02 Jan 2013 Ir-rispett lejn l-Ambjent u d-Delizzju tal-Insib
Diskors Parlamentari tal-Onorevoli Franco Debono B.A., LL.D., M.P. dwar id-delizzju tal-Insib
Diskors tal-Onorevoli Franco Debono B.A., LL.D., M.P. fil-Parlament nhar is-27 ta’ Marzu 2012 dwar proposti ghal-soluzzjoni vijabbli tal-kontroversja dwar l-insib ghall-ghasafar tal-ghana, fejn jindika illi l-interess suprem ghandu dejjem ikun ir-rispett lejn l-ambjent, u juri sistema vijabbli kif d-delizzju tal-insib u l-harsien ambjentali mhux talli jisrtghu imorru flimkien talli jistgu isahhu lil xulxin.
Jsemmi wkoll kif dan id-delizzju popolari f’Malta nqata minhabba n-nuqqas tal-Gvern li jzomm Capture Breeding programme u peress illi din il-materja giet mhollija f’idejn persuna li ftit ghandhom esperjenza diretta tad-delizzju tal-insib.
L-Onorevoli Franco Debono jindika b’mod konkret illi d-delizzju tal-insib jista jkun prattikat id f’id mal-harsien tal-ambjent u r-ricerka dwar il-migrazzjoni tal-aghsafar.
Minkejja illi kien ilu snin jaghmel dawn il-proposti il-Gvern ma tax ebda widen.
MR SPEAKER: Grazzi. Rimarki? L-Onor. Franco Debono.
ONOR. FRANCO DEBONO: Sur President, fil-parti sostanzjali tad-diskors tiegħi xtaqt nitkellem dwar il-kwestjoni tal-kaċċa u l-insib. Din hija kwestjoni li minn żmien għal żmien tqum f’dan il-pajjiż u naħseb li issa ilna għaxar snin għaddejjin b’kontroversja kontinwa. Jien nemmen li forsi din kienet indirizzata minn nies li lanqas għandhom l-iċken ħjiel jew m’għandhomx idea u esperjenza biżżejjed f’dan il-qasam. Dawn ma jilbsux iż-żarbun ta’ dawn id-dilettanti li jmorru għal kaċċa jew għall-insb – jien se nitkellem aktar fuq l-insib – u ma jifhmux x’jiġifieri li tqum filgħodu, tarah jisbaħ fir-raba’ b’dik ir-riħa tal-ħarrub u l-għasafar jgħannu!
Trid tifhem dawn l-esperjenzi u n-namur tan-nassaba! Se nibda biex ngħid li l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u r-rispett lejn l-ambjent għandu jkollhom l-interess suprem. Minn hemm irridu nibdew. Jien nieħu gost li l-Ministru attwali dwar l-ambjent, il-Minsitru de Marco, wera interess fil-proposta li ssuġġerejt u li se nerġa’ nissuġġerixxi, forsi fi ftit aktar dettall. Wera wkoll ċerta ħeġġa li tiġi indirizzata. Inkunu qed nonqsu jekk f’pajjiżna hemm delizzju li jista’ jsir b’mod sostenibbli u b’mod li jirrispetta l-ambjent u d-dilettant ma jkunx jista’ jeżerċita dan id-delizju. Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq is-Sur Richard Cachia Caruana li kont kellimtu xi xhur ilu, jekk mhux snin, dwar is-suġġett tal-insib għax b’xi mod kien responsabbli jew għallinqas indirizza dan is-suġġett.
Sur President, nerġa’ mmur lura għas-suġġett tal-insib. Naħseb li l-FKNK u l-BirdLife hemm bżonn jirrealizzaw li jekk jingħaqdu flimkien ikun ta’ ġid għat-tnejn li huma. Dan ikun ta’ ġid għal kulħadd u anke għall-ambjent innifsu. Jien appassjonat kbir tal-għasafar. Minn dejjem hekk kont. Jien breeder tal-għasafar kemm tal-għana kif ukoll ta’ għasafar oħrajn u għadni nrabbi sal-lum. Allura dan huwa suġġett li jinteressani ħafna. Dejjem ħadt interess fih u umilment se nagħmel diversi proposti li naħseb li jistgħu jkunu ċ-ċavetta għall-eventwali soluzzjoni ta’ għaxar snin, jekk mhux aktar, ta’ kontroversja dwar dan is-suġġett. F’pajjiżna naħseb li hawn entużjażmu sostanzjali dwar dan is-suġġett. Hawn eluf ta’ appassjonati u dilettanti tal-insib li jħobbu l-għasafar u jkunu jafuhom individwalment.
Il-fenomenju tal-migrazzjoni tal-għasafar huwa fenomenu li minn dejjem interessa, saħħar u affaxxina lill-bniedem u sal-lum għadu mhux biżżejjed mifhum u sal-lum għadha ssir riċerka estensiva dwaru. Hija affaxxinanti kif għasfur żgħir jitlaq mill-Ewropa ta’ Fuq biex imur l-Afrika, jiffaċċja l-elementi, jiffaċċja temp avvers u jasal u mbagħad jerġa’ jagħmel il-vjaġġ lura fis-sajf. Hija xi ħaġa li dejjem taffaxxinani. Madankollu għad m’hemmx soluzzjonijiet u risposti li huma definittivi. Sur President, irrid nerġa’ ngħid li hawnhekk l-interess prinċipali huwa li jkun salvagwardat l-ambjent u għalhekk kien tajjeb li fis-snin li għaddew il-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ din il-prattika żdiedet. Huwa tajjeb li dan ikun regolat.
L-għaqdiet li jirrappreżentaw lin-nassaba nfushom għandhom japprezzaw li jridu jirrispettaw l-ambjent. L-ambjent mhuwiex riżorsa infinta u allura jien issuġġerejt, u se nerġa’ nissuġġerixxi, li jsir ċentru ta’ studju u riċerka dwar il-migrazzjoni tal-għasafar.
Possibbilment nistgħu anke nagħmlu proposta għal fondi mill-Unjoni Ewropea jew għal dan l-organu jew għal proġett simili, fejn l-enfasi prinċipali għandha tkun fuq is-sostenibbiltà, ir-rispett ambjentali u l-konservazzjoni. Minn hemmhekk irridu nibdew. Madankollu jekk imbagħad f’pajjiżna hawn ħafna entużjażmu għal dan id-delizju, il-ħsieb tiegħi huwa li dak l-entużjażmu minflok toħonqu u tħares lejh b’mod negattiv tutilizzah għal fini ta’ din ir-riċerka. Sur President, issa se nsemmi punt ieħor li fil-prattika diġà ħdimt fuqu bħala Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Jien ħdimt fuq proġett sabiex nintroduċu mill-ġdid il-barbaġan fis-selvaġġ. Dan kien ibejjet hawn Malta sa 30 sena ilu iżda nqered bl-attività tal-bniedem.
Jien ġibt flimkien lill-FKNK, il-WasteServ u anke lill-MEPA – sfortunatmaent sibna ftit prokrastinazzjoni min-naħa tal-MEPA – sabiex dan l-għasfur li kien ibejjet Malta nerġgħu nintroduċuh fis-selvaġġ. Allura filwaqt li nħarsu l-bilanċ fl-ekosistemi, għalkemm kif qed ngħid il-barbaġann u xi tjur oħra u għasafar oħra diġà kienu jbejtu Malta iżda ma baqgħux għax ġew sterminati mill-attività tal-bniedem, huwa importanti li ngħatu lura lin-natura dak li qridna aħna stess. Il-barbaġan huwa breeder prolifiku. F’Malta hawn ħafna dilettanti tal-għasafar li jnisslu l-barbaġan u allura għal xiex m’għandniex nirrestitwuhom lin-natura minn fejn kien il-bniedem stess li qeridhom. Fil-fatt ġie mwaqqaf ukoll steering committee, li jien kont iċ-Chairman tiegħu, biex jara r-riintroduzzjoni tal-barbaġan fis-selvaġġ. Dan seta’ kien proġett pilota li jintuża fi speċi oħra.
Għalhekk, apparti ċ-ċentru ta’ studju ta’ riċerka dwar il-migrazzjoni tal-għasafar li ssuġġerejt, dan huwa t-tieni proġett ta’ natura ambjentali li qed nissuġġerixxi f’dan il-kontest ta’ soluzzjoni għal din il-kontroversja li ilha sejra s-snin dwar l-insib. It-tielet punt huwa li jrid jiġi mtejjeb il-Capture Breeding Programme li diġà huwa eżistenti u li jista’ jkollu rilevanza kbira għall-eventwali deroga dwar l-insib. Informat li l-Belġju kellhom kwestjoni simili dwar l-insib u kien hemm xi ħaġa identika. Il-verità hija li f’dan il-Capture Breeding Programme li kien l-Għammieri – dan mort inżuru ftit tax-xhur ilu – kulma kien hemm kien 40 għasfur.
Illum ma nafx kemm hemm għax ili ftit ma mmur però għamilt mistoqsija parlamentari biex inkun naf kemm hemm għasafar. Madankollu ma nistennewx deroga dwar l-insib għax il-Gvern kellu l-obbligu li jwaqqaf Captive Breeding Programme li jiddispjaċini ngħid li sa ftit xhur ilu dan kien għadu ma twaqqafx. Ma nistgħux nistennew li l-Unjoni Ewropea tagħtina deroga tal-insib jekk m’aħniex qed nagħmlu l-parti tagħna. Importanti ħafna mbagħad li fil-Captive Breeding Programme d-deroga eventwali tal-insib tingħata sabiex il-genetic pool ta’ dawk l-għasafar li jitnisslu fil-magħluq tibqa’ b’saħħitha. Sur President, jien se mmur pass oltre.
Jien ngħid li l-Captive Breeding Programme jista’ jsir ukoll f’partnership mal-privat, ma’ dawk in-nassaba u ma’ dawk il-breeders, li jkollhom il-premises tagħhom ċertifikati ta’ livell għoli u adegwat. Dan jista’ jsir ukoll ma’ rappreżentanti kemm tal-BirdLife kif ukoll tla-FKNK jew ta’ xi organu ieħor determinat mill-Gvern. B’hekk il-Captive Breeding Programme ma jkunx biss tal-Gvern imma anke tal-Privat u jsir b’mod professjonali skont l-istandards u s-safeguards li jiġu imposti mill-Gvern stess u mill-Unjoni Ewropea. Però jekk mhux se jkollna dan il-Captive Breeding Programme in place wisq nibża’ li lanqas ir-radd tas-salib ma jkollna fuq din id-deroga.
Ir-raba’ punt huwa li tiġi esplorata regolamentazzjoni aħjar dwar l-attività tal-bird ringing. Jiġifieri li wieħed jaqbad għasfur, ilibbisslu ċ-ċurkett u jerġa’ jitilqu fis-selvaġġ b’mod li dan l-għasfur ikun jista’ jinqabad f’pajjiż ieħor u jkun jista’ jiġi studjat bħal pereżempju kemm għex, kemm vjaġġa, kemm żmien eċċ. Din l-attività tal-bird ringing tgħin ħafna fl-istudju u fir-riċerka – u dan ngħaqdu mal-ewwel punt li għamilt – tal-migrazzjoni tal-għasafar. Il-ħames punt huwa li jsir l-aħjar użu tar-riżervi naturali fosthom tar-Riżerva tal-Għadira. Naħseb – u ngħidha b’ċerta responsabbiltà – li min jieħu ħsieb ir-Riżerva tal-Għadira għamel biċċa xogħol tajba. Pajjiżna huwa żgħir u din hija riżerva importanti ħafna. Din hija kkurata tajjeb però naħseb li nistgħu mmorru pass oltre u allura filwaqt li niġi għas-sitt punt ngħid li din ir-riżerva forsi wieħed jista’ jutilizzaha aħjar billi jikkonsidra xi tip ta’ proġetti fejn l-għan aħħari jkun li jkollna viable colonies ta’ għasafar tal-għana.
Sur President, l-għasafar tal-għana, bħal ġojjin, l-isponsun, il-verdun u l-gardell, minn żmien għal żmien ġieli jbjetu Malta. Għaldaqstant xhur ilu jien għaddejt lill-Prim Ministru pjan dettaljat ta’ kif filwaqt li nħarsu l-bilanċ tal-ekosistemi, f’pajjiżna nistgħu nipprovaw nistabbilixxu viable colonies ta’ dawn l-għasafar. Fl-aħħar mill-aħħar jekk dilettant imur Sqallija pereżempju, fil-ġonna se jisma’ lil dawn l-għasafar tal-għana jgħannu, jarahom itiru u allura wieħed irid jifhem li ħafna minn dan l-entużjażmu huwa dovut għall-fatt li dawn l-għasafar huma skarsi. Pereżempju huwa diffiċli ħafna li wieħed jisma’ xi verdun jgħanni jekk ma jkunx għandu f’gabjetta. Madankollu li nistabbilixxu dawn il-viable colonies, jiġifieri għasafar tal-għana li eventwalment mhux biss jgħaddu minn fuqna u jibqgħu sejrin imma jlissnu ġewwa Malta wkoll, kif diġà għedt, hija miżura b’rilevanza ambjentali kbira.
Dan qed ngħidu għax minn dak li semmejt wieħed jinduna li għandek ħames jew sitt proġetti ta’ rilevanza ambjentalment pożittiva fejn minflok noħonqu l-interess ta’ dan in-nassab li se jikkontribwixxi għal Capture Breeding Programme u li forsi se jkun qed jipparteċipa wkoll fil-programm ta’ bird ringing, nutilizzaw l-entużjażmu tiegħu għal skopijiet ambjentali. Sur President, jien m’għandix is-soluzzjoni għal kollox però bl-akbar umiltà qed inressaq ’il quddiem dawn il-ħames jew sitt ideat li naħseb jistgħu jservu ta’ bażi għall-eventwali soluzzjoni ta’ din il-kontroversja li ilha magħna snin. Sfortunatament tara nies dilettanti li jkollhom ċerta frustrazzjoni.
Fit-Treaty of Accession Malta nnegozjat mal-Unjoni Ewropea l-possibbiltà ta’ deroga. Issa ġej l-istaġun tal-gamiem u s-summien – is-summiena hija a prolific breeder – u hawnhekk ukoll wieħed jista’ jikkonsidra b’mod xjentifiku r-riintroduzzjoni tas-summien li jkun imbrobbi mhux fis-selvaġġ imbagħad rintrodott fis-selvaġġ so that one replenishes existing stocks. Dik hija idea li wieħed jista’ janalizza. Ovvjament dan taħt kondizzjonijiet rigorużi għax wieħed irid jara l-genetic pool kif ukoll il-bilanċ tal-ekosistemi.
Però jidhirli li ma esplorajna l-ebda waħda minn dawn l-ideat li semmejt. Naħseb li din tista’ sservi bħala bażi għall-eventwali soluzzjoni ta’ din il-kontroversja. Sur President, biex nikkonkludi din il-parti qabel ma ngħaddi għal suġġett ieħor li se nitkellem dwaru fil-qosor irrid ngħid li huwa importanti li l-interess suprem dejjem ikun ir-rispett tal-ambjent u l-gwarniċ ta’ din l-istampa kollha għandu jkun kampanja edukattiva kbira ta’ rispett lejn il-ħolqien kollu. Aħna bħala bnedmin m’għandniex monopolju fuq il-ħolqien imma għandna nieħdu ħsiebu u ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna jekk jista’ jkun fi stat aħjar milli sibnieh.
Ejja nanalizzaw u ejja nsibu konverġenza bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett li ħafna drabi kien kontroversja politika u naħseb li m’għandniex nibqgħu sejrin hekk.
Onorevoli Franco Debono
27 ta’ Marzu 2012
Il-Parlament ta’ Malta
www.francodebono.com 999 888 77 [email protected]
pn
Posted at 17:28h, 11 Januaryfranco debono il king ohrog ghal elezzjoni ghax tkun elett zgur
Demmi ahmar
Posted at 11:41h, 04 JanuaryJiena ma nistax nifhem li jghidu li waqfu il kacca, mur Ghawdex u tara kif ma waqfitx ghax jisparaw is sena kollha.
shady lady
Posted at 14:22h, 07 JanuaryX’jisparaw??? Dik Giovanna ssabbat fuq il-mejda “I WANT MORE – GIVE ME MORE!!” ………
Spiro the dragon
Posted at 17:16h, 22 Januarylolll le tiekol l fazola z zija giovanna.
banana republic imma gozo, kollox ghalijom hemm u jekk tindahlilom ikollok t trouble.
Joseph Scicluna
Posted at 19:03h, 03 JanuaryMin mhux dilletant tal-kacca u tal-insib jew tal-inqas ma ghandux xi hadd fil familja li huwa dilettant ma jista qatt jifhem xi tfisser din il-passjoni ghal min huwa midla taghha!!
13 JANUARY GOZO
Posted at 11:28h, 03 Januaryi agree a lot with @ percita. january 13 we must make gozo rock. i wish that the pl wins in gozo cause since 1955 pn always wins. if the pl wins in gozo dr gonzi must leave the pn. even if he win the general election. i know its sound stupid but for me its not.
MALTA ENTERPRISE
Posted at 03:21h, 03 Januarydaqshekk rajnieh folji il-hadd fil-ghodu nista niqba rieqed ghax is-sur MANUEL micallef hiereg ghall elezzjoni generali ismu jiprometti kieku. nawgurawlu
MALTA ENTERPRISE
Posted at 00:29h, 03 Januaryrajt iswed fuq l-abjad fuq net tv. special guest guess who ? ABC sar parti mill -furniture. l-isbah programm kien meta gonzi telaq wahdu ABC kien hemm tarawh tridu il-program . you tube isibuh. kien programm imtella tajjeb imma qerduh. jien ma nistax nifhem kif spicca il-partit nazzjonalista sincerament ta vera ma nistax nemen. jien ha nghid haga jekk il-pn jerbah il-labour izarma irid.
sturdut
Posted at 00:27h, 03 Januarygiet fidejja l-mozzjoni ta franco. bghatha lil qrabati fid-djar. kif nghid dejjem…franco il-1. dejjem nikkonvinci ruhi izjed.
dawra b'rotta
Posted at 23:31h, 02 JanuaryNistaqsiek Franco jekk fil ligi ta malta teziztiex li min jonfoq il flus tal poplu bla kontrol jispicax il qorti ?
Wara li tadi din lelezjoni u austin pipi gatt jingibu provi li abuzza mil poter jispicax il qorti .?
Spiro the dragon
Posted at 11:59h, 03 JanuaryJezistu habib, imma f dal pajjiz aktar min imposibli biex tasal sa hemm
Johan Mizzi
Posted at 22:47h, 02 Januaryhttp://www.inewsmalta.com/dart/20130102-insult-peppi-dwar-ix-xandiriet-tal-awtorit-tax-xandir
Reazzjoni tieghek dott jekk jogbok!!!!
MALTA ENTERPRISE
Posted at 22:40h, 02 Januaryon net tv iswed fuq l-abad therae is your no.1 fan. ABC
Thorny
Posted at 22:12h, 02 JanuaryBis-sens, kompromess tajjeb!
U nkompli nzid li l’mansab ikoll idejali biex fih minn barra l’insib jigi promoss IL-PASSATEMP TAL-FOTOGRAFIJA
Thorny
Posted at 22:12h, 02 JanuaryShoot photos not birds 🙂
brimbu
Posted at 21:26h, 02 Januaryjien ta 6 snin kont mmur nqajjem lill missieri fil 5 ta filodu biex nohorgu al kacca u insib u l pn qatali kwazi koillox!!!!!ma nahfrilkom qatt!!!!dr debono nawguralek s sena t tajba u sucess f hajtek ax int bniedem sincier alekk warrbuk ax gonzi pn xejn sincier u nies bhalek jwarbuk!!!!!nies bhall austin gatt irid gonzi biex jkompli jaffeg lin nies u jgawdu huma!!!!taf x tejdilom fil parlament li z ziju ikkometta suwicidju ghax qatawlu l insib!!!!!rip ziju forsi ad tara lilna nonsbu mill gdid min hemm fuq!!!!!kacca u nsib for ever!!!!!
venator
Posted at 20:22h, 02 JanuaryRecently Dr Debono in true festive season spirit commented that to forgive was divine.
I a Maltese hunter proud of my identity affirm otherwise.
Forgive…..maybe
Forget…….NEVER
Thanks Dr Simon Busuttil (former MIC chairperson) for the vain promises regarding; the spring hunting of turtle doves and quail and the trapping of the seven song bird species in autumn. Thanks also for appointing the very person who publicly announced his agenda to eradicate hunting and trapping to negotiate the pertinent package for Maltese accession to the EU. In this regard special thanks goes to unbecoming of the promise that the hunters’ representatives would be directly involved in the process, whereas as outlined, you purposely resorted otherwise.
Thanks for the three consecutive spring hunting seasons denied to the local hunters, and the recurring trapping seasons denied to the local finch trappers.
Thanks gonzipn for the thinly veiled constant support you have given the anti-hunting faction, pushing their agendas and acquiescing to all their whims and fancies.
Thanks gonzipn for the support you gave the anti-hunting faction to accede to EU funds to sustain their radical anti-hunting agenda but more so to satiate their everlasting greed for bountiful salaries. And particular thanks gonzipn for denying the same opportunities for EU funds to the hunters’ associations, which funds would have contributed to better education and re-introduction of the barn owl.
Regarding the latter; special thanks goes towards the magnanimous effort displayed in making it impossible through a multitude of bureaucratic tools to conduct the re-introduction even without EU or local funds. Thanks a million for the constant lack of support even of positive initiatives lest hunters be perceived otherwise from the negative depiction gonzipn and lackey co’s intend to impart.
Thanks for making all hunters wear a fluorescent sash to identify hunters and subject them to channelled ridicule, reminiscent of the treatment meted out to the Jews in the Second World War.
Thanks for gold plating the already stringent requisites of the EU Bird’s Directive where none were warranted to appease the anti-hunting faction;
– no hunting in spring after three in the afternoon and no hunting on Sundays and Public holidays,
– daily bag limit as opposed to national quota,
– ridiculous limitations to autumn hunting season such as afternoon curfew in September
– life threatening application of boat’s motors with 18kmph limitation when hunting at sea
– ridiculous nets’ mesh sizes which kill birds intended to be kept alive (special thanks from all the plover trappers)
Particular thanks also go towards the lack of will, determination and national pride to extirpate foreign arrogance on Maltese soil.
Thanks for allowing vigilante style anti-hunting activities by persons with vested interests yet no vested authority.
Thanks for ensuring that what’s good for the goose was never good for the gander. Enforcement of laws has through your intentional inaction become a veritable chewing gum; heavy handed with the hunters who infringe hunting laws, yet velvet gloved (if at all) with the opposing faction for infringements on private property, data protection, trespassing, pretended rights and false reports and outright vandalism of private property. For the evident, clear and unequivocal lack of redress to these infringements we hunters and trappers thank you wholeheartedly.
Thanks for ensuring that the anti-hunting agenda reigned and reigns supreme, veiled under the guise of pluralism, the hunters’ opinions have constantly met with gate-keeping on local media outlets renowned for their political sympathies and ties.
Thanks for the intentional procrastination denoted in the application or lack thereof of the right, appropriate and correct derogations from the EU birds Directive, denying Maltese hunters and trappers at least the possibility to practice their hobby at par with their European peers.
Thanks for purposely appointing notorious BLM members to;
– negotiate the acquis communitaire
– purposely and repeatedly apply incorrect derogations
– purposely and repeatedly submitting incorrect and LATE reports on adopted derogations from the EU Birds Directive.
– purposely and repeatedly submitting LATE reports as requested by the EU Commission for the Environment such that the only available reports for its better judgement remained those of the local anti-hunting whiners and their foreign networking organisations.
Thanks in particular for making the lives of all Maltese hunters and trappers as miserable as it could get. Thanks for defining us all as “il-kaccaturi huma dispensabbli” (your very own words Dr Gonzi)
For this and so much more, if forgiveness is to be termed as divine;
Forgive…..maybe (if ever)
Forget…….NEVER – I revel in the thought that revenge is a plate best served cold!
Let there be no misunderstanding, for the time of reckoning finally beckons.
Demm Nazzjonalist
Posted at 20:49h, 02 January@Venator mela kollox jehel Simon Busuttil u Gonzi issa jew.Ma ninsewx li issa Joseph Muscat u Alfred Sant huma favur l-Unjoni Ewropeja wkoll.Jien nahseb li l-Ghaqda kaccaturi u nassaba kien messa ghamlet deal ahjar.
venator
Posted at 00:10h, 03 JanuaryDemm Nazzjonalist,
dak kollu li ktibt huwa fattwali u nista nsostnieh b’fatti u dokumenti. Simon Busuttil kien ic-chairman tal-MIC u taht it-tmexxija tieghu ntbaghtu l-fuljetti b’weghdiet li wara gew pruvati kemm kienu fierghha. Re-Dr Gonzi, staqsi lill-kaccaturi u n-nassaba dwar kif gew trattati f’dawn l-ahhar snin (aghar mill-aghar kriminali) u nikkwota lil Dr Gonzi nnifsu meta sostna; “Il-Kaccaturi huma dispensabbli”.
Nispera li ghad ghandu l-istess fehma issa li qed toqrob l-elezzjoni! Issa nispera wkoll li l-voti ta’ dawk li dejjem jinhqu li l-maggoranza kontra l-kacca (dejjem l-istess erba’ min-nies radikali li m’ghandhom l-ebda zvog f’hajjithom hlief li jaghmlu l-hsara lil ghajrhom fl-interess tal-fondi u s-salarji mlahhma taghhom), jkunu bizzejjed ghall-ghaniijiet elettorali tal-gonzipn. Galadarba jsostnu li huma maggoranza, allura m’ghandiex tkun problema, mhux hekk?
Re-Joseph Muscat u Alfred Sant, nahseb qed thallat il-hass mall-kabocci ghax dak li ndikajt ma sehhx taht tmexxija Laburista imma taht dik Nazzjonalista. Nistqarr li filwaqt li jien ivvutajt PN dak iz-zmien, Dr Sant kien ragel bizzejjed u fl-1996 zamm il-weghdiet elettorali li kien ghamel mal-kaccaturi. Jista jintqal l-istess fuq il-partit li jien dejjem ivvutajtlu?
Rigward l-Unjoni Ewropeja, jekk terga taqra dak li ktibt ghandek ir-risposta ezatta. Derogi mid-Direttiva tal-Ghasafar huma permessi, basta jigu mplimentati b’mod korrett u mhux intenzjonalment b’mod skorrett u proceduralment zbaljati, kif ukoll ghad-eskluzjoni jew anke aghar minn hekk kuntrarjament ghall-pariri kwalifikati li jkunu qed jinghataw.
Habib, meta ghal raguni jew ohra, tmexxija tibda tisma konsistentement naha wahda biss tal-qanpiena, in-naha l-ohra tistenna li tibqa bit-tbissima u bid-dahka tghidilha kompli bambaluli?
Spiro the dragon
Posted at 12:01h, 03 Januaryu iffirmati kienu mhux bhal ta marthese
J.Farrugia
Posted at 22:38h, 02 JanuaryProsit venator kliem tad- deheb
Demm Nazzjonalist
Posted at 20:20h, 02 JanuaryIs-sena t-tajba Franco.Issa nibdew immorru l-meetings.Int gej jew?
9 ta' Marzu
Posted at 21:22h, 02 JanuaryMhux Franco jigi l-meetings imma n-nies imorru l-meetings ta’ Franco.
PINOKKJU
Posted at 19:25h, 02 JanuaryTAl-Awtorita tax=xandir qalulhom car u tond lil PBS IL-LEJLA……
la Jafdaw lil TAL pbs ghax Jilghabu bil-kliem u iktar u iktar m;ghandhomx FIDUCJA f’Peppe l-falz li jrid iwerwer b’ghajnejh minghalih…….
AVZAHOM ukoll LI SER IKUNU B’SEQER FUQ IL-pbs BIEX MA JKOMPLUX IDARDRUHA IKTAR…GHAXZ QAZZU LIL KULHADD ISSA…
MALTA ENTERPRISE
Posted at 19:56h, 02 January@ pinokkju ” are you serious ? how come ? i dont belive you . i am sorry.
MALTA ENTERPRISE
Posted at 15:47h, 02 JanuaryJIEN IRID LI DITAHAL IL-WHISTLE BLOWIN . GHAX MA JISTAX IKUN DAN IL-PAJJIZ BAQA LURA FUQ CERTU ASPETTI. PEPPI AZZOPARDI U SHABU IPACCJAW MINN-ISSA GHAX VERA TAL-MISTHIJA. FALZITA TA VERA. ISTHU . ISSA HEKK HU VERU HEMM HASIL TA FLUS OHRA . SHARE HOLDER EX CHAIRMAN TA AIR MALTA. THE WORKING GUY IS A SUCKER.
Carmel Grech
Posted at 15:40h, 02 JanuaryOnor. Franco Debono,
Nawguralek lilek u ‘l familja tiegħek l-isbaħ xewqat, saħħa u hena għas-sena l-ġdida.
Jalla tibqa’ tħaddan il-prinċipji tiegħek għall-ġid tas-soċjeta’.
Jien fir-rigward ta’ ma’ min toħroġ għall-Politika, dik biċċa tiegħek u toħroġ ma, min toħroġ, persważ li tagħmel suċċess, għax hawn ħafna u nerġa ngħid ħafna nies minn kull qasam tas-Soċjeta’ li jġibulek rispett kbir u li lesti jtuk il-fiduċja tagħhom.
Awguri.
Zeppi
Posted at 14:34h, 02 JanuaryPBS wants to do what ever they want FD said this months ago, the truth is coming out:
http://maltatoday.com.mt/en/newsdetails/news/national/Broadcasting-Authority-raps-PBS-accuses-state-broadcaster-of-unacceptable-behaviour-20130102
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20130102/local/ba-pbs-dissett.451704
http://www.di-ve.com/news/ba-orders-pbs-host-both-deputy-leaders
N.Borg
Posted at 15:38h, 02 JanuaryCorrection Dear Zeppi – WE BS wants to do what they like and how they like, PBS is just a puppet made up of WEBS and NETS!
Dahaq biha
Posted at 16:32h, 02 JanuaryIrrangani GonziPn : jien ikolli immur ghal kacca l-Ingilterra, Sqallija u Spanja: kollha fl-Ewropa imma dwn lil kaccaturi taghhom jistmawhom mhux ibikkuhom! Fortunatament jien komdu u niflah inhallas l-flus : imma ghallura dawkj li ma jistghux bghula?
nazzjonalist ta' qabel 1987
Posted at 20:04h, 02 Januaryforsi qadu jistennew il bajda taqa fhalqom, int mux laqwa li tista tmur int u bil kacca mux se titma lil uliedek u ghall kacca xorta tmur, ahsiba sew habieb
Spiro the dragon
Posted at 11:46h, 03 JanuaryNghid ghalija tista ma tezistix l kacca, pero jien min jien biex niddetta fuq l gosti ta haddiehor. L kacca ila tezisti min meta bdiet l ezistenza tal bniedem. nemmen li ghandu jkun hemm kontroll u guidelines bhal kull haga u delizju iehor. Tinsiex pero li din mhijiex kwistjoni ta kacca jew le, din intbghatet ittra iffirmata min prim ministru bhala garanzija li l kacca ma tintmesx.
Daqshekk fija piz kelma ta prim ministru?
din mhux bhal tax xiri taz zejt ta, ingibu skuza jew ikolna prova li ghola min barra.
Jista ikun li hemm kunflitt ta interess fid decizzjonijiet? min jirraprezenthom lil birdlife?
Ittradut.
Posted at 01:36h, 03 January@Nazzjonalist ta qabel 1987: V
Vera li ma tifhem xejn mill-kacca! Wara l-kacca -anke jekk ma naqbdu xejn- parti mit-delizzju nitkellmu fuq l-avventuri tal-imghoddi u ta issa, b’xi grokk jew flixkun birra. Din it-tip ta hajja issa spiccat ghaliha, u baqa biss it-tama li xi darba jisbhal jum gdid: imma mhux taht dak l-partit tieghi li jienm’ghadnix ngharaf! Darba tidhak biha gbin!
npiznog
Posted at 14:02h, 02 Januarystaqsi lil gonzipnnur dwar il kacca uinsib
MALTA ENTERPRISE
Posted at 14:01h, 02 Januaryjekk ma tohrog mal-labour nispera li tahdem mal-labour . hemm bzonn ta nies bhalek.
Demm Hamrani
Posted at 13:33h, 02 JanuaryNixtieq infakkar li meta Dr.Simon Busutill kien mal- MIC kien wieghjad lill-kaccaturi w nassaba li kacca w insieb mhux se jintmissu tghid issa li Simon qed jerga jfassal il-programm ta GonziPN se jerga jaghmel l-istess jew se jerga jithaq bil-kaccatui w nassaba specjalment bin-nassaba li kjunu jistaw jergaw jibdew jonsbu kif kienu jghamlu qabel ma Malta dahlet fli-E.U
Konfuz 2
Posted at 12:12h, 02 JanuaryFranco, Il-partit gdid tieghek se jippermetti kacca fir-rebbiegha please?
Zeppi
Posted at 13:35h, 02 JanuaryDawn affarijiet li tid tahdem fuqhom mhux la kemm tejdhom konfuz. Issa il ftira saret irridu naraw kif ha nohorgu minnha mil iktar fis possibli minghajr trouble. Jekk il partit il gdid ta Franco jippermetti xorta mhux bizzejjed ghax Malta ingassat ruha ma hafna regoli tal EU u issa tid thollhom kemm jista jkun malajr inkella alissa xejn ma ha jkolna lura. Difficli tajd kemm ha tkun difficli din il haga sakem ma tkunx involut mil bidu fdan is suggett. Simon Busutill sipost jaf x jien nghajd.
Demm Hamrani
Posted at 13:41h, 02 JanuaryLill- Simon trid issaqsi kif konna nsaqssuh meta hu w siehbu David Casa kienu mal- M.I.C kemm kienu jigdbulna w jghidu li- kacca w l-insieb se jibqaw kif kienu kemm kienaw li-belaw il-lixka
Kennies tat-triq
Posted at 14:16h, 02 January@ Konfuz 2 … alla hares … irridu aktar edukazzjoni lil min hu njorant (i.e. joqtol l-ghasafar) u minflok b’edukazzjoni jgharaf japprezza n-natura u jnaqqa l-egoizmu f’hajtu. Le ghal kacca u le ghal insib. Grazzi.
J.Farrugia
Posted at 16:47h, 02 JanuaryAw, kennies tat-triq…. GHaliex allahares? U xi dritt ghandek inti tghid li ahna il kaccaturi injoranti, Bir rispett kollhu habib nahseb illi l injorant huwa inti. Inti xi dritt ghandek tghid li ahna il kaccaturi u in nassaba injoranti? Jien nahseb li ahjar tihu naqra edukazzjoni u titghallem inti tapprezza l opinjoni ta haddiehor habib.
Jien nistaqsik mistoqsija habib. Inti x tiekol f hajtek? Jekk tiekol lahham jew tigieg jew hut, inti minghajr ma tkun taf tkun qed toqtol bhali u tigiex tghidli li differenti ghax il qtil kollhu qtil u toqodx idahhak in nies u tghid li ahna injoranti…. Mur sib hobby u toqodx tghid fuq in nies, Xomm taht idejk l ewwel siehbi.
Jekk tiekol haxix biss, haqek prosit u tista tmur ghand id dentist u taqla snienek kollha ghax mandekx x tambijhom biex tomod il haxix.
Grazzi..
kacca u insib ghal dejjem.
9 ta' Marzu
Posted at 19:12h, 02 JanuaryJien nahseb li l-maggoranza tal-kaccaturi u nassaba jkunu twieldu f’dan id-delizzju fil-familji taghhom. Min mhux kaccatur jew nassab bhali rridu nifmhu li mhux facli iccahhadhom minn dan id-delizzju li jkun ilu gej fil-familji taghhom. Irridu nifmuhom ghax kieku bhalhom konna naghmlu.
shady lady
Posted at 23:52h, 03 JanuaryProsit J.Farrugia. Min ma jifhimx jaqta’ figura ahjar meta jzomm halqu maghluq. Il-weġgha tal-kaccaturi u n-nassaba tinhass ukoll mill-familjari taghhom (jien wahda minnhom) u dan ma ninsewh qatt. Lil dawn il-kaccaturi u nassaba il-Gvern ġabhom qishom kriminali u biex jisparaw semplicement ghal gamiema sahansitra riedhom jibghatu SMS!!! Tista’ tirredikola passatemp aktar minn hekk??? Tal-misthija!
venator
Posted at 00:32h, 03 JanuaryKennies,
L-Injorant generalment ikun dak li jahseb li jaf hafna aktar minn haddiehor. Ghall-kuntrarju, jiena bhala kaccaturi inqis ruhi injurant ferm fuq certi aspetti u fl-injuranza tieghi nixtieq li kieku tedukani fuq certi aspetti li s’issa mhux familjari maghhom.
Halli niggwidak tghini daqsxejn fl-injoranza tieghi. Ma tithajjarx tilluminani fuq ir- rendikont finanzjarju ta’ certi ghaqdiet hekk imsejha ambjentali ghal li jista jkun?
Filwaqt li mhux ha ninzel fil-livell tieghek, ma tithajjarx tedukani u ttarrafli jekk certi ghaqdiet hux qed jippubblikaw l-audited accounts, jekk dawn hux qed jipprezentawhom lill-kummissarju pertinenti, kif ukoll jekk dawk l-accounts jinkludux l-introjtu u l-infiq kollu?
Forsi tithajjar tghidli galadarba jien bhala kaccatur daqshekk injorant; kemm mill-introjtu jkun gej minn donazzjonijiet u kemm minn fondi u minn liema sorsi, kif ukoll kif dawn il-fondi qeghdin sussegwentement jintefqu?
Nahseb li l-ewwel pass lejn l-edukazzjoni, fl-istat attwali ta’ njoranza perpetwa taghna lkoll, ghandu jkun li tilluminana ezattament ghal liema skop verament qed jitmexxew certi kampanji daqshekk horox kontra l-kacca f’Malta meta l-problema hija relattivament negligibbli.
Fl-ahharnett, int x’kontribut dirett tajt jew taghti lejn in-natura? F’imkejjen mhux daqshekk injoranti bhac-cirku limitat taghna l-kaccaturi, l-kontribut tieghek jigi klassifikat bhala semplicement “slaktivizmu”.
Mhux ahjar tkompli tiknes ghawwarek ghal taht it-tapit?
Brian Ellul
Posted at 17:19h, 02 JanuaryI think I lost touch after the holidays! Franco = new partit? Is it correct? Partit tal-clowns se jkun jismu?
PN, MPL, AD, CP (Clown Party)… Prosit, people have another choice now.
J. Mercieca
Posted at 19:53h, 02 JanuaryVojt!
SALVU
Posted at 19:56h, 02 JanuaryBrian
Mela kull min MA jaqbilx mieghek BUFFU .
Ma hemmx spazju ghal min jahseb barra ic cirku.
Spiro the dragon
Posted at 11:15h, 03 JanuaryProsit Brian. Huma nies bhalek li jikonfermaw li l PN qieghed hemm bi dritt, huma nies bhalek wkoll li qieghdin ibieghdu lin nies mil PN u huma nies bhalek li jkomplu jghatu l ispirtu lil franco biex jihu azzjoni.
T tghajjir u l insulti wisq probabli se tkun karettaristika ta dawn l elezzjonijiet u emminni nies bhalek se jgharqu l PN big time.
Taf xiex Brian, tivvota kif tivvota u tghid x tghid fil fond ta qalbek ma jistax ikun li ma taqbilx li dan l pajjiz kellu jibdel l principji u mhux l gebla tal parlament.
Dan l bniedem nissel t tama fil qalb tan nies, hemm min ma jasalx li jivvota lil franco anke jekk fil fond ta qalbu jixtieq hafna. l akbar glieda hija dik kontra l injoranza, u l injoranza mhijiex dik akademika imma dik spiritwali. fejnu l ispirtu li l maltin tant iggildu bih biex hadu d dinjita taghhom? Poplu misqi l velenu tal apatija u tal passivita, VERY SAD.
Habib temmen li l tendering jista isir b mod aktar trasparenti? jekk iva, tahseb li jirrizulta f anqas spejjes ghal kaxxa ta malta? jekk iva, tahseb li l labour ma ghandux ghalfejn jahseb min fejn se jrahhas d dawl u l ilma?
kull ma jrid dal pajjiz , trasparenza, accountability, nwetqu d dmirijiet u d doveri, Malta genna ta l art tkun.
MINSIJIN
Posted at 23:53h, 03 JanuaryKonfuz,
Galadarba sirna “Ewropej”, issa jkollna noqghodu ghar-regoli taghhom u tista tipprova iddahhaq u tigbed is-saqajn, ghax ikollna naghmlu li jghidulna minn Brussel!! Ahjar did-domanda staqsejta li Simon ‘Akwarju’ Busuttil…
Zeppi
Posted at 11:39h, 02 JanuaryIdea tajba hafna. Izda ghalkemm nemmen li tkun ideja tajba ma nistax nifhem kif tista twassal il messag lin nies li tant hemm bzonn ikunu jafu xhinti u tikteb u x inti tajd.
Nawguralek sena 2013 tkun hafna ahjar mis sena 2012.
Grazzi,
Zeppi
percita
Posted at 11:03h, 02 JanuaryDr. Franco, l’isbah xewqat f’din is-sena 2013 lilek u l-familjari tieghek u lill qarreja tal blog.
Nixtieq nifrahlek ta’ dan id-diskors tieghek fil parlament. Veru hsieb u jdea tajjba. Prosit tassew.
Ghadni ma nistax nifehm ghaliex gejt imwarrab mill partit Nazzjionalista!
L’ideat eccelenti tieghek kienu zgur ikabbru w isahhu l-PN.
Hasra li gara li gara.
In my opinion you are an ASSET and not a liability like some ministers who did not deliver the way they should. Pity!
Good luck Dr. Franco (FRandCo) even if you decide to resign from local politics.
Mario Theuma
Posted at 11:25h, 02 JanuaryPercita – Hajru johrog mal-Labour ( Il-partit tieghek ). Il- Hin kollhu tkesksuh imma ma triduhx maghkhom. TAJBA DIN JAHDEM GHALL-LASTA TRIDUH.
Kahlan konvint
Posted at 15:40h, 02 January@Percita
Franco Debono QATT ma gie mkecci mill-PN, QATT ma gie mghajjar traditur bhal ma ghamel Sant, u QATT ma kellu talba ta rizenja milqugha mill-PM.
Kif qallek Mario Theuma, tkomplix tkeskes kif tafu taghmlu tant tajjeb il-labour!
Franco kellu ideat validi hafna, imma uza metodi zbaljati hafna…. u precipituzi. Ipprova jikkmanda lill-PM, ivvota mal-labour u dan qatt ma seta jigi accettat, tajbin kemm huma tajbin l-ideat. Jien qatt mhu se nazzarda nidhol fl-officcju tal boss tieghi u nikkmandah x’ghandu jaghmel fil-kumpanija fejn nahdem.
Insomma issa nharsu il-quddiem……
Franco, nixtieq sena gdida mimlija sahha, u paci lilek u lill-familja tieghek.
Franco Debono
Posted at 18:29h, 02 Januaryil-kumpanija fejn kont nahdem jien, biex nzomm l-istess metafora ma kienetx wahda privata izda accountablelejn il-poplu kif rapprezentat fil parlament
waqt li int qed tibgaht dan il-kumment zomm f’mohhok li austin gatt ghadu ministru
blue titanium soldier
Posted at 19:53h, 02 JanuaryAUSTIN GATT adu ministru habba fik dottore u ghax hallejtu int u zgur mhux ghax riedu il poplu. ahna ilkol nafu li austin huwa irrelevanti biss int hallejtu igawdi. ic cans hemm adu jekk trid tidkellem bis serjeta
Spiro the dragon
Posted at 14:23h, 03 JanuaryBlue Titanium
Spjegali x kien jigri kieku rrizenja Austin? meta l prim riedu jmexxilu l kampanja elettorali u hekk qieghed jghamel u jekk ma jsirx tindifa mil qiegh, hekk se jibqa jghamel. Dawwar ruhu b nies artificlali u opportunisti
percita
Posted at 18:53h, 02 JanuarySur Kahlan konvint, jiena minniex laborist, kif tiga ghad I’ll sur Theuma.
Jien nitkellem ma partitarji nazzjonalisti….traditur forsi qatt ma qalu fil publiku ghax ma jaqbilhomx, imma kliem iehor qalu sur Kahlan konvint, forsi int wiehed minnhom. Min jaf!
Il-kumplament tal festi t-tajba.
J’alla jekk il-PN jitlef il-poter ma jehielx Dr. Franco…….il-hmar iwahhal f’dembu!
Janice Mercieca
Posted at 20:30h, 02 JanuaryHekk jonqos! Jitlef il-PN u jwahhlu fi Franco. Ilhom li qabdu t-triq ghan-nizla minn qabel ma Franco beda jikkritika. Infakkar li Franco qabad jwissi certi affarijiet minn wara t-telfa tal-PN fl-elezzjoni tal-MEPs b’hafna eluf ta’ voti!
percita
Posted at 19:05h, 02 JanuaryKahlan konvint, ghaliex tahseb li Dr. Gonzi m’accetax ir-rezenja ta’ Dr. Debono?
Tajd ghax ihobbu?
Jew ghax meta setax jaghmel mod iehor?
X’kien jigri kieku……..wara JPO r-rezenja?
Ma kienx ir-ressaq il-baget ghax il-gvern kien jitlef il-maggoranza.
SALVU
Posted at 19:35h, 02 JanuaryKAHLAN
Opinjoni ma taghmlikx laburist jew nazzjonalist.
Dott Debono gie imcahhad li johrog ghal elezzjoni jekk int membru u ma tistax tikkontesta ghalija daqs tkeccija tfisser.
Bhall dak li qallu tghidlu [Ma tiswa ghalxejn] jew bil pulit irrelevanti mhux taghajjir.
J. Mercieca
Posted at 20:06h, 02 JanuaryKahlan Kovint
Hemm differenza bejn boss u leader, tafx! Gonzi mhuwix il-boss, Gonzi huwa leader li jirraprezenta lil Malta. Kieku Gonzi boss, kieku dittatur. Stenn, tassew Gonzi ddegenera minn leader tal-pajjiz ghal ditattur ta’ pajjiz, dak li jiddetta ghandu jsir u ma tistax tmur kontrih. U l-mentalita` dahlet fostkom u ghadek ma tafx kemm hi perikoluza. Gonzi qieghed hemm biex jisma’ minna l-poplu, u r-rapprezentati tal-poplu SUPPOST iwasslulna lehinna, fil-Parlament. Sfortunatament il-parlament sar meqjus organizzazzjoni b’boss… Debono ghamel il-sewwa, wassal il-hanqa tal-poplu. U kellu kull dmir li jaghmlu u mhux joqghod ghal li jghidlu dak li ddegenera minn leader ghal dittatur.
J. Mercieca
Posted at 20:10h, 02 JanuaryIvvota ghan-nies, mhux mal-Labour. Malti mhijiex il-PN jew il-PL, Malta hija l-poplu. Ivvota bhala rapprezentat tal-poplu, mhux bhala PN mal-PL. Din il-mentalita` hija rizultat tat-two party system li Franco ilu jitkellem dwarha, li tinsab biss f’Malta mill-Ewropa kollha. Fejn jaqbillhom il-PN ma jridux ikunu bhal kumplament. Fejn jaqbilhom.
Janice Mercieca
Posted at 20:17h, 02 January*Malta…
Jekk hemm xi zballji ghax qed nikteb bl-ghaggla, jiddispjacini.
U deherli nidher b’ismi in full, daqshekk ikkumentajt bhala J. Mercieca.
9 ta' Marzu
Posted at 10:32h, 02 JanuaryMid-dehra kollox waqa’ fuq widnejn torox!
J. Mercieca
Posted at 01:55h, 02 JanuaryInteressanti, prosit.