Riforma Kostituzzjonali (1) – It-tishih tal-Parlament – diskors 11 ta’ Novembru 2011

Riforma Kostituzzjonali (1) – It-tishih tal-Parlament – diskors 11 ta’ Novembru 2011

Diskors fis-seduta Parlamentari tal-Hdax il-Legislatura  numru 298   tal-11 ta Novembru 2011                        Franco Debono

Abbozz ta’ Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi –  Abbozz Nru 61 

ONOR. FRANCO DEBONO:  Mr Speaker, f’dan il-Parlament nitkellmu fuq ħafna suġġetti li jolqtu direttament il-mod kif jgħix il-poplu f’dan il-pajjiż u fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nitkellem fuq din l-istituzzjoni li qegħdin fiha, il-Parlament, li fi ħdanha jsiru dawn id-diskussjonijiet.

 

Il-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra għadu kif tkellem fuq il-qasam tas-saħħa li huwa qasam partikolari li jeffettwa direttament lin-nies.  Nitkellmu, per eżempju, fuq il-qrati tal-ġustizzja fejn titħaddem il-ġustizzja, u anke fuq il-MEPA li tikkonċerna l-qasam tal-ippjanar u l-iżvilupp u l-użu tar-riżorsa limitata tal-art.  Dawn kollha huma oqsma li jikkonċernaw suġġett speċifiku, però mbagħad hemm dan il-Parlament li jħaddem ukoll qasam partikolari li huwa fundamentali, il-qasam tad-demokrazija.  Jien ngħid li ma jistax ikollok demokrazija b’saħħitha jekk ma jkollokx Parlament b’saħħtu.  Il-parlament huwa l-forum fejn huwa rappreżentat il-poplu kollu ta’ nazzjon.  F’idejja għandi ktieb li minn dejjem kont inħobb naqra sa minn meta kont żgħir li jismu “Party politics in a fortress colony; the Maltese experience” miktub minn Henry Frendo.  Fl-ewwel silta ta’ dan il-ktieb jikkwota lil Ernest Renan fejn jgħid li dak li jagħti identità lil poplu mhijiex ir-razza, il-lingwa, il-ġeografija jew ir-reliġjon imma – u nikkwota – :

 

“… the possession in common of a legacy of memories and the desire to live together, the will to put to good use the heritage that has been received undivided.”.

 

Dan huwa dak li jagħmel nazzjon u dak li jagħmel poplu u dan il-ktieb ta’ Henry Frendo jagħti analisi storika dettaljata tal-mixja tal-politika f’pajjiżna mill-1880 sa ftit qabel l-indipendenza jew iktar u l-kisbiet tad-drittijiet li ħafna drabi ġew b’ħafna tbatija u sagrifiċċju, l-ewwel meta konna kolonja, u meta mbagħad komplejna nakkwistaw id-drittijiet tagħna, anke bħala Stat indipendenti.

 

Qed ngħid dan kollu għax, kif diġà kelli opportunità li naċċenna, din is-sena taħbat id-90 sena mit-twaqqif ta’ dan il-Parlament, mill-1921.  Jidhirli li l-ewwel seduta kienet fl-1 ta’ Novembru 1921, u minn meta ngħatajna s-self-government u allura kellna l-ewwel parlament, din l-istituzzjoni għamlet mixjiet kbar ’il quddiem.  Wieħed mill-iktar siltiet li qrajt u sibtu verament xokkanti kien editorjal ta’ “The Sunday Times” fejn l-editur, wara li konna tkellimna jien u xi backbenchers oħra, kien qal: Dawn agħlqulhom ħalqhom biex ma jitkellmux.  Dan l-editorjal ta’ “The Sunday Times” kont sibtu terribbilment xokkanti.

 

Min jitkellem f’dan il-Parlament qed jirrappreżenta lill-poplu li eleġġieh, ma ġiex hawnhekk minn jeddu imma qiegħed hawnhekk għax ġie elett u min eleġġieh ovvjament ikun irid li jitkellem f’ismu.  Il-ġurnali f’pajjiż demokratiku għandhom ir-rwol tagħhom, però Alla ħares ngħidu li hemm il-libertà ta’ espressjoni f’dak li jikkonċerna l-ġurnali però lill-Membri Parlamentari nagħlqulhom ħalqhom biex ma jitkellmux.  U għalhekk ma nistax insib kelma oħra ħlief “xokkanti” għal dan li nkiteb.  Huwa ħażin li xi ħadd jipprova jużurpa l-funzjoni ta’ dan il-Parlament, u huwa għaqli li dan il-Parlament ikollu d-dinjità tiegħu.

 

F’editorjal tal-“Malta Independent on Sunday” kien hemm li jirriżulta li 0.1% biss qegħdin isegwu lil dan il-Parlament.  Allura l-poplu tagħna li jinteressa ruħu fil-politika, minn fejn qed iġibha l-informazzjoni dwar l-istes politika jekk mhux mill-Parlament? Jien ngħid li għandna nsaħħu lil din l-istituzzjoni u huwa fl-interess tal-poplu li dan il-Parlament jissaħħaħ u jkollu l-mezzi.  Jien ili nsemmi dawn l-affarijiet u anke meta ridt nibgħat messaġġ qawwi dwar id-dinjità tal-Parlament, bgħattu u bqajt nitkellem dwar dawn il-materji.  Ovvjament huwa importanti li jkollok mezzi tax-xandir b’saħħithom, li jkollok media indipendenti b’saħħitha, dan kollu huwa tajjeb u hekk għandu jkun, però huwa daqstant ieħor importanti – mill-inqas daqstant importanti – li jkollok Parlament b’saħħtu għax dan huwa l-ogħla u l-iktar forum rappreżentattiv ta’ diskussjoni u jkun qed jonqos jekk ma jwettaqx dak ir-rwol.  Jekk dak ir-rwol ma jwettqux il-Parlament jinsteraq minn ħaddieħor, u dak ikun ħażin.

 

Nerġa’ ngħid li l-libertà tal-espressjoni hija sagra, il-free press hija fundamentali f’demokrazija, però daqstant ieħor huwa importanti li jkollna Parlament b’saħħtu, u għandna nieħdu l-opportunità li nsaħħuh f’dan l-anniversarju partikolari tad-90 sena mit-twaqqif tiegħu.  Il-Parlament mhuwiex tal-membri parlamentari, imma huwa tal-poplu.  Aħna kollha qegħdin hawnhekk għax qegħdin nirrappreżentaw lill-poplu mhux lilna nfusna u għalhekk din hija istituzzjoni tal-poplu.

 

Nerġa’ nisħaq fuq dak li għedt fil-bidu, jiġifieri li ma jistax ikollok demokrazija b’saħħitha jekk ma jkollokx Parlament b’saħħtu, u huwa importanti wkoll li jkollna l-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.  Fil-fatt fir-rwol tiegħi bħala assistent parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jien qed naħdem fuq dan.  F’demokrazija fil-ġurnata tal-lum ma jistax ikun li ma jkollokx regolamentazzjoni fuq il-partiti politiċi, min qed jiffinanzja xiex, kemm, kif u x’fatta.  Għall-grazzja ta’ Alla mexjin f’dak il-qasam.  Riċentement kont fuq programm fuq ix-xandir u ssuġġerejt li, pereżempju, dibattitu importanti li qed isir bħalissa fil-Public Accounts Committee (PAC), li huwa wieħed mill-organi li għandu funzjoni ta’ skrutinju fuq l-eżekuttiv, għax dan il-Parlament …  U hawnhekk irrid ngħid ħaġa oħra.

 

Tajjeb li ċerti ġurnalisti li jikkummentaw fuq il-Parlament ikunu daqsxejn familjarji mal-mod kif jaħdem parlament u ma’ x’jiġri f’parlamenti oħrajn.  Importanti li dak li jkun qed jikkummenta jkun edott minn ċerti fatti ta’ proċeduri f’parlamenti oħrajn u kif jiffunzjona parlament.  Kultant nara ċerti kummenti li niddubita kemm dak li jkun qed jikkummenta jkollu idea ċara ta’ kif jitħaddem parlament u x’inhu r-rwol kostituzzjonali ta’ leġislatura u x’inhi l-funzjoni ta’ skrutinju li jagħmel l-organu Leġislattiv fuq l-Eżekuttiv.  Għandek, pereżempju, il-mekkaniżmu tal-mistoqsijiet parlamentari fejn deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll mill-oppożizzjoni, jagħmlu mistoqsijiet lill-ministri u jitolbu tweġibiet mingħandhom.  Dan ukoll huwa mezz kif il-Parlament bħala l-organu Leġislattiv jiskrutinja lill-Eżekuttiv.  Bejn elezzjoni u oħra l-gvern irid iwieġeb għall-azzjonijiet tiegħu lejn il-Parlament, imbagħad fl-elezzjonijiet direttament lill-poplu.

 

Nerġa’ mmur fuq il-PAC li bħalissa qed jiddiskuti l-issue tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station.  Jien issuġġerejt – u nieħu gost li jista’ jkun hemm xi passi pożittivi ’l quddiem – li għall-inqas f’dan il-Parlament ikun hawn live video streaming tad-debates – għax audio streaming diġà hawn – li jkun ħafna iktar komdu għall-poplu li jsegwi għax fl-aħħar mill-aħħar huwa fl-interess tal-poplu li jsegwi xi jkun qed jiġri fil-Parlament minn dawk li qegħdin jirrappreżentawh.  Fil-PAC fejn qed isir dan id-dibattitu tant importanti fuq l-estensjoni tal-power station ma nafx għaliex dan m’għandux ikun streamed live fuq l-internet bil-filmat għax imbagħad li jiġri hu li jsiru programmi, u min jikkwota biċċa u min jikkwota biċċa oħra għax ovvjament ma jkollhomx iċ-ċans juru kollox.  Dawk il-programmi ta’ profondiment għandhom jibqgħu jsiru, huma tajbin, jagħtu servizz u huwa tajjeb li jkomplu jinformaw lill-pubbliku in ġenerali, però dan il-Parlament għandu jkollu r-riżorsi sabiex diskussjonijiet bħal dik li qed issir bħalissa fil-PAC dwar il-kuntratt tal-estensjoni tal-power station tkun streamed live biex il-poplu jkun jista’ jsegwi x’qed jiġri.  Il-poplu għandu dritt li jara eżattament x’inhu jiġri u importanti wkoll li l-poplu min-naħa tiegħu juri l-interess f’dawn l-istituzzjonijiet.

 

Qabel bdejt id-diskors tiegħi staqsejt jekk jiġux tfal tal-iskola jżuru l-Parlament biex ikunu familjari miegħu.  Jien naf li inti, Mr Speaker, ħadt diversi inizjattivi u qed tkompli tieħu inizjattivi u nirringrazzjak talli qed tagħmel ħiltek sabiex tkompli ssaħħaħ ix-xogħol li sar f’din l-istituzzjoni mill-predeċessuri tiegħek.  Naħseb li hemm bżonn urġenti li jsir ċertu upgrading f’dan il-Parlament.

 

Għandi diversi punti oħra li xtaqt nagħmel, però ma baqagħlix ħin għad-dispożizzjoni tiegħi għalhekk nagħlaq billi ngħid li f’dan l-anniversarju partikolari tal-Parlament għandna nieħdu l-opportunità biex isir dak l-upgrading li għandu jsir.  Fosthom inħobb insemmi r-reviżjoni tal-iStanding Orders li ilhom żmien twil ma jiġu aġġornati.  Il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici kien għamel rapport fuq l-emendi li jenħtieġu l-iStanding Orders u naħseb li f’dan l-anniversarju partikolari tal-Parlament wasal iż-żmien li nirreveduhom.  Nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lill-ħaddiema f’dan il-Parlament li jagħmlu xogħol tajjeb, utli u importanti ħafna.  Nirringrazzjak.

 

 

 

 


5 Comments
  • Guido's son
    Posted at 11:50h, 03 May

    Mario Demarco owes everything to his father. He is a timid and colourless individual, a mediocre lawyer with a ghastly voice. Now he goes on to say that he looks more like his mother than his father. How can one dissend to such depths of shame? Betraying one’s father to please blogger Daphne who was a fierce critic of his father even in his coffin. Is it true that after having insulted his father for years on end, Mario Demarco appointed Daphne’s sister on some board? Now I can see why Mario Demarco is labour’s favourite candidate. True nationalists want Simon Busuttil. I can also see why the Demarcos were never trusted at id-Dar Centrali.

    • Blue titanium soldier
      Posted at 23:17h, 03 May

      By any chance are you austin?

  • Who burned The Times?
    Posted at 11:43h, 03 May

    All violence should be condemned but even character assassinations, mud slinging and deceit should be condemned. The Demarco Times is so much different from the Strickland Times.

  • Maltatoday Plus - The Times Minus
    Posted at 11:39h, 03 May

    In the near future, The Times readearship will decrease by half since they will no longer be getting leakages from Castille and the readership of Maltatoday will double because they report the real news whilst The Times mission seems to be gate keeping, mud slinging and character assassination. Now it also seems that with Mario Demarco leadership bid, The Times has started courting blogger Daphne Caruana Galizia. This is surely a recipe for disaster for the PN and for the country.

    • BETTER FUTURE
      Posted at 08:26h, 04 May

      YEAP!!