Proposti tieghi dwar l-insib (diskors parlament 27 ta marzu 2012)

Proposti tieghi dwar l-insib (diskors parlament 27 ta marzu 2012)

Diskors Parlamentari tal-Onorevoli Franco Debono B.A., LL.D., M.P. dwar id-delizzju tal-Insib

Diskors tal-Onorevoli Franco Debono B.A., LL.D., M.P. fil-Parlament nhar is-27 ta’ Marzu 2012 dwar proposti ghal-soluzzjoni vijabbli tal-kontroversja dwar l-insib ghall-ghasafar tal-ghana, fejn jindika illi l-interess suprem ghandu dejjem ikun ir-rispett lejn l-ambjent, u juri sistema vijabbli kif d-delizzju tal-insib u l-harsien ambjentali mhux talli jisrtghu imorru flimkien talli jistgu isahhu lil xulxin.

Jsemmi wkoll kif dan id-delizzju popolari f’Malta nqata minhabba n-nuqqas tal-Gvern li jzomm Capture Breeding programme u peress illi din il-materja giet mhollija f’idejn persuna li ftit ghandhom esperjenza diretta tad-delizzju tal-insib.

L-Onorevoli Franco Debono jindika b’mod konkret illi d-delizzju tal-insib jista jkun prattikat id f’id mal-harsien tal-ambjent u r-ricerka dwar il-migrazzjoni tal-aghsafar.

Minkejja illi kien ilu snin jaghmel dawn il-proposti il-Gvern ma tax ebda widen.

MR SPEAKER:  Grazzi.  Rimarki?  L-Onor. Franco Debono.

ONOR. FRANCO DEBONO:  Sur President,  fil-parti sostanzjali tad-diskors tiegħi xtaqt nitkellem dwar il-kwestjoni tal-kaċċa u l-insib.  Din hija kwestjoni li minn żmien għal żmien tqum f’dan il-pajjiż u naħseb li issa ilna għaxar snin għaddejjin b’kontroversja kontinwa.  Jien nemmen li forsi din kienet indirizzata minn nies li lanqas għandhom l-iċken ħjiel jew m’għandhomx idea u esperjenza biżżejjed f’dan il-qasam.  Dawn ma jilbsux iż-żarbun ta’ dawn id-dilettanti li jmorru għal kaċċa jew għall-insb – jien se nitkellem aktar fuq l-insib – u ma jifhmux x’jiġifieri li tqum filgħodu, tarah jisbaħ fir-raba’ b’dik ir-riħa tal-ħarrub u l-għasafar jgħannu! 

Trid tifhem dawn l-esperjenzi u n-namur tan-nassaba!  Se nibda biex ngħid li l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u r-rispett lejn l-ambjent għandu jkollhom l-interess suprem.  Minn hemm irridu nibdew.  Jien nieħu gost li l-Ministru attwali dwar l-ambjent, il-Minsitru de Marco, wera interess fil-proposta li ssuġġerejt u li se nerġa’ nissuġġerixxi, forsi fi ftit aktar dettall.  Wera wkoll ċerta ħeġġa li tiġi indirizzata.  Inkunu qed nonqsu jekk f’pajjiżna hemm delizzju li jista’ jsir b’mod sostenibbli u b’mod li jirrispetta l-ambjent u d-dilettant ma jkunx jista’ jeżerċita dan id-delizju.   Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq is-Sur Richard Cachia Caruana li kont kellimtu xi xhur ilu, jekk mhux snin, dwar is-suġġett tal-insib għax b’xi mod kien responsabbli jew għallinqas indirizza dan is-suġġett.  

Sur President, nerġa’ mmur lura għas-suġġett tal-insib.  Naħseb li l-FKNK u l-BirdLife hemm bżonn jirrealizzaw li jekk jingħaqdu flimkien ikun ta’ ġid għat-tnejn li huma.  Dan ikun ta’ ġid għal kulħadd u anke għall-ambjent innifsu.  Jien appassjonat kbir tal-għasafar.  Minn dejjem hekk kont.  Jien breeder tal-għasafar kemm tal-għana kif ukoll ta’ għasafar oħrajn u għadni nrabbi sal-lum.  Allura dan huwa suġġett li jinteressani ħafna.  Dejjem ħadt interess fih u umilment se nagħmel diversi proposti li naħseb li jistgħu jkunu ċ-ċavetta għall-eventwali soluzzjoni ta’ għaxar snin, jekk mhux aktar, ta’ kontroversja dwar dan is-suġġett.   F’pajjiżna naħseb li hawn entużjażmu sostanzjali dwar dan is-suġġett.  Hawn eluf ta’ appassjonati u dilettanti tal-insib li jħobbu l-għasafar u jkunu jafuhom individwalment. 

Il-fenomenju tal-migrazzjoni tal-għasafar huwa fenomenu li minn dejjem interessa, saħħar u affaxxina lill-bniedem u sal-lum għadu mhux biżżejjed mifhum u sal-lum għadha ssir riċerka estensiva dwaru.  Hija affaxxinanti kif għasfur żgħir jitlaq mill-Ewropa ta’ Fuq biex imur l-Afrika, jiffaċċja l-elementi, jiffaċċja temp avvers u jasal u mbagħad jerġa’ jagħmel il-vjaġġ lura fis-sajf.  Hija xi ħaġa li dejjem taffaxxinani.  Madankollu għad m’hemmx soluzzjonijiet u risposti li huma definittivi.   Sur President, irrid nerġa’ ngħid li hawnhekk l-interess prinċipali huwa li jkun salvagwardat l-ambjent u għalhekk kien tajjeb li fis-snin li għaddew il-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ din il-prattika żdiedet.  Huwa tajjeb li dan ikun regolat. 

L-għaqdiet li jirrappreżentaw lin-nassaba nfushom għandhom japprezzaw li jridu jirrispettaw l-ambjent.  L-ambjent mhuwiex riżorsa infinta u allura jien issuġġerejt, u se nerġa’ nissuġġerixxi, li jsir ċentru ta’ studju u riċerka dwar il-migrazzjoni tal-għasafar. 

Possibbilment nistgħu anke nagħmlu proposta għal fondi mill-Unjoni Ewropea jew għal dan l-organu jew għal proġett simili, fejn l-enfasi prinċipali għandha tkun fuq is-sostenibbiltà, ir-rispett ambjentali u l-konservazzjoni.  Minn hemmhekk irridu nibdew.  Madankollu jekk imbagħad f’pajjiżna hawn ħafna entużjażmu għal dan id-delizju, il-ħsieb tiegħi huwa li dak l-entużjażmu minflok toħonqu u tħares lejh b’mod negattiv tutilizzah għal fini ta’ din ir-riċerka.   Sur President, issa se nsemmi punt ieħor li fil-prattika diġà ħdimt fuqu bħala Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.  Jien ħdimt fuq proġett sabiex nintroduċu mill-ġdid il-barbaġan fis-selvaġġ.  Dan kien ibejjet hawn Malta sa 30 sena ilu iżda nqered bl-attività tal-bniedem. 

Jien ġibt flimkien lill-FKNK, il-WasteServ u anke lill-MEPA – sfortunatmaent sibna ftit prokrastinazzjoni min-naħa tal-MEPA – sabiex dan l-għasfur li kien ibejjet Malta nerġgħu nintroduċuh fis-selvaġġ.  Allura filwaqt li nħarsu l-bilanċ fl-ekosistemi, għalkemm kif qed ngħid il-barbaġann u xi tjur oħra u għasafar oħra diġà kienu jbejtu Malta iżda ma baqgħux għax ġew sterminati mill-attività tal-bniedem, huwa importanti li ngħatu lura lin-natura dak li qridna aħna stess.  Il-barbaġan huwa breeder prolifiku.  F’Malta hawn ħafna dilettanti tal-għasafar li jnisslu l-barbaġan u allura għal xiex m’għandniex nirrestitwuhom lin-natura minn fejn kien il-bniedem stess li qeridhom.  Fil-fatt ġie mwaqqaf ukoll steering committee, li jien kont iċ-Chairman tiegħu, biex jara r-riintroduzzjoni tal-barbaġan fis-selvaġġ.  Dan seta’ kien proġett pilota li jintuża fi speċi oħra. 

 Għalhekk, apparti ċ-ċentru ta’ studju ta’ riċerka dwar il-migrazzjoni tal-għasafar li ssuġġerejt, dan huwa t-tieni proġett ta’ natura ambjentali li qed nissuġġerixxi f’dan il-kontest ta’ soluzzjoni għal din il-kontroversja li ilha sejra s-snin dwar l-insib.   It-tielet punt huwa li jrid jiġi mtejjeb il-Capture Breeding Programme li diġà huwa eżistenti u li jista’ jkollu rilevanza kbira għall-eventwali deroga dwar l-insib.  Informat li l-Belġju kellhom kwestjoni simili dwar l-insib u kien hemm xi ħaġa identika.  Il-verità hija li f’dan il-Capture Breeding Programme li kien l-Għammieri – dan mort inżuru ftit tax-xhur ilu – kulma kien hemm kien 40 għasfur. 

Illum ma nafx kemm hemm għax ili ftit ma mmur però għamilt mistoqsija parlamentari biex inkun naf kemm hemm għasafar.  Madankollu ma nistennewx deroga dwar l-insib għax il-Gvern kellu l-obbligu li jwaqqaf Captive Breeding Programme li jiddispjaċini ngħid li sa ftit xhur ilu dan kien għadu ma twaqqafx.  Ma nistgħux nistennew li l-Unjoni Ewropea tagħtina deroga tal-insib jekk m’aħniex qed nagħmlu l-parti tagħna.  Importanti ħafna mbagħad li fil-Captive Breeding Programme d-deroga eventwali tal-insib tingħata sabiex il-genetic pool ta’ dawk l-għasafar li jitnisslu fil-magħluq tibqa’ b’saħħitha. Sur President, jien se mmur pass oltre. 

Jien ngħid li l-Captive Breeding Programme jista’ jsir ukoll f’partnership mal-privat, ma’ dawk in-nassaba u ma’ dawk il-breeders, li jkollhom il-premises tagħhom ċertifikati ta’ livell għoli u adegwat.  Dan jista’ jsir ukoll ma’ rappreżentanti kemm tal-BirdLife kif ukoll tla-FKNK jew ta’ xi organu ieħor determinat mill-Gvern.  B’hekk il-Captive Breeding Programme ma jkunx biss tal-Gvern imma anke tal-Privat u jsir b’mod professjonali skont l-istandards u s-safeguards li jiġu imposti mill-Gvern stess u mill-Unjoni Ewropea.  Però jekk mhux se jkollna dan il-Captive Breeding Programme in place wisq nibża’ li lanqas ir-radd tas-salib ma jkollna fuq din id-deroga.  

 Ir-raba’ punt huwa li tiġi esplorata regolamentazzjoni aħjar dwar l-attività tal-bird ringing.  Jiġifieri li wieħed jaqbad għasfur, ilibbisslu ċ-ċurkett u jerġa’ jitilqu fis-selvaġġ b’mod li dan l-għasfur ikun jista’ jinqabad f’pajjiż ieħor u jkun jista’ jiġi studjat bħal pereżempju kemm għex, kemm vjaġġa, kemm żmien eċċ.  Din l-attività tal-bird ringing tgħin ħafna fl-istudju u fir-riċerka – u dan ngħaqdu mal-ewwel punt li għamilt – tal-migrazzjoni tal-għasafar.   Il-ħames punt huwa li jsir l-aħjar użu tar-riżervi naturali fosthom tar-Riżerva tal-Għadira.  Naħseb – u ngħidha b’ċerta responsabbiltà – li min jieħu ħsieb ir-Riżerva tal-Għadira għamel biċċa xogħol tajba.  Pajjiżna huwa żgħir u din hija riżerva importanti ħafna.  Din hija kkurata tajjeb però naħseb li nistgħu mmorru pass oltre u allura filwaqt li niġi għas-sitt punt ngħid li din ir-riżerva forsi wieħed jista’ jutilizzaha aħjar billi jikkonsidra xi tip ta’ proġetti fejn l-għan aħħari jkun li jkollna viable colonies ta’ għasafar tal-għana.  

Sur President, l-għasafar tal-għana, bħal ġojjin, l-isponsun, il-verdun u l-gardell, minn żmien għal żmien ġieli jbjetu Malta.  Għaldaqstant xhur ilu jien għaddejt lill-Prim Ministru pjan dettaljat ta’ kif filwaqt li nħarsu l-bilanċ tal-ekosistemi, f’pajjiżna nistgħu nipprovaw nistabbilixxu viable colonies ta’ dawn l-għasafar.  Fl-aħħar mill-aħħar jekk dilettant imur Sqallija pereżempju, fil-ġonna se jisma’ lil dawn l-għasafar tal-għana jgħannu, jarahom itiru u allura wieħed irid jifhem li ħafna minn dan l-entużjażmu huwa dovut għall-fatt li dawn l-għasafar huma skarsi.  Pereżempju huwa diffiċli ħafna li wieħed jisma’ xi verdun jgħanni jekk ma jkunx għandu f’gabjetta.  Madankollu li nistabbilixxu dawn il-viable colonies, jiġifieri għasafar tal-għana li eventwalment mhux biss jgħaddu minn fuqna u jibqgħu sejrin imma jlissnu ġewwa Malta wkoll, kif diġà għedt, hija miżura b’rilevanza ambjentali kbira. 

Dan qed ngħidu għax minn dak li semmejt wieħed jinduna li għandek ħames jew sitt proġetti ta’ rilevanza ambjentalment pożittiva fejn minflok noħonqu l-interess ta’ dan in-nassab li se jikkontribwixxi għal Capture Breeding Programme u li forsi se jkun qed jipparteċipa wkoll fil-programm ta’ bird ringing, nutilizzaw l-entużjażmu tiegħu għal skopijiet ambjentali.   Sur President, jien m’għandix is-soluzzjoni għal kollox però bl-akbar umiltà qed inressaq ’il quddiem dawn il-ħames jew sitt ideat li naħseb jistgħu jservu ta’ bażi għall-eventwali soluzzjoni ta’ din il-kontroversja li ilha magħna snin.  Sfortunatament tara nies dilettanti li jkollhom ċerta frustrazzjoni. 

Fit-Treaty of Accession Malta nnegozjat mal-Unjoni Ewropea l-possibbiltà ta’ deroga.  Issa ġej l-istaġun tal-gamiem u s-summien – is-summiena hija a prolific breeder – u hawnhekk ukoll wieħed jista’ jikkonsidra b’mod xjentifiku r-riintroduzzjoni tas-summien li jkun imbrobbi mhux fis-selvaġġ imbagħad rintrodott fis-selvaġġ so that one replenishes existing stocks.  Dik hija idea li wieħed jista’ janalizza.  Ovvjament dan taħt kondizzjonijiet rigorużi għax wieħed irid jara l-genetic pool kif ukoll il-bilanċ tal-ekosistemi. 

Però jidhirli li ma esplorajna l-ebda waħda minn dawn l-ideat li semmejt.  Naħseb li din tista’ sservi bħala bażi għall-eventwali soluzzjoni ta’ din il-kontroversja.   Sur President, biex nikkonkludi din il-parti qabel ma ngħaddi għal suġġett ieħor li se nitkellem dwaru fil-qosor irrid ngħid li huwa importanti li l-interess suprem dejjem ikun ir-rispett tal-ambjent u l-gwarniċ ta’ din l-istampa kollha għandu jkun kampanja edukattiva kbira ta’ rispett lejn il-ħolqien kollu.  Aħna bħala bnedmin m’għandniex monopolju fuq il-ħolqien imma għandna nieħdu ħsiebu u ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna jekk jista’ jkun fi stat aħjar milli sibnieh. 

Ejja nanalizzaw u ejja nsibu konverġenza bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett li ħafna drabi kien kontroversja politika u naħseb li m’għandniex nibqgħu sejrin hekk.

Onorevoli Franco Debono

27 ta’ Marzu 2012

Il-Parlament ta’ Malta

 

www.francodebono.com                               999 888 77                                             [email protected]

 

54 Comments
  • RAYMOND SCHEMBRI
    Posted at 14:13h, 08 September

    Franco l-ewwel nett grazzi tal-pressjoni li ghamilt biex lill dawk li serquli 4 snin tad-dellizju li huwa tant ghal-qalbi L-INSIB forsi xi darba jifthu mohhom. Jien twellid go familja tat-tnax li anke wahda min-huti il-bniet hija nassaba tajba. Dan id-dellizju qieghed go demna u wara li gie imcahhad lili minn dawn it-talin li ma jifhmu f’xejn jien bdejt imbati b’kundizjoni. B’kundizjoni li mhux nista nahfer lil minn jahti kif gib u lahhaq. Ghax jekk jajru lill haddiehor fl-imghodi bil-vjolenza din hija vjolenza ukoll.
    Ahna li issa ahna membri tal- EU ghanda dritt daqs kull cittadin iehor fl-ewropa bhal pajjizi li jippratikaw dan id-dellizju. Jew ahna tat-tieni klassi?
    Dan id-diskors li int ghamilt fil-parlament f’marzu li ghadda qed narah ghal l-ewwel darba il-lum, qed niehu pjacir li hemm xi hadd iehor ma li diga hemm qed jifimna. Qed nammirak ghal gazz li ghandek il-lum Mhux biss fuq id-dellizju li ghanda jien u int imma x’qed jolqot lin-nies il-lum. Franco, jien u int ghanda xi haga komuni it-tnejn bin il-haddiem, dejjem ftakkar min fejn tlaqt u mhux bhal haddiehor li sab is-sodda mifruxa u lesta. Dak li ghanda ghamilnih bi bzulija u mhux sibnieh lest. Alla jzomm idejh fuqek. Grazzi tal-hin li hatlek.

  • Clayton Borg
    Posted at 11:50h, 05 September

    Dr. Franco Debono,

    Jien kont PN meta kont zghir ghax il-familja kienet hemm imma meta kbirt ftit u wasalna ghal bicca tal- EU ftaht mohhi u rajt li lili bhala kaccatur u nassab ma kinietx ser tolqotni sewwa.

    Dr Debono, jien lilek nammirrak hafna ghax dak li hu iswed tghidlu iswed u dak li hu abjad tghidlu abjad.

    Nigu ghall-artiklu t’hawn fuq jien nemmen li hemm min fejn wiehed jaghddi u tinhadem deroga specjali ghal pajjiz partikolari bhal Malta. U li kieku jkun hemm persuna determinata bhalek li veru jrid isalva din it-tradizjoni, jien nemmen li jirnexxilu.

    Dr Debono, taqtax qalbek il-ftit li fadallhom hemm fuq dawn, la ma jridukx ghax toqrosom ghax tghidilhom li qeghdin hazin, hallijom ha javgu, ibqa cert imma li din id-darba tisbita kbira ser jihdu.

    • kukku my friend
      Posted at 16:43h, 05 September

      Ma stajtx tghid ahjar minn hekk Clayton. Sfortunatament, taht dan il-gvern dejjem instemghet naha wahda tal-qanpiena; dik tal-Birdlife Malta u shabhom dejjem ghatxana ghall-fondi.

      Minkejja daqstant tentattivi mill-FKNK biex jinstabu soluzzjonijiet ekwi u xierqa kemm rigward kacca fir-rebbiegha ghall-gamiema u s-summiena kif ukoll insib sostenibbli, tal-Birdlife Malta dejjem raw kif ghamlu biex ixekklu kwalunkwe process.

      L-istess jista jintqal kemm fuq rilaxx u rintroduzzjoni ta’ speci estinti lokalment, kemm fuq rilaxx ta’ speci kaccabbli bhala mizura ta’ kumpens, kemm fuq qbid u rilaxx ta’ speci ta’ ghasafar tal-ghana. U tant argumenti ohra bhat-talba ghall-eskluzjoni tal-kaccaturi mill-Mizieb wara tant sagrificcji, talbiet ghal stagunin dejjem aktar ristretti u redikoli etc etc.

      Sibna ukoll xkiel insormontabbli ghat-talbiet minn naha taghna fejn jirrigwarda fondi mill-Unjoni Ewropeja bi skop kemm ta’ ri-introduzzjoni kif ukoll ta’ rigenerazzjoni. U dan il-Gvern minghajr lanqas biss id wahda dghajfa ahseb w’ara par idejn sodi sostna tali xkiel fil-konfront taghna filwaqt li acceda ghat-talbiet frivoli tan-naha l-ohra.

      Ghalhekk ma flahtx nara l-post mnawwra b’gideb sfaccat u nofs veritajiet tal-pruzuntuz hawn taht bin-nickname poplu malti. Ara naqra xi pruzunzjoni u x’aspetattivi. Issa jippretendu li jestendu l-id u din tintlaqa ghax ic-cirkostanzi jistghu jinbidlu u jistghu jitilfu l-pussess u d-dominju assolut fuq il-process tat-tehid tad-decizjonijiet kemm lokali kif ukoll fuq livell supra-nazzjonali.

      Issa tard wisq u z-zejza daqt tinbelaq u tixraf.

      Tislijiet

  • George Cutajar for PN Candidate
    Posted at 09:36h, 05 September

    Irridu lil dr cutajar jkun kandidat- ragel serju u ta’ l-azzar

    • Grilled Angus Beef
      Posted at 14:41h, 05 September

      ghajjjjjjma hej- sieheb Zaren Vassallo flimkien ma Joe Saliba. Vera taf xi tghid habieb. Ragel serju u ta l’azzar. ommi ma kemm vera ma taghfux.

  • Josephine
    Posted at 08:53h, 05 September

    Onor. Dr. Debono,

    ippermettili nikkumenta fuq il-blog tieghek fuq suggett naqra differenti pero’ nahseb li huwa ta’ interess generali…

    dalghodu fuq il-facebook Hermann Schiavone kiteb dan il-kumment, kwotat kelma b’kelma

    Herman Schiavone: “Bongu hbieb. Dalghodu qomna b’ahbar tajba. Moody’s hija agenzija internazzjonali li taghmel gudizzju fuq l-andament tal-ekonomiji madwar id-dinja. Moody’s jzommu l-istess rating ghal Malta u jfahhru l-Gvern Malti li minkejja l-krizi li qed tolqot l-Ewropa u d-dinja rnexxilu jikkontrolla anzi jnaqqas id-deficit fiskali ta’ pajjizna. Hbieb xejn ma jigi b’kumbinazzjoni. Minkejja l-problemi kollha, pajjizna qieghed tabilhaqq f’par idejn sodi”

    Jiena mill-ewwel ikkoregejtu u ghidtlu li qed jghid il-hmerijiet ghax il-Moodys ma qalux dan id-diskors li ivvinta hu!!! tlabtu jghid minn fejn gab dan id-diskors u biex jikkwota ezatt is-sors tieghu… imma hu naqas milli jaghmel dan u minfuq ara x’qalli (kelma b’kelma) –

    Herman Schiavone : “Josephine… Is-sors tieghi huwa l-istess rapport ta’ Moody’s. Fl-istess waqt li qed jaghtu a general negative outlook fuq il-Eurozone , fil-parti dwar Malta jghidu li l-Gvern Malti irnexxilu b’success inaqqas id-deficit. Naturalment minn ghandu mohh jifhem li dan hu rapport pozittiv ghal Malta.”

    ovvjament jispikka l-mod kif prova jghaddini ta’ injuranta u li jiena m’ghandix mohh biex nifhem u ghalhekk kelli nikkwotalu r-rapport ta’ Moody’s jiena….

    Josephine Borg: “Ha nikkwotalek jien mela la inti ma tafx minn fejn se taqbad tkompli tivvinta – New York, September 04, 2012 — Moody’s Investors Service has today affirmed Malta’s A3 government bond rating. The outlook remains negative. Moody’s notes the continued presence of significant macroeconomic and fiscal downside risks. Further plans for fiscal consolidation target a deficit of 2.2% of GDP in 2012 and 1.8% in 2013. The consolidation strategy is mostly underpinned by additional revenue raising measures, and appears to be optimistic given the weaker economic environment at home and abroad, additional expenditure related to the restructuring of Air Malta, utility subsidies and the current stage of the political cycle, with the deficit traditionally widening in pre-election periods.”

    u komplejt nghidlu…

    Josephine Borg : “u mela nahseb li issa nista nghidlek facilment li la ghajjartni li jiena m’ghandix mohh biex nahseb inti mohhok jahseb li kullhadd huwa injurant iktar minnek…. meta fil-verita nizgurak li l-poplu mhux cuc daqs kemm tahsbu inti! – ha taghmillu hafna gid lil pn jekk titla!!”

    Ma nistax nifhem ghaliex minfuq li urejtu li ghandu zball beda jinsinwa li jiena, ghax qed nurih li qed jigdeb b’mod sfaccat, m’ghandix mohh biex nahseb, zgur li dan huwa sinjal ta’ Arroganza kbira. Jiena sfidajt lil Hermann Schiavone biex jikkwota ezatt mir-rapport ta’ moody’s minn fejn gab din l-informazzjoni imma baqa ma tkellem xejn!!!!

    ARROGANZA PESSMA

  • Sander
    Posted at 00:17h, 05 September

    Apparently DCG is more busy with this blog than with hers!

  • GD
    Posted at 00:17h, 05 September

    Dr Debono, ma jigikx f rasek issaqsi il ghala il professur Brincat dam jahsibha HMISTAX IL SENA (JEW AKTAR) qabel ma hareg dik li stqarrijja re l imwiet mil chemotherapy toxicity f’ Ghawdex?

    • Franco Debono
      Posted at 08:33h, 05 September

      @ gd :
      milli fhimt hu semma x’kien gara qabel biex jaghti parri lil ministru biex ma jergax jirrepeti ruhu dk li gara

  • bulldog
    Posted at 22:31h, 04 September

    Franco nerga nistaqsiek jew insostni taqbel mieghi li min ghamel il-hnizrijiet ta ghemili jigi ggudikat? Taqbel li min ha responsabilita ghal haddiehor fejn int stjanejt u darba ohra vvutajt kontra il Gvern ghandu jerfa r-responsabilta u jiehu li haqqu meta jigi ggudikat. Ikun zball jekk jitla gvern Laburista l-Poplu jhalllas ghal dak l-isfregju li sar dawn l-ahhar snin, ihallas min nefaq u sparpalja bla razan ghal butu. Ghax jekk int vera Malta l-ewwel mhux il Partit imissek tirrispondi ghal din id-domanda. Taqbel jew ma taqbilx min assuma reponsabilita tal porkerijji li saru bhal dik tal parlament gdid li , inti kont kontra taghha, bhal BWSC ?
    Dik biss nistaqsiek,jekk tirrispondini fl-affermattiv jien inqies li, int politikant genwin.

  • ex PNazzjonalist
    Posted at 21:22h, 04 September

    Mela kien hemm soluzzjoni ghal-kacca u insib?
    Min jaf kemm kien hawn nies mardu ghaliex ma setghux jonsbu u jikkacjaw?
    Il-kandidati tal-Gonzi PN ghandhom il-wicc ihabtulna il-bibien?

  • tas-south
    Posted at 21:14h, 04 September

    Int biss kont l-unika MP li ghamilt il-propsti? Hemm min ghamel proposti gew diskussi u ma ghaddews. Dik id-demokrazija. HAdd ma jmur idoqq trombi jew jimponi lilu nnifsu fuq haddiehor. It-tfal jaghmlu hekk!

    • Franco Debono
      Posted at 21:19h, 04 September

      @tas-south :

      ghandek hila taghmel lista tal-proposti validfi kollha li hrigt bihom jien u tindika wkoll dawk li diga gew implimentati grazzi gahl inizjattivi tieghi?

      • Angus Black
        Posted at 19:49h, 06 September

        Int min Hal Ghaxaq?

        Jghidu li ta l-Isla ta cacu (fanfaruni)!

        • Fleur
          Posted at 22:13h, 06 September

          Black…….int minfejn?

          Minfejn tal mahruqin?

  • Il Poplu Malti
    Posted at 20:59h, 04 September

    Dr.Franco Debono, a very interesting speech indeed. I have highlighted many of these points in an earlier contribution to another post of yours.
    If I may, I would like to make the following observations:
    Congratulations on your effort to re-introduce the Barn Owl on our islands. All of us, the Maltese Population, deserve to observe a wild owl in our home land with the need to resort to a TV or go abroad. However, as is standard in such re-introductions, you should have included Birdlife as well. If a wild bird is to be introduced, an Ornithological Society should be part of the team. I do agree that you have included FKNK, as without their support and co-operation such a project would be doomed. I know you are a lawyer (and apparently a good one, from what I hear) and wisely choose your words, however the plain truth is that the only human activity that exterminated the Barn Owl is HUNTING, no more, no less.
    As you rightly pointed out, this could be used as a pilot project for other re-introductions. However, it is not required for migrant birds, like finches and kestrels, but for sedentary birds like the Jackdaw. Migrant species will re-establish themselves, if given the chance. Illegal trapping and hunting should be abolished for this to occur.
    I do not have any knowledge of the captive breeding program being carried out by the government. However, I do know that the FKNK wanted it to fail miserably, so that there will be no viable alternative (they think, without knowing that this viable alternative works in all other European countries), and so request a derogation because of this. They have clearly stated publically that ‘in-nassab jonsob irid’, and that breeding and trapping are completely different.
    I do agree on your scientific ringing suggestion. Here, again, FKNK failed miserably. When there was Birdlife’s EU Life+, they boycotted the project immediately, because they just wanted trapping to continue as it is. With this attitude, ringing has no future. Also, as a beginning, owning a finch without a closed ring has to become an offence punishable by very heavy fines. Also, it should be clearly understood that no live decoys can ever be used, be it closed ring or of a wild origin.
    Ghadira (and also Simar) nature reserves are very well managed, as you correctly pointed out. However, they are wetlands and do not offer the ideal habitat for finches. I do agree that more can be done. Precisely they should be made larger so that rare species that breed there, like Little Ringed Plover, Little Grebe, Little Bittern, Coot, Reed Warbler, Black Winged Stilts and Moorhen become more abundant. This would also encourage new species to breed. Finally, such a project should include a hide at each reserve that is accessible to one and all, 24/7.

    • Venator ac viperae
      Posted at 16:07h, 05 September

      You do not represent the Maltese Nation, “Serp velenuz f’nofs il-Poplu Malti” or the opinion of the majority. So your specific choice of that nickname for this particular blog post shows the typical anti-hunting faction’s sheer arrogance and misconceived pretences.

      And that’s irrespective of the fact that only a handful of likewise crocodile tear shedders (in Maltese known as BIKKEJJA and PCIELAQ) share your opinion. You bunch of spoiled brats are perpetually after nothing more than the funds’ (local, networked and EU) gravy train. And to that ultimate objective, the end justifies any and all the means.

      If there is any non-entity which has failed miserably then it has to be your beloved BirdlifA Malta and the allied sCABS and whilst I can list their multitude of despicable and condemnable shortcomings, you simply don’t deserve any further attention.

      In this regard I wish to part you with just this,
      i. you either do not know the facts
      or
      ii. you are purposely thwarting the facts as they truly occurred.

      In either case it simply proves why any further redress is particularly unwarranted in your specific regards and more so for attempting to pass for a decent opinion what essentially is but the passing of body gas better known as a fart.

      So whilst you may further on with your theft of precious oxygen to your hearty’s content, do you actually believe your whole lot of bull***t yourself? You may, so do rest assured of our unreserved reciprocal love.

      Possibly, you will appreciate that you and your ilk have had it so good for too long, so I can kind of understand your apprehension and consequent desperate sense of urgency as the clock keeps ticking and ticking bringing Malta evermore closer to more just and equitable solutions which no longer grant monopolistic advantages to one party of a debate; (so GonziPN like and the pertinent notion of oligarchy).

      Now go slither somewhere else, where you truly belong in the sure knowledge that hunting and trapping are here to stay. Rest assured that we will pass on our hunting traditions to our sons like our fathers passed them on to us and theirs to them. We will spare no effort to ensure that hogwash minded tree-hugging, preachers of perdition like you DO NOT HAVE IT THEIR WAY.

      Bye bye sweetie pie; you’ve been so much fun and laughter all the way.

  • EXPN
    Posted at 20:57h, 04 September

    Jista RCC jispjega ghalfejn bqajna bla insib kien hemm suluzjoni mela??

    • Plattus
      Posted at 21:09h, 04 September

      allura dawn batu lil RCC jinegozja???fiex jifem dan??

      • Palettun
        Posted at 21:15h, 04 September

        RCC se jigi ikundannat talli cahhad lil poplu malti mid dritt ta l insib ???Mela mhux veru imhabba l ewropa

      • is-super patrijot
        Posted at 07:48h, 05 September

        Jifhem inghid:hares lejn il-pagi li kellu..aktar minn Gonzi u President Abela bil-bosta!!!!

  • tas-south
    Posted at 20:40h, 04 September

    Billi taghmel proposti m’hemm xejn hazin. Li hu hazin li jigi imposti biex jigi implimentati jew li taghmel biex tintoghgob. Ghandhom jigu diskussi jekk ikun hemm qbil jghaddu jekk le le.

  • Caesar
    Posted at 20:30h, 04 September

    @ Angus Black

    Dr. Debono wera` bic-car kif tista taghmel politika tajba, b’ideat kostruttivi, minghajr ma taqa` ghall-hamalaggni u pastazati (bhal tghajjir personali u/jew tghajjir lill-omm dak avversarju politiku tieghek).

    Dr. Debono eklettiku fi hsibijietu u car fi kliemu, u hawn min jghid li anke estetikament ma’ ta’ quddiem – ghalhekk il-King

    • Mhu Ovvja min hu 'the hidden hand''
      Posted at 07:53h, 05 September

      It-tort mhux lil Daphne intih; imma lil min juzah u iqabbadha tikteb dik il-mibgheda biex hu taparsi jidher ‘gentlemen’! Sewwa jghidu li ‘the hidden hand’ farket partit!

  • Ta Rozu
    Posted at 20:29h, 04 September

    Franco jhoss dak li nhossu ahna nassaba.

  • Mario allison
    Posted at 20:13h, 04 September

    Yesterday will always be remembered as BLACK MONDAY. It wll be remembered as the day that my country went from a democracy to a totalitarian country. When a prime minister became a dictator. When a holier than thou roman catholic party condemned a member of their own family for openly expressing himself and for trying to make his country a better place. But there is hope on the horizon , at least we can correct all this in less than six months time.God willing

    • il-Bully
      Posted at 07:52h, 05 September

      Nice words man! very nice!
      Do you think for a second with Joseph we will be any better? He was around when Labour had power. Remember! He was around and making 300,000 euro a year representing his party in the E.U. Remember!
      Tell me when did Labour or their leader stick their neck for us the people. Wake up my friend. The choice is no better.
      I believe all politician are elected to serve, they are servants of the people because of their free choice. The proven and only one I can trust is Franco Debono because he is a servant of the people, with the people, for the people. I submit look at his record and compare. Who else has been disgraced for defending the known truth by his party?
      What did he gain for himself? If only we had more of this character. I so far do not see ONE equal to Franco, yes Mario allison ‘God’s willing’ may God give him courage and strength, this man’s begining could lead to a better Malta.

  • 5th district
    Posted at 19:33h, 04 September

    You are right Franco, it is useless to have politicians talking about trapping if they know nothing about the subject. Personally I am against bird trapping and hunting but I come from a bird trapping family and remember spending many a day with my uncles and no … as some would like us to think… they were not PL voters. I come from a PN family.

    Their enthusiasm was amazing. Even though I never ‘qlibt ix xbiek fuq ghasfur tal ghana’ or pulled the trigger to fire on a bird I learned a lot about birds. I was amazed when I was in Britain to see finches such as ‘Gardell’ in gardens. A Maltese trapper would go mad if he saw such a bird in his garden.

  • 5th district
    Posted at 19:27h, 04 September

    I can’t understand why proposals such as these where everybody is a winner are not taken up. These things cost little money too. Ahh maybe there lies the problem… no big party financer is going to get rich from such a scheme.

  • isktu qalma
    Posted at 19:27h, 04 September

    alqu halqkom ax ma tejdux li hadd mandu lbajd kif andu dalpovru guvni. Lhin kolu tajruh

  • thomas hedley
    Posted at 18:12h, 04 September

    Vizzjoni perfetta ta kif ghandhom ikunu l affarijiet fil futur…F kollox ghandu jsir hekk,mhux biss fil kwestjoni tal kacca u nsib….PL konta PN,San Duminku kontra San Lawrenz(no reference to politicians :)),FKNK kontra Birdlife….Bir rispett kollu,mhux qed tindunaw li kollha ghandkom it tajjeb u l hazin,u flok m hu qed naqblu fuq li hu tajjeb,qed nikkritikaw il hazin? Din sistema antika,u meta tonqos u tinqata dal pajjiz iwarrad..Meta nintebhu li ahna gawhra ta gzira b potenzalijiet enormi,u b vantagg kbir,li ahna zghar,nintebhu wkoll li jekk nahdmu flimkien biex ingibu x xoghol,il flus u l gid,u dawn jinqasmu b mod leali bejnietna,vera nistghu nkunu l ahjar fl Unjoni Ewropea
    Nies ta l eta’ tieghi u Franco xebu jisimghu bil hsara tas 60’s,bil glied tal 80’s and so on,ghax mhu se mmorru mkien bihom dawn…Il bniedem jikber u jimmatura,u pajjiz ukoll..
    Jien nixtieq nisma bil gid li ghamel Mintoff bil welfare state,u li ma kienx jieqaf jahdem biex igib ix xoghol u l flus..Nixtieq nisma bl ewwel gvern nazzjonalista bejn in 1987 u 1992,li bena Malta infrastrutturalment,u gejna pajjiz modern…U bir riforma li beda Alfred Sant biex inehhi l korruzzjoni kemm mil partit kif ukoll mil gvern centrali,ghas skapitu li spiica tilef l elezzjoni
    Dawn huma l punti li irridu nahdmu fuqhom…Jien cert li nies bhal Franco se jkollhom futur kbir fil politika Maltija,ghax iz zghazagh progress iridu…Taqtax qalbek Franco,is sagrificcju jrid isir,u int se tkun il haruf,imma mhumiex se joqtluk..

    • Doreen
      Posted at 19:01h, 04 September

      Naqbel perfettament mieghek Sur Hedley. Fil-fatt kemm Alfred Sant kif ukoll Joseph Muscat dak li qed jghidu (tal-ewwel b’mod ftit differenti). Ghaliex Joseph Muscat qed aktar isemmi Moviment u mhux Partit, haga li kultant turta nies anzjani ghax minghalihom qed ipoggi fil-genb il-partit. Xejn minn dan, Moviment jinkorpora fih kull min hu ta’ rieda tajba, jistghu jkunu Laburisti u Nazzjonalisti. Min irid il-gid kemm lilu nnifsu (imma mhux biss) u lil pajjiz ghandu jidhol f’dan il-moviment. In-nazzjonalisti jistghu jaghmlu l-istess jekk iridu, u fil-fatt John Dalli tkellem xi ftit f’dan is-sens u issa Franco Debono, imma l-Partit huwa mahtuf minn klikka li ma trid titilqu b’xejn. Sur Hedley nirringrazzjak tal-participazzjoni f’dan il-blog, ikteb aktar ghax tidher taf xi tghid.

  • Caesar
    Posted at 17:39h, 04 September

    Naqbel fuq kull punt li qajjimt! Ghalhekk ghidtlek King!

  • Caesar
    Posted at 17:36h, 04 September

    Fuq kollox tifhem, Dr. Debono – insib, sahha, gustizzja – inti l-king!

    • Franco Debono
      Posted at 17:37h, 04 September

      @ caesar :

      ghidli fejn ma taqbilx fuq li qed nghid ghax fil kaz ghandek ragun

      • BETTER FUTURE
        Posted at 18:00h, 04 September

        So what is so out of this world if Franco understands certain topics. At least he does not lay cto matters he has no knowledge of. Look at Lawrence (DCG) Gonzi and his strong grasp of the economy. HE MANAGED TO WRECK IT IN 8 SHORT YEARS.

      • Angus Black
        Posted at 18:02h, 04 September

        Ara ma jfettillekx ma taqbilx 100% mieghu, Caesar ghax il-kummenti tieghek jisparixxew bhal magik!

        • bulldog
          Posted at 18:25h, 04 September

          @Angus Black Allura nghid jien kif dejjem igib il kummenti tieghek, bla sugu kull kumment li titfa, ara tieghi ghax kxift hafna hnizrijiet fuq Il PN ma gabomx. Kienu fuq vjolenza kemm morali u kif ukoll fizici. Kif ukoll fuq korruzzjoni u nfiq bla razan , kummiedji ta bla akkontabilita , dawk ma gabomx, ghax ghadu jhoss li hu parti mil PN , u jaf li x’ghad jien huma veritieri. Nistaqsi ghaliex ma gabomx. Il Hnizrijiet Franco jaf meta bdew, mhux tmien snin ilu, imma hafna qabel , infatti ezatt nghidlek meta bdew bejn 1992 u 1993 , u ghalhekk ma jridx igibom , ghax min kien Ministru ta dak iz-zmien kien qal li hallihom ihallsu it-tfal ta tfal, issa gie dak iz-zmien , fejn qeghdin nhallsu ahna, it-tfal ta tfal tal haddiema imma it-tfal ta tfal taghhom iffungaw u ghalhekk ghandna kollox mibjuh u dejn ta €5biljuni, int ghallhiek xorta ghax int anzi zzied id-dejn tal pajjiz qieghed ghax tixxala min fuqna b’xi perkacci zul min hemm plus il paga zul min hemm ghax ghajnejk blue, mhux hekk.

          • Angus Black
            Posted at 21:13h, 04 September

            bulldog, il-Blog ta Franco huwa tieghu w jikkontrollah kif irid. Jien inzomm kopja ta kull ‘posting’ kemm f’dan il-Blog u kemm f’ohrajn u jekk jithassru accidentalment(?), nista nerga nibghathom..
            Li whud, inkluz Franco stess ma jistghux jifmu hi li jien nikteb kontra l-manjieri w l-mezzi li uza biex imexxi l-proposti tieghu. QATT ma attakkajt is-sustanza imma l-mod kif akkost ta shabu ried jilhaq fejn jikkunsidra bhala ‘dritt ghax intelligenti wisq’. Dawk huma fanfarunati zejda li dejjaq lill kulhadd bihom.
            M’hix haga normali li Nazzjonalist jikkritika Nazzjonalist daqs kemm Laburist se johodha kontra Laburist, imma meta wiehed juri bic-car li jigi jaqa w jqum mill-Partit tieghu li qieghed fil-gvern, allura ikun qasam linja li ma messu qatt qasam.
            Id-dinja ma timxix minn pruzuntuzi w meta kien kemm kas ta dan, gwerer, ghaks u firda inqalghu u mhux gid, xoghol u armonija.
            Jekk int tahseb li l-kummenti tieghi mhux flokhom, allura ghidli liema w ghaliex, jekk Franco joghgbu jhalli l-kumment tieghi hawn u mhux ihassru bhal ma hassar ghexieren.
            Jien qatt ma ghidt li l-ministri, huma minn huma perfetti, anzi. Pero nemmen li dawk huma nies bhal haddiehor u jizbaljaw kulltant – u jigu mghotija pariri hziena xi daqqiet. Id-differenza hi, li jekk wiehed jizbalja kulltant ghalkemm ma tkunx haga idejali, mhux ha nikkundannah kif gieb u lahaq. Dak li jizbalja kontinwament, allura l-izbalji spissi jibdew jissuggerixxu xi haga ohra bhal – inkompetenza grassa jew aghar, korruzzjoni! Fl-ebda kas li semma Franco ma kien hemm hjiel ta korruzzjoni ghax kieku kont inkun l-ewwel wiehed li naqbel mieghu.
            Jekk wiehed imur lura jinduna li sa minn zmien ilu li Franco kien jaqbad ma ‘vittma’, wahda wara l-ohra. Din m’hix serjeta izda ezercizzju sfrenat biex iwarrab lill xi hadd biex jilhaq minn floku hu. Jekk jien qrajt il-manuvri tieghu bhal ktieb, ahseb u ara kemm il-PM li hu tant vicin tieghu kellu cans jinduna l-ghanijiet tieghu!
            Jekk ghandek xi kumment, jew Franco jfettillu jirrispondi u ma jgibx skuzi jew allegazzjonijiet godda, niehu pacenzja w naqra ir-risposti.

          • Franco Debono
            Posted at 21:18h, 04 September

            @ angus black :

            austin gatt kien vittma ta franco debono hux hekk bir ragunament tieghek?

            tant int sbaljat li l-apici tal-hazen f’dan il-pajjiz ntlahqet meta manuel delia artefici tal-fjask tal-arriva gie apporvat kandidat mil-PN filwaqt li jiena li irrezistejt dak il-fjask u waqaft l-arroganza ta min ma riedx jerfa responsabbilta gejt mwaqqaf milli nkun kandidat

            min hu vittma ta min?

            l ministri ghamlu l-isbalji u jridu jwiegbu ghalihom. f’pajjizi ohra jaqbdu u jdabbru rashom. mhuma vittmi ta hadd hlief ta ghemilhom, u ladarba qed jamministraw beni pubblici ghandom obbligu jaghtu kont lil parlament u lil poplu

            bir ragunament tieghek kien japplika kieku prim ministru kien imperatur jew sultan u l ministri l-konsuleenti tieghu li ma huma responsabbli lejn hadd.

            imma f’demokrazija l-affarijiet mhumiex hek. jekk tlabt kontabilita u responsabbilta kelli kull dritt

            min ried jilaghba tal-vittma dak affarih imma hadd ma emmnu

          • Grilled Angus Beef
            Posted at 15:01h, 05 September

            Angus- amazing how you find time at night to keep up to date. I am so happy to read you each time because I can make ca clearer picture of you. You had admitted that the ” kliika of Gonzi PN” was greater then that of the 3. You meant the electoral backing I presume- and yet you accepted and admitted it is infact a Klikka.
            Now you go on to say that ministers are human and can err. You also go on to say that because Franco is a PN member he should not have critisied these errors. Tajjeb ukoll- so the Government according to you is to be critisied only by the opposition.
            Wake up and wash your face, take off ( if you can as I am convinced you eat out of their plate or else you are a fundamentalist-) your blue blinkers and start reasoning- The Government is for all the Maltese population. it is 1 Government for 1 people.
            The GonziPN have not just made mistakes, they have become too greedy. It is not so simple to prove many are corrupt, but then it was never proved Al Capone ever murdered anyone!

        • Doreen
          Posted at 18:56h, 04 September

          U ejja jahasra kemm int vojta. Qisu qatt ma qrajna kummenti ta’ nies li ma jaqblux ma’ Franco fuq dan il-blog. Ma nafx ghaliex hawn nies joghoxew jikdbu.

        • Melvin
          Posted at 19:30h, 04 September

          Franco ma jaghmilx bhal Daphne caruana galizia notebook dik ta kontra ma igibhomx

          • Angus Black
            Posted at 21:20h, 04 September

            M’hu veru xejn Melvin, anzi gidba hoxna ghax jekk tmur lura w taqra Glory Glory Alleluia, (1820+ risposta) mhux talli ma hassritx dawk kollha li kitbu kontriha imma halliet il-kliem hazin, oxxen tipiku ta merhla baxxa Laburista sa lanqas dettal
            Jekk mhux veru, ikkontradixxi dan li ktibt. M’ghandix hin x’nahli ghax forsi kont insib li wiehed minn dawk li wzaw lingwa mahmuga kont int stess?

          • il-Bully
            Posted at 09:59h, 05 September

            Jghidu li serp valenuz issibu kullimkien sur-Angus Black. Mhux ahjar toqob tikteb fuq pagna tal-edukati bhal tal-Daphni, din li kollha pozi, pulita, nadif u minn tas-Sliema, champion ta minhu fil-poter biss.

          • John Micallef
            Posted at 12:11h, 05 September

            Angus il-kummenti li thalli fuq il blog taghha huma il kummenti oxxeni biss mhux il kummenti intelligenti kontra is suggett (u provi cari kontra li qed tghid) li tipprova tqajjem fuq xi posts minn taghha. Psikologija tajba biex in nies jahsbu li dawk li ma jaqblux maghha huma biss nies slavagg u injoranti.

            TOM ghandha metodi simili u ohrajn differenti fuq meta ma jaqblux ma kumment… gieli ma jaccettawx (publish) u gieli jaccettawh biss meta l-artiklu ma jibqax fl-ewwel pagna tan news lokali biex ftit jkunu in nies li jarawh.

          • Salgister
            Posted at 12:20h, 05 September

            @John Micallef. Naqbel mieghek 100%!

          • il-Bully
            Posted at 13:06h, 05 September

            @ John Micallef
            This is the problem a FREE DEMOCRATIC country with suppressed news., if someone has any doubt ask Franco

          • John Micallef
            Posted at 13:14h, 05 September

            This happened on ToM as recent as today… on the article The day after: now it’s time to count the cost where I left the following message.

            “Resources Minister George Pullicino, … said it was ironic the storms happened in the same week that works on a massive flood relief tunnel were scheduled to start.”

            hahaha The irony is that in Malta we do projects related to tourist in the peak tourist month and a flood relief project in the peak flood month! What we need in Malta are people who are able to think – but it`s a bit difficult to find these in our parliament.

          • Franco Debono
            Posted at 13:16h, 05 September

            why did the programme start now and not a year, two years or three years ago?

          • John Micallef
            Posted at 13:23h, 05 September

            We need an election every 1 year for this country to wake up… unfortunately this is impossible due to the cost (directly and indirectly). and you know why Franco… you don’t need to ask that question.

          • Grilled Angus Beef
            Posted at 15:10h, 05 September

            Angus do you also write on DCG blog? did they offend you or her? I do not have the stomach to read her blog but I did see this here;

            http://daphnecaruanagalizia.com/2012/08/il-vera-ghamel-gid-mintoff-istja-araw-ftit-aaaaaa-mintoffjani/
            was this one of the articles you refer to?
            You are completely blind and do not see except for blue – again I remind you I am sure you eat from their plate and this why you defend them to the hilt- but to write ” kitbu kontriha imma halliet il-kliem hazin, oxxen tipiku ta merhla baxxa Laburista sa lanqas dettal” you are being nothing but a racist. There are these type of people on both sides. Why is Il piccolin with 16 pages of criminal record according to your standards some high society gigolo? in the same manner and using your yardsick I should then say ” Nazzionalisti kollha criminali, assasini u hallelin”…. thinking about it I might not be far off!

          • MELVIN
            Posted at 16:13h, 05 September

            Angus
            Qed niskanta kif qeda tirispondi f isem DCG jien nista nassigurak li gieli tfajt posts fuq DCG u ma gibithomx u mhux hamalli il posts jekk ghawn xi hadd hamallu u nittien kulhadd jaf minhu.Il 1820 biex minalija tbezzana mil laburisti wara li qadet tajjar li mintof ma nafx tigix provokazioni??Ara xi post kontra Gonzi,Efa,RCC jew favur Franco dak ma jistax joder fuq il blog

        • Grilled Angus Beef
          Posted at 14:49h, 05 September

          Angus- I had a back log to replies for you- go see 30 Aug. Sorry I do not have time to reply each time!
          As for comments not being posted- ha you should know better;)