt ghaddielek min mohhok li biex ikun hawn ix xoghol li trid int,irid l ewwel ikun hawn kostituzzjoni mgedda skont ir realtajiet taz zmien?
Ha nghati ezempju. Ghandek kumpanijja li trid tinvesti f Malta u qabel tghamel dan, bhal kull kumpanijja bilghaqal tghamel ir ricerki taghha u ssib li l ligijiet tal pajjiz ma jixirqux lil pajjiz li jghael parti mil unjoni europea. Kumpanijja trid serhan il mohh f dawn l affarijiet u ma tistax toqghod titlef il hin tiprova titlob rimedju fil qrati ta Malta u dan ir rimedju ma jasal qatt.
Kumpanijji b sahhithom ikollhom jghalqu u jkeccu l haddiema b dan it telf ta hin.
Ix xoghol ma jaqax mis sema, imma jinholoq kull fejn ikun hemm pajjizi b ligijiet u qrati li wiehed jista jserrah rasu.
Francist
Posted at 19:23h, 18 MayBlue, l ewwel iddeciedi min inthom inthom ghax milli qed nara ma tantx taf xi trid. Thobb lil PN li ma jhobbx lil Franco u int tghid li thobb lil Franco.
Mela meta tghaddilek l identity crises, nitkellmu.
Pero nhallik b din, il Maltin kienu kapaci jfendu fl assedju l kbir u fil gwerrer ghax ahna poplu meraviljuz u mhux ghax kien hemm xi Gonzipn.
Bring it on ghax Malta dejjem kienet taf kif ixxammar il kmiem u tahdem…….imma mhux jigi xi hadd bhal Gonzi u jghidli li ghandi li ghandi bis sahha tieghu ta!
Mela meta jaffgu tort tieghi u meta tigihom tajba bis sahha taghhom.
Blue titanium soldier
Posted at 21:03h, 18 MayJien nazzjonalist li ghandu rispett kbir lejn Franco, hemm xahaga hazina fijha din? Forsi id dna? U fuq ix xoghol u il gid listorja titkellem ghalija, imxi pass pass u tigi fsensik wahdek mhemx ghalfejn noqod nispjegalek jien.
spiro the dragon
Posted at 22:08h, 19 Mayfrancist, jiena ghalkemm nikritikka hafna l amminsitrazzjoni precedenti xorta nhoss li l gvern ta u hadem qatiegh ghal dan l pajjiz u halla hafna frott. r rejaltajit fl ewropa huma li huma u malta ghalkemm kienet go ricessjoni kienet ghaqlija u ma tkisritx. l mertu lil gvern precedent hadt ma jista jihdu. anzi jiena nghid lil kieku gonzi ma webbisx rasu u tilef nies validi u kiku ta cans li beckbanchers ohra bhal jeanpierre farrugia ikunu parti mit team u ma hadiemx b certu ministri skreditati, kiku l pn kien ikun f sitwazzjoni li joffri sfida denja.
blue titanium soldier
Posted at 19:18h, 21 May@ challie
ghall li jista jkun iNEWS ta xi partit politiku?
il q_h_a milli jkollha ittik!!
Pitirross
Posted at 22:08h, 21 MayBhal ma kien TVM qabel l-10 ta Marzu li ghadda!
ziggy
Posted at 00:34h, 19 MayXol ta kwalita ghidt? U min kien jghamel xol tal id u mhux gradwat baqa jsaffar.
Jekk mhux ikollu jikkuntenta b xol prekarju.
Min jitkessah u jitqazzez ma jkunx irid jghamilha mghana u ma jkunx jaf bina u jibda jahseb li kulhadd sew bhalu
blue titanium soldier
Posted at 19:23h, 21 May@ fleur
hat mu qighed imerik imma illum min hu hmar joqod ghall prikarju ghax fejn tahdem hawn lghazla imma trid tghajn ruhek biex Alla jghajnek. Fittex u iqpa fittex skem issieb. Jien f 20 sena bdilt xogholi 7 darbiet u dejjem ghall ahjar
Blue titanium soldier
Posted at 20:22h, 23 MayAnd min laqwa ihawwel says me
Minghajr Kantunieri
Posted at 12:34h, 17 MayGhaziz Sur Galea,
Nixtieq insaqsik jekk gieli saqsejt lil ministri tal amministrazzjoni precedenti;
A) kemm kienu qed jithallsu
B) jekk kienux qed jaghmlu xoghlhom sewwa?
C) Jekk iddikjarawx l assi li kellhom kollha kif mitlub? (mhux ninsew flus f’banek svizzeri)
D) Saqsejt ghalhiex il projetti jew qatt ma saru, jew baqaw nofs lehja, jew sahansitra swew 3 darbiet aktar min dak stmat?
Sur Galea bil kostituzzjoni ma tiekolx imma jekk mhux ghaliha nieklu lil xulxin.
Meta ha jimmatura dal-poplu u jhares lil quddiem u ma jinhelix f’dawn il hmerijiet li minhabba fihom bqajna lura.
Grow up siehbi.
Red Ruby
Posted at 12:40h, 17 MaySur Galea;
A) Tiggudikax int jekk joghgbok, x’jaffettwa jew x’ma jaffettwax lill- poplu.
B) Il-flus li qed jithallas minn fondi pubblici ghalija huma “soldi ben spenti,” u mhux bhal-flejjes kbar li hadu tal-klikka li “ggvernat” lil Malta taht Gonzipn !!
Blue titanium soldier
Posted at 21:11h, 16 MayNahseb fuq din ha naqblu lkoll, ejjew poplu wiehed wara Gianluca
Face book
Posted at 21:59h, 16 MayLIKE 🙂
Pensjonant
Posted at 13:02h, 17 MayMa nsegwix il-Eurovision imma xorta wara Gianluca. J’Alla ma narawx kbir. Imbaghad, jekk jirbah, nifirhu u jibda l-ugieh ta ras kemm logistku u kemm finanzjarju biex Malta torganizza il-festival
blue titanium soldier
Posted at 21:59h, 15 MayDr. Debono,
il huggiega qedha tintefa, itfalna naqra hatab han komplu taqbdu. itfa post gdid li twahhalna mal p.c., bhal xahaga fejn ikolna dibattitu
BONES
Posted at 18:36h, 15 MayLi nammira fik hija il-persistenza u l` insistenza tieghek fuq ir -riformi li huma tieghek
u hadt ma jista jnehhiulek dan il-fatt.
U anke dawk li huma kontrik, jew huma jew uliedhom ser jgawdu mis-sagrififju li ghamilt, u x-xoghol li ser taghmel.
owl
Posted at 15:20h, 15 MayIdhlu fuq times digital u tistghu taqraw full article xorta.
Jolly Joker
Posted at 12:56h, 15 MayHands up anyone who is paying good money to Times of Malta Online in order to belch and fart through the hog-wash regurgitaed by Fatso IMBeck on his column.
If the contents of that cyber-urinal is premium content then the kebub-and- chips takeaway round the corner is gourmet haute cuisine.
Franco is the Best
Posted at 20:44h, 16 Mayhttp://www.francodebono.com/2013/03/26/the-times-whos-who/
riku
Posted at 06:40h, 15 MayPufta
Ikkumenta fuq dak li ghamel il-President rigward Darleen Zerafa
Blue titanium soldier
Posted at 23:14h, 14 MayFLAHHAR XAQQ TA DAWL
Milli jidher jekk kollox jimxi kif dejjem gara, voldieri il vici kap jilhaq kap meta iwarrab il kap atwali. Wara lelezjoni generali li jmiss Beppe Fenech Adami jkun il kap tal P.N.
Tonio dawar larlogg halli jaddu dawn il hmes snin 🙂
Pitirross
Posted at 09:09h, 17 MayBeppe fenech adami? Int bis-serjeta? Lanqas jitkellem ma jaf…idawwar halqu biss jaf u jitkellem fuq il-passat. Bih fit-tmun il-pn imur 30 sena lura!!
Pitirross
Posted at 08:35h, 19 MayMa tantx kien zmien sabih skont shabek tal pn! Lilek qed nisma’ tghid li kien zmien sabih. U allahares nergghu nigu bhal dak iz-zmien!!
Blue titanium soldier
Posted at 22:46h, 14 MayGRAZZI DR.GONZI
grazzi Prim tas servizz li tajt ghal pajjiezna u tal gid li komplejt tohloq fuq ta qablek. Malta onorata li kellha lilek tidderigina waqt il maltemp. Nixtieqlek sahha u sliem.
GRAZZI GONZI
Blue titanium soldier
Posted at 23:51h, 16 MayJekk int tahdem u ghandek xoghol, iva GRAZZI ghall par idejn sodi ta GONZI. Nahseb fil maltemp int bhali tghamel tohrog lumbrella jew tidhol il gewwa mhux ixxammar il kmiem bhall ma ghamel GONZI
Miss Piggy
Posted at 19:38h, 18 MayJien all Shades of Grey jogobni, soldier.
Blue titanium soldier
Posted at 21:04h, 18 MayIva hemm 50 minnhom
Fleur
Posted at 21:42h, 14 MayMeta l Simon saqsih jekk tkellimx ma dr Lawrence Gonzi fuq li ha jcedi postu fil parlament, taf x qal Simon…..qal LE GHAX IS SIGGU TA L INDIVIDWU u jghamel hu.
Mela ga biddiltu d diska issa!
Hima jistghu ikunu ufficjali tal-partit u board members:tal-Pl leee ????
Posted at 22:38h, 14 MayMathese Portelli membru tal-klikka ta gonziPN u membru ta l-esekutiv kienet ukoll board member tal-Waste Serve fejn attendiet darba f’hames snin!!! Imbaghad is-sahhra l-ispokesperson ta Simon PN tipprova tghaddi iz-zmien u tit kaza li Micallef Jesmond hu membru ta board!!! Vera tal-misthija dawn in-nies!!
Blue titanium soldier
Posted at 22:48h, 14 May@ fleur
Dik lisbah haga li tkun floppozizjoni ghax id diska iddawara kif trid
Minghajr Kantunieri
Posted at 12:42h, 17 MayM’ghadux tal-partit is-siggu? ara vera skond id-daqqa jisfen Simon the over inflated tal-burden sharing. Min got tagen ghal gon-nar. Two weights two measures is soltu.
PDN
Posted at 21:34h, 14 Mayallura int taqbel li bi flus li jinghataw biex ifejqu l morda, jispicca biex imorru ghand xi hadd tal klikka biex jaghmel il master s degree???????????????????????????
Blue titanium soldier
Posted at 23:03h, 14 May@pdn
Tiftakar?
Ghajn ghal ghajn, sinna ghal sinna (alfred sant)
Min ma ghandux jiekol a min ghandu ( duminku mintoff)
Jew bxejn jew xejn ( kmb)
U issa malta tghana lkoll
Pensjonant
Posted at 00:00h, 15 May@PDN
Le ma naqbilx, kif ma naqbilx dwar il-mod li bih il-klikka ffangat fi zmien Gonzi PN. Ghalhekk m’ghandhiex ghal x’hiex titkaza s-sahhara.
Tghid x’tghid jibqa l-fatt li oht Lydia harget bl-unuri kollha ghax irrifjutat l-ghajnuna u baqghet thallas minn butha.
Ganni Borg
Posted at 10:52h, 15 May@PDN
Nahseb li ma qrajtx l-ahbarijiet kolla siehbi…..ghaliex din l-offerta ma gietx accettata.
Inti qed tghid li din hazina….allura li Marthese Portelli tkun fuq il bord tal-wasteserva u tmur ghal laqgha wahda u tithallas xorta tajjeb dak?
Pitirross
Posted at 10:59h, 21 MayFranco aqta l ewwel sentenza u gibu l kumment.
Dr Beppe Fenech Adami Spokesperson for Justice
Posted at 19:14h, 14 MayLOL!
Blue titanium soldier
Posted at 20:59h, 14 MayWhy, someone else in mind?
Beppe
Posted at 22:52h, 14 MayBeppe would make a perfect shadow, there s no doubt about that.
Blue titanium soldier
Posted at 23:06h, 14 MayDon’t take it personal
BETTER FUTURE
Posted at 15:33h, 15 MayYeap! A shadow of his father, and that’s it!
blue titanium soldier
Posted at 21:20h, 15 Mayif he’s shadowing his father, then one day we will have an honorable leader and prime minister, like father like son
Blue titanium soldier
Posted at 23:17h, 16 MayI repeat don’t take it personal
Light
Posted at 19:36h, 18 MayMe neither, so we re good 🙂
Blue titanium soldier
Posted at 21:05h, 18 MayWith a pinch of salt yes we’re good 🙂
Pauline
Posted at 15:11h, 13 MayDr.Debono , please allow me to thank the Hon.Lawrence Gonzi.We are really going to miss you.It’s Good- bye, Good Luck and may God Bless you.I honestly cannot see Dr Simon Busuttil as our future Prime Minister.Thank you for being there when I needed help.
Co***m Bleu
Posted at 12:51h, 13 Mayhttp://www.timesofmalta.com/articles/view/20130513/local/two-businesses-briefly-shut-down-for-health-reasons.469520
It is not the first time that one of the companies mentioned in this article was nabbed for breaking health and safety regulations. Anyone remembers the half -rat head found in a pre -packed salad served to Hospital staff a few years ago?
Co- incidentally , within days of this disgusting incident seeing the light of day., a well -known columnist who happens to run a private pr agency saw fit to trivialize the health dangers associated with the presence of rodent remains in foodstuff. To further prove her point, she published various recipes for rodent meat in her freebie magazine known for a variety of TASTEful gourmet recipes for the discerning.
Chinese Chamberpot
Posted at 12:26h, 13 Mayhttp://daphnecaruanagalizia.com/2013/05/im-starting-out-a-phone-rental-for-visitors-to-the-foreign-minister/
My guess is that her phone rental agency will make more money then her current Proximus PR agency. Her main client , GonziPN got a mother of all electoral trashings and now, according to the figures published by Sunday Circle edition for May, her cookery recipes TASTE magazine is , one but last for people’s preferences.
HUDU GO FIK JA MDEJJQA!
Cop cats?
Posted at 16:29h, 13 MayDik bhal Aguis David: thobb tikkopja ir-ricetti minghand l-kotba ta haddiehor!
Pitirross
Posted at 11:06h, 13 MayTony, il-bieba tal akwarju infethet fl-ahhar?! 🙂
Francist
Posted at 09:51h, 13 MayFranco Debono jiproponi u Alla…..e cioe….Gonzipn jipposponi.
TONY
Posted at 23:21h, 12 MayIL-BIEB TAL-PARTIT NAZZJONALISTA HUWA MIFTUH IMMA LEWWEL INTERESS GHANDU IKUN IL-PARTITT U MHUX L-INTERESSI PERSONALI. EJJA HA INXAMRU HA NAHDMU. SIMON BUSUTILL IL- KAP GDID TAL – GONZI P.N.
Vigilant
Posted at 15:33h, 13 MayHow One’s priorities of LOYALTY should Rank, as I see it:
1) First LOYALTY > Towards the TRUTH (Honesty is the greatest worth a person can have!)
2) Second LOYALTY > Towards the NATION (Without Loyalty to ones own Nation one cannot call himself a Nationalist!)
3) Third LOYALTY > Towards a group or Party (I put this last because Loyalty to ones Group or Party last does not necessarily make one a person of Integrity. Even Freemasons and the Mafia members can be Loyal towards their Clan!)
I hope I shall always possess firmness and virtue enough to maintain
what I consider THE MOST ENVIABLE OF ALL TITLES, the character of an
“HONEST MAN.” George Washington.