04 Sep Fuq min ghandu jiffaccja l-konsegwenzi ta ghemilu u fuq management politikament inaccettabli
Lawrence ‘DCG’ Gonzi qed jipprova jibni hajt bl-intenzjoni li jibqa diehel go fih sabiex imbaghad iwahhal fil-hajt. Lawrence ‘DCG’ Gonzi irid iwahhal f’xi hadd ghall-isbalji tieghu u allura qed jibni hajt biex ikollu f’min iwahhal, meta hu stess ikun bnieh u hu stess ikun saq b’kemm ghandu sahha ghal go fih!
Jekk qed jippretendi li l-hajt li bena hu stess se jwarrablu, qed jgharralu! Il-problemi holoqhom hu stess.
Peress illi l-Prim Ministru dan l-ahhar qieghed ripetutament jiddikjara kwazi f’kull okkazjoni, illi kulhadd ghandu jiffaccja l-konsegwenzi ta ghemilu, u peress illi lili personali ghaddieni minn martirju sempliciment ghax ma mxejtx skont il-whip meta dan il-Parlament ghadda vot ta sfiducja fil-konfront tal-Ministru Carm Mifsud Bonnici minhabba d-dizastru fil-qrati, fil-pulizija, fil-habs kif ukoll fil-qasam tal-immigrazzjoni liema istituzzjonijiet kienu qed jkunu protagonsisti ta’ incidenti negattivi inkluz mwiet u traffikar ta drogi fil-habs, mwiet ta suspettati waqt l-arrest, ksur ta drittijiet fundamentali, nuqqas ta drittijet inkluz dritt t’assocjazjoni lil membri tal-Korp tal-Pulizija, nuqqas kbir ta sigurta fil-Qrati, fejn sahansitra persuna giet mixlija li wettqet tentattiv t’omicidju volontarju go awla tal-qorti, kif ukoll kritika harxa u sitwazzjoni mwieghra fil-qasam tal- immigrazzjoni, minn organizzazzjonijiet internazzjonali u lokali kif ukoll minn persuni li jahdmu fil-qasam u l-immigranti nfushom u dan ma kienx politikament accettabli;
Peress illi qed jemergi preokupazzjoni, dwejjaq jekk mhux rabja kbira minn membri ewlenin tal-professjoni medika, inkluz mill-aktar konsulenti rispettati u ta’ integrita kbira, li ilhom snin twal jipprestaw is-servizzi taghhom fil-qasam tas-Sahha f’dan il-pajjiz, li possibilment huma indikazzjoni ta rabja generali fil-qasam mediku ghat-tmexxija tal-Ministru Joe Cassar, kif ukoll preokkupazzjoni, dwejjaq jekk mhux ukoll rabja kbira mill-pubbliku in generali peress illi l-problemi ta nuqqas ta spazju fl-isptar, problemi fl-emergenza u fil-waiting lists qed ikunu trattati b’pass ta’ nemla u dan ma huwiex politikament accettabli;
Peress illi m’huwiex politikament accettabbli illi certi mizuri illi jkunu jistghu jittiehdu, jew sitwazzjonijiuet jigu rimedjati qabel, jithallew ghal lejlet l-elezzjoni ghal kapricci ta skopijiet elettorali b’dannu u pregudizzju ghall-pubbliku in generali;
Peress illi jiena bhala deputat elett mill-poplu m’inix delegat tal-partit li f’ismu gejt elett, izda rapprezentant tal-poplu elett f’isem partit politiku, liema distinzjoni qed tkun ofuskata minhabba l-fatt li l-partiti politici u l-finanzjament taghhom f’Malta illum 2012, ghdhom mhux regolati minkejja s-sejhiet ripetuti tal-GRECO u minkejja li jien prezentajt abbozz f’dan il-Parlament li baqa’ fuq l-ixkaffa u peress illi l-lealta lejn il-Partit mhijiex xi mezz sinistri kif ministri jistriehu fuq din il-lealta’ biex jabbuzaw minnha u jghaddu bhal romblu minn fuq kulhadd inkluz il-Parlament u l-Poplu;
Peress illi dan il-Parlament huwa suprem u ghandu mhux biss id-dritt, izda l-obbligu li jiskrutinja l-operat tal-ministri mahtura mil-Prim Ministru inkluz li jghaddi vot ta sfiducja fil-konfront ta ministru jew tal-gvern, u peress illi kull ministru ghandu l-obbligu jaghti rendikont ta’ ghemilu quddiem dan il-Parlament u ghandu jiffaccja l-konsegwenzi ta ghemilu inkluz ta imgieba u mismanagement li jkun politikament inaccettabli u li ggib maghha responsabbilta politika;
Peress illi jezistu problemi kbar fit-tmexxija tal-qasam tas-Sahha f’dan il-pajjiz kif jemergi minn stejjer ta’ kuljum fil-mezzi tax-xandir u kif se jirrizultaw mid-dibattiment ta din il-mozzjoni inkluz illi ricentement gew svelati dettalji u fatti dwar proceduri quddiem Bord ta Ghazla ta konsulenti medici li kien mittiefes b’irregularitajiet serji, tant illi r-rizultat spicca gie annullat u dan ma huwiex politikament accettabli u jgorr mieghu responsabbilta politka;
Peress illi in generali tezisti emergenza kbira fis-sitwazzjoni tal-ambulanzi kif irrizulta ricentement minn incident li sehh fil-Gudja nhar l-Assunta, u kif se jirrizulta fl-istadju tad-dibattiment ta din il-mozzjoni frott ta mismanagement u nuqqas ta vizjoni, u illi wiehed m’ghandux jistenna li tintilef xi hajja biex jikkunsidra s-sitwazzjoni bhala wahda allarmanti ;
Peress illi f’dawn l-ahhar granet saru rivelazzjonijiet allarmanti mil-Profs Stephen Brincat, fejn mhux biss semma indhil politiku serju fix-xoghol tal-konsulenti kif ukoll nuqqasijiet serji mid-Dipartiment tas-Sahha, inkluz izda mhux biss l-argument li kien hemm pressjoni biex is-servizz tal-kemoterapija f’Ghawdex jigi introdott b’mod li possibilment kien diga wassal ghal xi mwiet xi snin ilu, u ghaldaqstant fuq bazi ta esperjenza precedenti l-Profs Brincat hass li dan ghandu jirrezistih;
Ghaldaqstant tenut kont tad-duttrina tal-individual ministerial responsibility, kif ukoll tenut kont tad-dikjarazzjoni ripetuta tal-Prim Ministru illi kulhadd ghandu jiffaccja l-konsegwenzi ta ghemilu, ghaldaqstant din il-Kamra ghanda tirrisolvi illi minhabba dawn i-ragunijiet u diversi ohrajn li se jirrizultaw dettaljatament fl-istadju tad-dibattiment ta din il-mozzjoni li ghalihom il-Ministru Joseph Cassar huwa politikament responsabbli, l-istess Kamra ghandha tirrisolvi illi ghal dawn ir-ragunijiet m’ghandiex fiducja fil-Ministru Joseph Cassar li ghandu jkun censurat ghal dawn in-nuqqasijiet u li ghandu ghaldaqstant jirrizenja.
NAME AND SHAME
Posted at 13:17h, 06 Septembermena tajjeb dawk li huma imhalsin elufi kbar ta lira jizkiccaw u il-vittmi jibqghu bxejn
Joseph Farrugia
Posted at 09:39h, 05 SeptemberKemm inti kiesah Franco madonna, lanqas kont nemmen li inti kiesah daqshekk. X’inti tahseb li inti imma??
Zeppi
Posted at 13:52h, 05 SeptemberWhat Cold has to do with FD?
I think you are getting a penny extra from these Unreasonable Ministers that’s why you are insulting this gentleman instead of defending these people. mmmmm now I understand.
He is thinking that he is what he really is; A TRUE POLITICIAN trying to get back rights for a gahan like you.
gustizzja
Posted at 19:21h, 05 Septemberkiesah ax qed jghid il VERITA? mela xi tridu jghid bhal GONZI__GIDEB BISS. ARA vera MOHHOK MAGHLUQ int sur Joseph Farrugia jew xi wiehed min tal KLIKKA ta GONZIpn
Osservatur
Posted at 08:13h, 05 SeptemberDott Debono
Naqblu li kull persuna fil-Parliament, inklus int, ghandha r-responsibilita Politika u tirrispondi ghal ghemilha. Kollox sew. Jekk xejn, fl-ahhar dahhalna kuncett semplici ta “accountability” ghal kull member parlamentari, hu min hu u hu mill-liema Naha hu. Hekk ghandu jkun. Nittama li dan il-kuncett jibqa jatwa dejjem halli dik il-Persuna jkolla rispett lejn l-Istat u il-Poplu u jirrispondi ghal ghimilu.
Din ir-responsabilita u l-accountability ghandha Tkun dejjem (dejjem tfisser KULL MUMENT) anke fuq nies li ghandhom kariga ufficjali fl-amministrazzjoni ta dan il-Pajjiz, sew jekk huma fil-Bordijiet Ta entitajiet, awtoritajiet u/Jew kull organizzazzjoni li direttament Jew indirettament hija pusizzjoni Publika, anke dipartimenti tal-Gvern u Ministeri ecc ecc. Nahseb li, apparti il-Parlament, fil-kumplament ta entitajiet imsemmija f’dan il-paragrafu hemm organi u sistema Ta kif wiehed, wahda Jew group jigi investigati u, kif jighd il-Prim Ministru, jirrispondi ghal-ghemilhom. Kullhad jaf li hafna b’kazijiet spiccaw moghdijja ghal skrutinji u investigazzjonijiet u nahseb (u verament nittama) li dawn l-organi ta’ skrutinju kieku “unbiased” u mxew b’serjeta u integrita assoluta. Nahseb l-izjed haga importanti li hemm f’din is-sistema hija li il-principji ta gustizzja fejn assolutament ma jkunx hemm dubji Ta “unbaised” tissupera. Hekk kellu jkun u nispera li hadd ma jiehu b’cajta il-post, role u fiducja li tinghatalu.
Fil-kuntest Ta Membri Parliamentari (inklus ovjamemt Ministri) ma tahsibx li is-sistema Ta “responsibility and accountability” hija totalment differenti u m’hemmx gustizzja Vera imma hemm fost kollox okkazjoni ghal opportunitajiet totalment “partigjani” Jew, biex inqedugha ahjar, abbuz minn Membri Parlamentari biex, possibilment, jiehdu vantagg politiku Jew skopijiet ohra personali fuq Membri ohra (bhal ma gie rroprtat fuqek stess fil- process Ta Dott. CMB Jew l-Onor. JPO fil-konfront Ta Sur RCC)?
Li Qed nipprova nghid hija illi Waqt li IVAu zgur naqblu li f’gieh is-serjeta u rispett lejn l-Istat u il-Poplu, kull persuna hija suggett a ghal skrutinju Ta ghemilha, hemm differenzi fundamentali bejn l-independenza fis- sistema Ta Membri Parlamentari Jew Ambaxxatur ghal-Malta Jew ghal nies ufficjali ohra. Imma l-punt kardinali huwa illi l-mezzi presenti Ta “sfiducja” f’konfront MP hemm perikli serji u mottivi li xejn ma huma democratici anzi abbusivi SA hansitra, jkunu mottivi personali, li kwazi qeghda twaqqa kull arguments serji b’disprispett u irresponsibilita ta min Qed jabbuza minn din is-sistema. Il- Mozzjonijiet Ta dawn it-tip huma legalment validi imma zgur taqbel li meta hemm Jew jistaw jintuzaw ghal vantaggi personali, politiku Jew partigjani, qeghdin nittilfu l-poplu flejjes Kbar, risorsi u fiducja fil-Parlament u xi whud mill-Membri Parlamentari! L-istejjer ricenti hellew dan l-effet fuq il-Poplu.
Tista ma taqbizlek mieghi imma tkellem mieghek innifsek u ifhem wahdek jekk thossok ahjar. Insellimlek.
thomas hedley
Posted at 12:15h, 06 SeptemberGhaziz Osservatur.Jien naqbel mieghek fuq ir riperkussjonijiet li dawn il mozzjonijiet igibu fuq il kredibbilita’ tal parlament…Pero’ bniedem bhal Franco,li ghadu zghir,kollu energija,u willing to challenge the status quo,xalata ghandu..Ghaliex? Ghaliex qed jara di prima persona il hnizrijiet u l arroganza ta certu nies,li mhux talli ma haqqhomx ikunu ministri,imma lanqas kumpanija zghira ma haqqhom imexxu..Min ghax genwinament mhux kapaci,u sab ruhu hemm ghax is siggu hallihulu d daddy jew in nannu fil wirt,jew min ghax tant in nies jarahom dubbien u numri,li gatt u gatt (excuse the pun) ma jista jhoss ghal haddiema dan…
Inti ghalfejn tahseb li Franco qatt ma tkellem kontra certi ministri? Mhux ghax ovvja li qed jghamlu xoghlom tajjeb? Anzi,jien ghalija,min qed jahdem u jaf x qed jghamel,ukol missu jghamel bhal Franco,u ma jaccettax li dan nies jirrovinawlu dak kollhu li ghamel..Jekk il PN jiehu tisbita,din tibqa fl istorja..Nies bhal Franco u Jeffrey,u sa certu mod anki Jesmond mhux ha jghidu mea culpa…pero’ min baqa halqu maghluq,ghalkemm ma jaqbilx,dak ukoll irid igorr u jbati l konsegwenza..Kif jghidu,frotta hazina thassar mija..Il Pn ghandu t tajjeb u l hazin tieghu,pero’ sta ghatt tmexxija tieghu li tara l hazin u tibdlu,mhux ittih promotion…..L affarijiet li ghamel Gonzi kienu turija ta sfida…Rebah l elezzjoni b besqa voti,u flok ma rrikonoxxa li m ghandux maggoranza assoluta,u hadem ghal Maltin kollha,mexa b mod li qisu rebah b xi 20,000 vot..U minn day 1 il messagg hargu car..’Irbahna b 1 u rbahna 20,000,xorta l agenda taghna ha nghamlu..Ghallura hekk sew?
Jien mhux qed nghid min hu l iktar safi bejn il PL u l PN,u zbalji saru hafna miz zewg nahat..fl 81 perezempju…..Ghallura mhux ha nitghallmu mil izball…jew jekk jigi c cans dak l izball inpattuh id doppju?
Din il mentalita li trid tinqata’ ..Ejja nammettu,Malta mhux maqsuma bejn blu u ahmar fil verita’ ….Malta hi maqsuma bejn is sinjur u l fqir,il klassi gholja u l klassi baxx,in north u s south….Qabel ma nibnu bridge(mhux ghal ghawdex ta) bejn il kbir u z zghir,il pajjiz se jibqa maqsum
Having said that,jien nohlom b Malta bhala pajjiz mill aqwa fid dinja,minghajr indhil zejjed mil barrani(naccetta li jkolli Gvern Malti li jiehu hsiebi u kultant jiddettali,imma barrani qatt),li nghixu bir rizorsi taghna(il bahar u x xemx,turizmu,manifattura u jekk Alla jrid xi darba,zejt),u li dak li ndahhlu,jinqasam b mod fair u gust..Jien mhux qed nippretendi li tabib jew avukat,b dawk il hinijiet twal u stress ta xoghol,jaqilghu daqsi,li mmur indoqq u nkanta f hotel,pero,perezempju,jekk l inflazzjoni tonqos,se jgawdi kullhadd,jekk il fuel u l kontijiet jonqsu,ma nahsibx li hawn min se jgerger…Dawn huma affarijiet li JISTU jsiru,u hemm bzonn isiru mill llum ghal ghada,ghax hafna familji li qabel kienu anki middle class,illum missu x xifer,ahseb u ara dawk li dejjem baqu zghar
Nemmen li t terrimot ghamlu Franco,u se jkompli jghamlu sakemm il partit nazzjonalista jigi partit b ruh socjali,iktar liberali,u b nies iktar friski fi hdanu,li gejjin min saffi tas socjeta diversi,u li m ghandhomx ghalfejn ikollom kunjomhom biex jimxu….Ha ntikhom parir ta l ahhar…Certi nies li forsi veru kienu kapaci hafna,ghollejtuhom iz zejjed,hadhu over u hasbu li se jghamlu li jridu..Imma huduha tghalima din…Hadd mhu ikbar mil poplu u mis sewwa
ExPatriatus
Posted at 00:11h, 05 SeptemberIn her article on January the 12th 2012 (linked at the bottom of this post), Caruana Galizia claimed that Joe Cassar was providing consultancy to the Prime Minister to ‘diagnose crackpots’ in government.
In any modern western society, pscyhiatrists are there to diagnose patients and clients to improve their wellbeing,. They need to adhere to ethical guidelines, even if they are not practicing, or their professional committees will strike them off the register for being unfit to practice. ‘primum non nocere’
In Malta on the other hand, the PM can employ a psychiatrist to formulate psychiatric treatment of dissenting individuals within its ranks.
By not rejecting what Caruana Galizia wrote in that article, Cassar has accepted her claim – acknowledging he has dubious ethical credentials.
He’s not only unfit to be a Minister, he’s unfit to call himself a psychiatrist.
ExPatriatus
Posted at 00:12h, 05 Septemberarticle can be found here:
http://daphnecaruanagalizia.com/2012/01/why-the-health-minister-has-been-singled-out-for-special-targetting/
Franco Debono
Posted at 08:35h, 05 September@ ex patriatus :
shouldnt he take care of a cabinet memeber, who if i am not mistaken declared that he was under psychiatric care ?
ExPatriatus
Posted at 21:54h, 05 SeptemberFrom an ethics perspective, Cassar should not get involved in any of his colleagues’ mental health issues, whether that’s diagnosing, formulating or care provision. It’s questionable enough for a psychiatrist to do so, even more so for the Health Minister (who is ultimately responsible for the safe keeping of patient records, quality standards and integrity of the health professions).
The prime minister on the other hand, ought to be capable of making appropriate judgements on who is fit to be a cabinet minister without consulting his health minister, clairvoyant or priest.
It’s obvious though that Gonzi relies on anything but fitness to practice, ability or credentials in allocating positions of responsibility.
Anthony Farrugia
Posted at 20:10h, 04 SeptemberGhaziz Dr. Debono,
bir rispett kollu imma dan m’huwiex il post fejn tippublika din il ”quasi” mozzjoni.
Int membru parlamentari u ghandek dritt tghaddija il parlament. Jaghmel xi haga bhal din min m’ghandux il privilegg li jkun fil parlament. Imma la int ghandek (u onestament nahseb li haqqek) dak il privilegg allura ghandek tressaw private members bill.
Kwazi kwazi (u naqbel mieghek hafna ukoll) ghandek tghaddi private members bill fuq iz zewg Ministri (ugly Austin u ‘profiling hero’ Cassar). Int ghandek HAFNA ideat tajbin u posittivi izda jien qed nara li tinbah hafna (u fid direzzjoni it tajba) imma meta tasal biex tigdem terga lura.
Nahseb illi wasal iz zmien li ghandek ghazla biex tibqa kredibbli:
1. Tressaq private members bill li titlob sfiducja tal kamra kontra Ugly Austin u Psychological Profiler Cassar u taghmilha cara fil parlament li int m’intix tappogja lill oligarkija tal Prim Ministru DCG (erm sorry Gonzi – ghax kultant nithawwad)
2. Taghlaq halqek jekk m’intix lest li tigdem ghaliex inkella kelb jinbah ma jigdimx kullhadd jghaddih biz zufjett!
Nerga intenni li jien naqbel f’kollox mar ragunijiet tieghek izda fid dinja jew tkun tal principju u tasal sal fond jew inkella toqghod kwiet u tistenna l’elezzjoni fi zmiena. PM DCG hekk se jibqa sejjer u mhux ha jinbidel ghalik mela jew toqghod ghal li jghidlek hu jew inkella aghmel dak li ghandek is sahha u il privilegg (li ftit ghandhom) u aghmlu.
Grazzi tal hin u l’ispazju tieghek
Anthony Farrugia
St. Julian’s
ta kafkaf
Posted at 18:46h, 04 Septemberthe most relevant point is that Prof Brincat is saying what a lot of people already witnessed in many other government departments…and that is, incompetence rules over brilliance….mediocrity over professionalism, nepotism over meritocrity, omerta over transparency…need I go on. Problem is if one speaks up one is given the chop, and not all of us are as lucky as Stepehn Brincat (he doesn’t need the cliques measly offerings)
RIAL
Posted at 15:34h, 04 Septemberghandu jerfagha il-prim ministru. Huwa l-primus inter paris u shabu komplici mieghu
Maghkus
Posted at 18:16h, 04 SeptemberSewwa qed tghid: Gonzi beda kollox bl-sms u issa se jispicca ‘b’kulhadd ipatti ta ghemilu’ ……u hu meta se ipatti ta ghemilu fuq dak li ghamel lilek? Seraqlek l-ideat u min fuq jarmik! Franco kieku kellek kunjomok double barreled jew wiehed min dawk il-laghqa kont timxi taht GonziPN, ghax meritokrazija ma tezistix! You are on the right side of history Franco, ghemilek hu sewwa: ta haddiehor pomposita, dizgwid, jifred lil dak u l-iehor, jarmi lil min mhux ta gewwa u fuq kollox-dan li jikkoncerna lili- jekk tkun semplici membru ibellawlek il-kontijiet! Biddel ir-rotta fil-Partit qabel ma il-klikka tkun irreversibli!
Hmar il-lejl
Posted at 20:34h, 04 SeptemberIccedix Franco hafna Nazzjonalisti huma mieghek u qed ihossu dak li qed thoss int li l-Partit taghna, li kien Partit tal-Poplu sar Partit tal-klikka! Mela ahna Nazzjonalisti mhux pulmun ghandna? Mhux tfal ghandna? Mhux mohh ghandna?
Issa tmur tivvota lil GonziPN is-sahhara u l-klikka taghha li qed ipappuwa u jieklu b’ghax ihluq; waqt li ahna ma nistghux inlahqu bil-kontijiet tad-dawl u ilma: anqas airconditon ma nista inqabbad; possibli Gonzi ma jittendix li tahtu messejna l-qiegh, u li l-hajja taghna saret insapportabli?
Int biss it-tarka taghna Franco aqbez ghalina u fittex ehlisna min dan il-hmar il-lejl li hafna nazzjonalisti genwini qed jghaddu minnu; ahjar fl-oppozizzjoni u nodfa milli fil-Gvern tal-klikka li terdgha hi biss taf! Grazzi
ta kafkaf
Posted at 18:41h, 04 SeptemberFranco you are correct in all of your reasoning..no one ever found fault with that -they only blame you because you speak up..that is the one thing you can not do in the PN. It’s called omerta. It’s the same within Government departments…keep your mouth shut even if you witness cheating and favouritism and incompetence…otherwise they will really screw you up. I know what i am saying. One day I will reveal all I hope very soon.
jason mercieca
Posted at 15:31h, 04 SeptemberFranco,,,,
kieku ghamlek ministru kont taqla dan il-paroli kollu????? ,,,,,,, franco hu pacenzja ….akbar mill partit ma jezisti hadd ahseb u ara int li ghadek titwieled fil-partit…ghamel u kompli ghamel hsara..issa jkunu jafulek dr.muscat ta…dahhaqt nofs malta bik.,,illum jghidulek proset ,,,ghada jkomplu jihdhqu bik f’wiccek….
avukat tajjeb vera imma ma nafx qatt ma irnexxilek tinduna li qed jinqdew bik….. 5 snin jghaddu franco u ol pn jergghu jkun b’sahhtu aktar..u din id-darba kinghajr tfal bil gazaza…..
Nat
Posted at 13:32h, 06 SeptemberAkbar mil partit jezisti il poplu Sur Mercieca, jekk int daqshekk ghami li jghamillek x’jghamillek il partit tghidlu thankyou u iccapcaplu il-vavu bil-gazaza huwa int ghax kif tpogguk toqghod!
Vince Collins
Posted at 15:03h, 04 SeptemberJust one simple question if I may, Honourable Debono.
If you had been appointed Minister of Justice, would you go to such lengths to embarrass your own government?
Franco Debono
Posted at 15:59h, 04 September@ vince colins :
i ask you : if my proposals were right why were they stolen from me by the PM who gave them to someone else only to condemn me?
PDN
Posted at 14:39h, 04 SeptemberNingħaqdu u niffurmaw partit demokratiku gdid….il-Partit Demokratiku Nazzjonalist. Nkomplu fejn ħalla Ganado din id-darba bi Franco il-mexxej!
tas-south
Posted at 07:12h, 05 SeptemberTirranga ruhek!
PDN
Posted at 14:37h, 04 SeptemberFranco may I ask you what happened to Daphne? Her blog has been on halt for nearly a week!!!
Do you think she was asked not to continue writing so that you will be please that at least in this regard you got it your way?
joe camilleri
Posted at 14:25h, 04 SeptemberDr Debono, skuzani ta, imma l-barri int taqbdu minn denbu u mhux minn qrunu. Aghmilt mozzjoni ta` sfiducja u tajjart lil Mifsud Bonnici, issa se tressaq ohra kontra il-ministru Cassar. Lil Austin Gatt salvajtu issa erhilu li tghidx x`taqlghalu. Min hu responsabbli taghhom dawk in-nies? Mhux Lawrence Gonzi? Mela jekk tressaq vot ta` sfiducja fil-prim ministru li int ghajjart giddieb ( u qaghad ghaliha) b`gebla wahda tolqot lil GonziDCGCC etc etc.
De Giorgio
Posted at 14:19h, 04 SeptemberF’dan l-istadju ta’ kif qed jizvolgu l-affarijiet il-vot ta’ sfiducja ghandu jkun fil-prim ministru Gonzi bhala l-kap tal-gvern, veru li forsi din hija x-xewqa ta’ gonzipn halli jkollu skuza fjakka u banali li jwahhal fik Franco li waqqajt il-gvern u li ma kellux l-opportunita’ li jressaq il-budget li jmiss. Nahseb li bhali ndunajt li Gonzi jrid jidher bhala l-vittma u jitfa’ t-tort tal-falliment tieghu fuqek ukoll, imma jidher car daqs il-kristall li l-inkompetenza ta gonzipn hija mifruxa f’kull ministeru. Mhux gust per ezempju li jehel b’kollox il-ministru Cassar, meta l-isptar t’Ghawdex huwa parti mill-ministeru t’Ghawdex u l-ministru Giovanna Debono, din ukoll trid iggorr ir-responsabilita’ u tirrizenja bhal Dr.Cassar. Jekk nibdew induru ministeru wiehed wara l-iehor malajr nintebbhu li m’hemmx nofs wiehed li huwa kompetenti u hareg xi haga sura minnu. Ghaldaqstant nemmen li l-vot ta’ sfiducja ghandu jkun fil-PM Gonzi u l-gvern kollu, inti taf daqsi Franco li bhalissa ghaddejja kacca sfrenata ta’ xiri ta’ voti bl-ammont ta’ pjaciri li qed isiru, iktar ma jdum hemm dal-gvern iktar hemm ir-riskju li din ix-xibka ta’ hazen (kif iddeskrivejta int stess) tibqa tikkontrolla dal-pajjiz kif trid hija.
robert
Posted at 13:35h, 04 SeptemberDr Debono
I think you should include Austin the bully in the motion .
robert
Tal-profiles politici
Posted at 13:32h, 04 SeptemberKemm iridt ikun il-kju fil-kuriduri biex il-Ministru jirrezenja Franco? Kemm irid marid idum jistenna qabel ma joperawh ghal kattaretti?
Gharukaza; mhux hekk biss imma anke ghazla ta min ghandu jinghata treatment jew le?
Franco, ilni tlett snin nistenna ma nistax nissaporti l-ugieh aktar; ikkonslani daqsxejn u sforza lil min irresponsabli ghal dawn il-hnizrijiet ikun accountable ghal ghemilu! Grazzi Franco tal-hegga u sincerita tieghek!
Joe Vella
Posted at 13:26h, 04 Septemberjek trid lil kulhad jifacja lkonsegwenzi tta emilu ax ma tibdix bik inifsek?
bulldog
Posted at 16:29h, 04 September@ Joe Vella. Xi tridu jibda bih innifsu Franco u ta xhiex? X’ghamel ? xi tahwida fl-Arriva, xi tahwida Fil BWSC? xi tahwida f’bieb il belt biex johorgu special vehicle tal warrani tad dahq biex jiffinazja flus mhux inkluzi mal finanzi tal budget? Fl-AirMalta jigi Davies jghid li fit 2016 l-Airmalta sejjer ikolla qlieh ta €8 miljuni wara dawk il-flus kolla mohlijja fl’RJ’s u f’Davies stess li jiehu nofs miljun Ewro fis-sena? Ghaliex irid ihallas ta ghemilu ghax ra l-hnizrijiet u protesta? li tkun komplici forsi nghid , allura nghid jien Gonzi PN u l-klikka ta madwaru qaddisin u qisek trid twahhal fi Franco bil wicc tost tieghek li ghamel huwa korruzzjoni? Joe hi mur oqghod qatta subajk ghax min jaf kif int imwerwer jekk titilfu l-elezzjoni ghax tigi tiehu daqsna u xejn izjed u xejn anqas , ghax int mid-dehra ta gewwa sew, min jaf kemm sejjer tokrob ? Nahseb ahjar tiffacja l-konsegwenzi int l-ewwel ghax ilek turi li mintiex komdu u la mintiex komdu sinjal li qieghed toqmos ghax ha thallas d-decmi.
kont PN ma ghadnix, u ma jiddispjacinix
Posted at 13:09h, 04 Septembertal-klikka ma jiehdux pjacir meta persuni mil-klassi tal-haddiema ta l-id javvanzaw il-quddiem. Il-poplu qed jinduna. Jien ser nivvota kontra il-klikka. iktar ma jghaddi iz-zmien il-klikka qeda tigi fil-berah.
Martin tal Bahrija
Posted at 13:06h, 04 SeptemberMalta would be a better place if all our politicians were like Franco,not yes man
Fleur
Posted at 12:30h, 04 SeptemberGonziPN waqqa l gebla fuq saqajh,mhux ta bxejn ilbierah kien maltemp tal biza.
Is smewwiet ukoll riedu juru d dizapprovazjoni taghhom.
old timer
Posted at 13:12h, 04 Septemberis-smewwiet huma kontra l-evil clique. jew ma alla jew max-xitan.
Mark Piscopo
Posted at 13:15h, 04 SeptemberTaghmel sewwa l-Onor Franco Debono. Nammira l-kuragg tieghek u fuq kollox is-sens ta dover tieghek lejn ir-residenti tad-distrett tieghek u lejn ic-cittadin Malti kollu. Il-kwestjoni tas-sahha hija l-aktar ‘issue’;importanti f’kull pajjiz. Jidher li l-Gvern mhux qed jaghti dan l-aspett daqstant importanti is-serjeta li jitshoqqlu. Mhux biss fejn jidhlu kwestjonijiet imsemmija izda anke fi kwestjonijiet ohrajn. Jiguni f’mohhi (a) Il-Power Station ta Delimara li minkejja l-konsensus li hawn fil-pajjiz u l-pariri ta esperti fil-qasam li din ser tkun ta hsara fuq is-sahha tan-nies specjalment dawk ta Marsaxlokk, B’bugia, Zejtun u Marsaskala u nhawi ohrajn vicin, il-Gvern jibqa jwebbes rasu; u (b) L-Impjant tal-iskart ta Sant’Antnin f’Marsaskala fejn kemm-il darba nghad, sahansitra anke minn esperti fil-qasam, li l-istudju dwar is-sahha li dan jista jkollu fuq ir-residenti baqa ma sarx. L-istess, il-Gvern jaghlaq ghajnejh u jibqa ghaddej bhall romblu min fuq kullhadd!!. Prosit Onor Franco Debono, inti xempju ta kif ghandhom ikunu Membri Parlamentari li verament jirrispettaw lill-kostitwenti taghhom u tissalvagwardja l-interessi taghhom.
Haddiem
Posted at 12:15h, 04 Septemberhttp://maltatoday.com.mt/en/newsdetails/news/national/GWU-presents-petition-on-behalf-of-G4S-workers-at-Mater-Dei-Hospital-20120904
Adrian Tabone
Posted at 12:10h, 04 SeptemberProsit Franco …. fl-ahhar f’dal-pajjiz hawn persuna politikant li wiehed ghandu jammira. Nammirak!
Nitolbok tapprezza li jien ma nammirakx bhal hafna nies laburisti li sempliciment jammirawk ghax indirettament tghin lil partit taghhom imma nammirak ghax ghandi mohhi miftuh u mhemmx argument wiehed li tghid int li ma jaghmilx sens, u ghalekk naqbel mieghu.
Haddiem
Posted at 12:09h, 04 SeptemberDr Debono, nirreferik ukoll ghall-weghda lill-haddiema li ghamel il-Ministru Cassar li qeghda illum fin-news online. Il-Ministru Cassar kien wieghed lill-haddiema tal-kuntratturi tal-isptar li huma mhux ha jibqghu sfruttati u jinghataw salarji ekwivalenti ghall-haddiema tal-Gvern. Izda tender li suppost hareg f`Marzu ghadu ma harigx u minflok estenda t-tender l-antik. b`hekk ahna l-haddiema nibqghu sfruttati. Anke din hija xi haga serja u l-Gvern tant jiftahar bl-ekonomija u l-impjiegi u ahna bqajna sfruttati.
Naqbel
Posted at 12:05h, 04 SeptemberJien ma nistax nifem ghala qed jinqala dal paniku kollhu ghax Franco Debono irid li kullhadd ikun responsabli.
Jien niftakar meta kont skola, kont naqla xi extra work jew break gewwa meta ma kontx nghamel l homework kif suppost, jew jekk ma kontx ingib ruhi sew. Jekk xi hadd jghamel xi haga hazina, jehel multa jew habz, etc.
Din hija xi haga naturali u li dejjem trabbejna fiha.
Fuq l istess ragunament, allura ghaliex ministru li jghamel affarijiet bhal dawn ma jistax ikun responsabli wkoll?
Ma rridux ninsew li dawn ghandhom l poter fil pajjiz u suppost jibdew huma billi jghatu l ezempju … pero ma tanc qed naraw ezempju tajbin hafna.
Ghax jekk ha nimxu b dal kejl, allura li tifel ma jghamilx l homework sew hija offiza ikbar mill hnizrijiet li qed jghamlu certi ministri ?
Ovjament jein ma twilidx l bierah u naf ghaliex qed jinqala dal ghageb kollhu. In nazzjonalisti jixtiequ jibqghu fil poter kemm jista jkun bla ma hadd jindahlilhom. Fuq in naha l ohra il laboristi ghandhom herqa jitilghu huma fil poter. B dar ragunement is sens komun jispicca kollhu u tifem sew ghala qed jigri li qed jigri.
Hija hasra li nies genwini bhal Franco Debono li verament jixtiequ bidla f dal pajjiz jigu trattati b dan l mod, u hija hasra ikbar li ftit ghana nies kapaci u kuraguzi bhalu li johorgu ghonqhom ghas sewwa kontra l kurrenti kollha.
Thanks Franco … keep it up. Iz zejt ghad jitla f wicc l ilma.
EDWARD FALZON
Posted at 11:56h, 04 SeptemberDr.Franco debono opinioni umli tieghi int qat hsiebt li pn kien interesat fdak li int ried li issir ,Int qat hsiebt li RCC jew DCG kienu qatt xi darba ser jitwarbu mill klikka ta hazen ,Int ma tarax li triq wahda hemm biex tohrog lill dan il poplu mil isqaq li dawn in nies dahluh hijja li int tivvotta kontra il klikka ghax hekk ghandu bzonn dan il pajjis jien cert jekk int trid is serjeta int missek taqsam il kamra u tmur fuq in nahha tal poplu u jiena zgur li il leader tieghi Joseph jilqak bhall ma ilqajna nazzjonalisti genwini li ghandhom biss linteres ta malta u il maltin biss iktar mad dum ma tagixxi fuq vot kontra gonzi u il klikka tkun qed ittieh iktar poter.ahseb sew ghax il poplu qied fil qieh u fil qieh sew.
Charles Grech
Posted at 11:52h, 04 SeptemberDear Franco , simply resign from the Evil clicque like JPO did and run independently for the next general elections. Both you and JPO have got a lot to give to our fatherland….do not let any GonziPN waste your talents through their totalitarianism. Whilst the evil ones speak of democracy and kill it in practice we are left stranded as a people in this whirlpool of oligarchy. Franco, call GonziPN’s bluff and stand independent in the polls. One more thing – get the bull by the horns re Illegal Immigration – I for one am sick of seeing my nation lost to invaders with the excuse of solidarity, only to appease the JRS/NGO’s and their mercenaries! Franco keep it up and bow only to our Malta and Gozo – We The People!
Ray Camilleri
Posted at 22:24h, 04 SeptemberRabidly and stupidly racist as usual… how ridiculous. Well known supporter to that super-crank drunkard called Norman…sacred island indeed, more of an island of cranks if you ask me!
tas-south
Posted at 11:50h, 04 SeptemberGozo General Hospital and the Health Operation in Gozo fall under the Ministry of Gozo and not Minister Cassar, hence the no confidence vote in this case is futile
Franco Debono
Posted at 12:14h, 04 September@tas south
kemm intom selettivi. dak punt wiehed biss
bulldog
Posted at 14:02h, 04 SeptemberFranco nerga nistaqsiek jew insostni taqbel mieghi li min ghamel il-hnizrijiet ta ghemili jigi ggudikat? Taqbel li min ha responsabilita ghal haddiehor fejn int stjanejt u darba ohra vvutajt kontra il Gvern ghandu jerfa r-responsabilta u jiehu li haqqu meta jigi ggudikat. Ikun zball jekk jitla gvern Laburista l-Poplu jhalllas ghal dak l-isfregju li sar dawn l-ahhar snin, ihallas min nefaq u sparpalja bla razan ghal butu. Ghax jekk int vera Malta l-ewwel mhux il Partit imissek tirrispondi ghal din id-domanda. Taqbel jew ma taqbilx min assuma reponsabilita tal porkerijji li saru bhal dik tal parlament gdid li , inti kont kontra taghha, bhal BWSC ?
Dik biss nistaqsiek,jekk tirrispondini fl-affermattiv jien inqies li, int politikant genwin.
PDN
Posted at 14:31h, 04 September@Franco
u iva inti fil-każ ressaq another no confidence motion in Minister Debono as well. Fejn naqlu bajda naqlu tnejn!!
flyaway
Posted at 14:34h, 04 Septemberwhile it is true that a Minister must be responsible for ALL that goes on in his department, I do believe that in some instances Joe Cassar came onto the scene too late. He was just too weak and unable to come down hard on the powers that be. The powers that be are medical professionals of RCCs ilk whose influences are largely unknown to the general public. They are the men who sit as heads of departments as well as the Medical Council, controlling everything, from selection of which junior doctors are given training positions, to selection of consultants. Many of these bigheads also resent any change to their work practises, hence the waiting lists remain the same. Many people have suffered injustices at their hands but they have reigned unchecked for a very long time. I don’t want to sound sympathetic here, but I think that expecting someone to weed out a 25 year old “network of evil” is a big ask! What do you think?
mandango70
Posted at 11:50h, 04 SeptemberHas this been presented to Parliament? Is it a hypothetical scenario or are we to expect such a position to be put forward to the House for debate?
rett
Posted at 11:49h, 04 Septemberprosit Franco, go dan il-pajjiz min jitkellem ghat-tajjeb ilaqatta. xi darba it-tajjeb jirbah.
Steven
Posted at 11:47h, 04 SeptemberWahda mir ragunijiet li ma semmejtx Franco , izda rigward il Priministru nnifsu ,
Peres li ma kellux id-decenza ( il Priministru) johrog kundanna fuq blogger li tinzerta fil qrib hafna ma l-istess partitt u wiehed mil istrategisti tieghu ( RCC) wara li din repetutament qedgha tizra il hdura , mibgheda u malizzja kontra sezzjoni tal poplu f`hin delekat hafna ghal pajjiz. U peres l-istess priministru ma wettaqx dmiru sabiex jwaqqaf lill din il persuna lli ma tkomplix tghamel dan.
Strasbourg Call Home
Posted at 11:36h, 04 SeptemberMrs Caruana Galizia has gone on holiday. Permanently, one hopes.
elfen
Posted at 11:26h, 04 SeptemberProset. Issa naraw kemm se jidhaq
johann ferriggi
Posted at 11:00h, 04 Septemberthabbilx rasek king ahna tal hames distrett warajk aktar ma jghaddi z zmien aktar ninghata x nifhem li l p.n. iddejjaq imexxi ghax ibqa zgur li nazzjonalisti ohrajn bhali huma hafna urtati
VIVA MALTA
Posted at 10:40h, 04 SeptemberMin jaf meta jiddiskutuha din il mzzjoni joqoghdu jilghabu ghaz zmien!Dan il ministru qatt ma kien jinqala bhala ministru tas sahha.Mela meta inqala dak l accident tal Gudja ma kienitx sitwazzjoni tal biki?Jew meta kien hemm in nies fil kuriduri tal emergenza fis sajf mhux tal biki ukoll mela fix xitwa x gej? meta medicin atkun out of stock ghax l agenti ma jithallsux mhux tal biki ukoll?
il-Bully
Posted at 10:38h, 04 SeptemberDr. Debono, you look, sound, and belong to a group that is hard to find nowadays. Malta has become a land of those living upstairs and the rest of us including you and I live downstairs.
I wish you all the best in the world. As an old follower in politics I advice you to keep a cross in your pocket to remember that Jesus hurt no one, he is called a womanizer, mad, just a son of a carpenter, coming from an unknown village, blasphemer, and more.
The thanks was he died on the cross because those in power did not give him a chance and those downstairs left him alone.
His last words where: Father forsake them for they know not what they are doing.
You decided to take the high road full of torn. In Malta that means trouble with those in control.
il-Bully
Posted at 12:39h, 04 SeptemberMy second observation is: ”WATCH OUT” I know what I am saying! I have experienced all local political parties and there is no difference other than in the name either you become a ”Yes man” or they try to destroy you if they can. These people are the same as Jesus found during his time. First to present themselves in front of the sacrificial alter, saying so all will hear and see them: ‘I give to the poor’ they should add: ”Of course not a penny of what is ours but tax taken from the poor” as theirs is sent to foreign banks.
Strasbourg Call Home
Posted at 10:25h, 04 SeptemberWiehed jistenna li tressaq mozzjoni ta’ sfiducja f’Austin Gatt ukoll – jew forsi tahseb li se jirrizenja minn jeddu?
Jekk qed tahseb tat-tieni, insiha.
Dik jew tqacctu b’daqqa tajba ta’ mannara, jew tant ghandu gheruq fondi u sodi li hemm jibqa’.
finish line
Posted at 10:16h, 04 SeptemberKif qed titkellem hawn fuq tidher li ma ghadekx taghmel parti mill-grupp tal-PN minkejja li din hija kritika veritiera, f’postha u f’waqtha. Jien nahseb li Gonzi ghandu jaghtu kaz ta li ktibt u jaccetta li tilef iehor mill-grupp tieghu. Issa gie f’minoranza fil-parlament. Ha naraw x’se jaghmel. Kif naraha jien, il-konferma tal-ban fuqek tal-bierah, kienet li ‘the straw that broke the camel’s back’.
Fullstop
Posted at 10:14h, 04 SeptemberIllna nisimaghu is-snin kif din ir-roqgha art qed tigi misruqa minn dawk li suppost qeghdin hemm biex imexuwa u ma jigri xejn, akkost li l-hnizrijiet ikunu cari ghal kulhadd PERO li din il-mafja maltija dahlet difrejha ukoll fuq min ghandu jircievi trattament l-isptar jew le turi li wasalna fl-ahhar………….INKREDIBLI
L-aqwa li jigi l-ministru fuq it-tv u jighdilna biex ma nithanzrux ghax mhux tajjeb ghal-sahhitna, ara l-hnizrijiet li jsiru gol-ministeru tieghu dawk tajbin !!
Arkanglu
Posted at 10:12h, 04 SeptemberDottore, skuzani nistaqsi imma din hija mozzjoni ta sfiducja fil ministru ta sahha illi se tigi ipprezentata, Jew hija litanija illi bhal drabi ohra ma twassal imkien.
Dottore, bl Akbar rispett lejk nahseb il problema tieghek vis a vis il partit illi Issa indunaw sa fejn lest tasal u haduk for granted.
Jiddispjacini nighdlek illi ghal khemm personalment nahseb illi ghandek ragun fuq kwazi dak kollu illi tghid, nahseb illi ma ikkalkulajtx bizzejjed sa fejn lesti jaghslu in nies tal partit tieghek. Ahna illi ghandna twemmin laburista nafu sew, ghax sfortunatament gejna minsijin ghal aktar min 25 sena.
Issa illi wasalt sa ghawn ghandek tirrejalizza illi wasal il mument ta Jew int Jew hu. Xi hadd irid jiltef u xi hadd irid jirbah. Fdin il loghba ma hemmx draw.
zurrieq_blues
Posted at 09:53h, 04 SeptemberWell done Franco. Keep up the good work.
Nita
Posted at 09:49h, 04 SeptemberDr Debono, you are screaming “off with his head”, although the events happened MORE than 15 years ago? One sees that desperate times call for desperate measures.
Franco Debono
Posted at 09:51h, 04 September@ nita :
read well. i am making reference to his reasoning.
his reasoning is sound : do not introduce that in gozo in a way which could have led to deaths in the past
read well
jason gatt
Posted at 10:55h, 04 SeptemberNita even if it was 100 years ago people died out of incompetence these are people you are talking about not barbie dolls.lets not repeat the same mistake over and over again.we could find some apartments for Gozitans to stay for some days like puttinu did in England our resource are small lets not stretch them to far.
Carrie
Posted at 11:57h, 04 SeptemberL-istorja tac-cikkulata u t-toothpaste ilha 40 sena u ghadhom isemmuha. 15-il sena qisu l-bierah!!!!!!!
Mario
Posted at 12:00h, 04 SeptemberWell said Franco and a very courageous man indeed! It’s a pity though that your political time might come to an end, unless you intend to reconsider your position since you really believe in what you said and still saying that is, the only way forward for you would be to change sides. I’m sure you will not only be an asset to the opposition of GonziPN, but a big asset to the nation and it’s people.
BETTER FUTURE
Posted at 12:13h, 04 SeptemberNita, again in your haste to criticise Franco, you have missed most of the important parts of the motion. Read through it again please.
Gorg Sciberras
Posted at 14:03h, 04 SeptemberFranco,
your phrasing is correct, but in 15 years, medicine in Malta (and globally) has advanced significantly. What led to complications 15 years ago does not need to lead to complications now.
Franco Debono
Posted at 15:41h, 04 September@ gorg sciberras :
that is not what expert profs brincat said
zurrieq_blues
Posted at 10:00h, 04 SeptemberThe fact that the incident happened 15 years ago and successive ministers did nothing to avoid similar deaths only proves how Franco is right in his mission. Putting people before the party!