Mozzjoni tieghi dwar Riformi Gustizzja u Intern 8.11.2011

Mozzjoni tieghi dwar Riformi Gustizzja u Intern 8.11.2011

Minkejja li inkiteb hafna dwar x’nilbes, kif nimxi, ir-rizultati tal-Form IIC u materji trivjali ohra, dan ikun qed isir minn dawn il-persuni ghal skop ta propaganda u sabiex jiddevjawlek l-attenzjoni mill-kontribut vera tieghi lejn pajjizi f’dawn l-ahhar snin. Ovvjament din l-propaganda xi minn daqqiet ma tkunx qed issir ghax dik il-persuna tkun thobb il-Partit, minkejja li tkun qed issir taht dan il-pretest,  izda ghall-gwadann personali taghha. Bizzejjed tara dik il-persuna xi tkun akkwistat, possibilment anke kuntratti ta xoghol minghand ministri tal-gvern, u malajr tasal ghal konkluzjoni cara.

 Ghaldaqstant qed inpoggi ghad-disposizzjoni tieghek il-mozzjoni originali li prezentajt fit-8 ta’ Novembru 2011, u cioe’ xahar qabel ma l-Opposizzjoni Laburista ipprezentat mozzjoni ta sfiducja f’CMB, izda minkejja li prezentajtha qabel, ittellghet ghad-diskussjoni wara li CMB gie sfiducjat mill-Parlament. Hadd ghadu ma fehem ghaliex sar dan u esponeneti Nazzjonalisti qalu li dan kien sball kbir, li l-mozzjoni tieghi li giet prezentata qabel tal-labour, ma ngabitx ghad-diskussjoni qabel tal-Labour. Dawn huma kollha riformi li Carm Mifsud Bonnici f’madwar disa’ snin li ghamel fil-Gustizzja u Intern qatt ma implimenta :

 

Mozzjoni Nru 260.

L-Onor. Franco Debono MP jipproponi li:

PERESS ILLI l-Prim Imħallef fil-ftuħ tas-sena forensi saħaq illi jista’ jkun il-Gvern mhux jagħti l-importanza li jixraq lis-settur tal-ġustizzja kif qed jagħmel lil ċerti setturi tal-ekonomija, u peress illi l-ġustizzja, f’demokrazija, f’kull żmien, għandha tingħata importanza xierqa, għax hija waħda mill-komponenti essenzjali  tad-demokrazija; PERESS ILLI ilni għal dawn l-aħħar snin nattira l-attenzjoni, permezz ta’ diskorsi ripetuti f’dan il-Parlament, fil-mezzi tax-xandir u b’mezzi oħra, kif ukoll internament fil-partit b’mod assidwu, illi fl-oqsma tal-ġustizzja u intern (li fil-maġġoranza kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma żewġ dekasteri separati), hemm bżonn riformi kbar, li jinċidu wkoll fuq it-tħaddim tad-demokrazija u fuq il-libertajiet u drittijiet fundamentali kemm fir-riżorsi umani, kemm fit-tagħmir kif ukoll f’xi setturi, fil-­mentalità u fl-atteġġjament, u msemmi fosthom, imma mhux biss, il-­kwistjonijiet dwar:

1.      filwaqt li ninnota l-progress kbir li sar fl-aħħar għaxar snin fil-korp tal-Pulizija nissuġġerixxi r-riżoluzzjoni tal-pendenzi dwar il-union tal-pulizija kif ukoll il-pagamenti tal-arretrati dovuti tal-overtime tal-pulizija, li għandu jkun dejjem korp motivat u enerġetiku;

2.      is-separazzjoni bejn il-funzjonijiet investigattivi u dawk ta’ prosekuzzjoni fil-Korp tal-Pulizija;

3.      tagħmir ta’ apparat forensiku fosthom apparat tad-DNA, fil-kuntest usa ta’ laboratorju forensiku f’saħħtu, (illi llum huwa kważi ineżistenti) illi huwa fundamentali għall-ħidma tal-pulizija;

4.      is-separazjoni bejn il-funzjoni inkwirenti u dik ġudikanti tal-maġistrati, sabiex jitwaqqaf pool ta’ maġistrati speċjalizzati u ffukati full-time fuq l-inkjesti;

5.      tiġi riveduta l-proċedura tal-eliġibilità u l-ħatra tal-esperti, kif ukoll l-introduzzjoni tal-possibilità tal-produzzjoni ta’ esperti ex parte;

6.      id-dritt tal-avukat matul l-interrogazzjoni fir-rispett lejn id­-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea, kif ukoll ir-rule of disclosure, u materji oħra anċillari;

7.      reviżjoni u ri-definizzjoni ta’ ċerti poteri tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll id-dover li jagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu f’ċerti ċirkostanzi;

8.      riforma radikali fil-proċedura penali, inkluż tal-preżentati u rinviji;

9.      reviżjoni u riforma tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Għajnuna Legali, sabiex wieħed jassigura illi min m’għandux mezzi jinkariga avukat privat ikollu d-dritt kostituzzjonali għal difiża adegwatament salvagwardjat;

10.  riforma fil-qorti tal-familja, fejn il-medjazzjoni permezz ta’ medjaturi part-time tiġi analizzata u jekk hemm bżonn riveduta;

11.  reviżjoni tal-ammont ta’ snin, u l-esperjenza rikjesti għal ħatra tal-­ġudikanti, kif ukoll il-proċedura kollha kemm hi tal-mod tal-­għażla, u l-età tal-irtirar, flimkien mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġudikanti;

12.  eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi tal-eżitu tal-aħħar proċedura ta’ impeachment, tal-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kif jeżisti fil-preżent, bħala check and balance kostituzzjonali ta’ importanza, u jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni;

13.  li jdaħħal fis-seħħ bla dewmien l-att dwar il-ġustizzja riparatriċi, li jsaħħaħ ukoll id-drittijiet tal-vittmi, kif ukoll riformi estensivi fid-diversi aspetti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin;

14.  li titwaqqaf drug court, li dwarha diskussjonijiet ilhom sejrin snin sħaħ

15.  jittieħdu passi konkreti sabiex id-dokument maħruġ mill-Kamra tal-Avukati ‘Regulating the legal profession in the 21st Century’, li għandu jirregola l-professjoni legali, jiġi diskuss, analizzat u implimentat permezz ta’ liġi;

16.  jiġi kkunsidrat jekk wasalx iż-żmien illi l-warrants għal ċerti interċettazzjonijiet (li jikkonċernaw kriminalità u mhux sigurtà nazzjonali) mis-Servizz ta’ Sigurtà jitneħħew minn taħt l-awtorità politika tal-Ministru u jgħaddu għand l-awtoritajiet investigattivi jew ġudizzjarji;

17.  illi jitneħħa l-libell kriminali, kif ukoll jiġi rivedut l-ammont massimu ta’ danni li jista’ jiġi kkundannat iħallas min ikun ħati ta’ libell sabiex jirrifletti l-ħsara kaġunata mill-istess, tenut kont ukoll tal-mezzi ta’ komunikazzjoni inkluż l-internet, u l-kawżi ta’ libell għandhom jinstemgħu mill-Qrati Superjuri preseduti minn Imħallef;

18.  li jiġu riveduti l-entry requirements preżentement laxki iż-żejjed, għad-dħul fil-kors tal-liġi, sabiex jiġi mħares il-livell u l-prestiġju tal-professjoni legali;

19.  li tiġi riveduta b’mod radikali is-sistema ta’ ġustizzja fil-qasam tal-­minorenni;

20.  li tiġi msaħħa l-librerija tal-Qrati tal-Ġustizzja;

21.  li jiġu konsolidati l-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Liġijiet u l-Law Commission sabiex ikomplu jiġu aġġornati, rikodifikati u konsolidati l-liġijiet ta’ pajjiżna;

22.  li tiġi eżaminata bir-reqqa s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa, inkluż fit-­Tribunal tat-Talbiet Żgħar, tribunali varji, medjazzjonijiet, u arbitraġġi fejn f’pajjiż żgħir, ammont sostanzjali ta’ litiġi qed tkun determinata minn persuni li mhumiex ġudikanti ai termini tal-Kostituzzjoni, imma ġudikanti part-time, u b’mod partikulari l-­konsegwenzi ta’ sentenza kostituzzjonali riċenti dwar forced arbitration;

PERESS ILLI minkejja s-sejħiet kostanti, kemm internament, kemm fil-­parlament, kif ukoll f’fora oħra, inkluż fil-mezzi tax-xandir f’ħafna minn dawn l-oqsma baqa’ jew ma sar xejn jew l-affarijiet mexjin bil-mod immens, f’dawn l-oqsma tant sensittivi u importanti, li għandhom impatt fuq il-libertà u d-drittijiet fundamentali u li għandhom importanza mill­-inqas dwar is-settur ekonomiku;

GĦALDAQSTANT nipproponi li din il-Kamra tar-Rappreżentanti tiddiskuti dawn il-materji, u tirrisolvi dwar dawk il-miżuri u passi li għandhom jittieħdu u b’liema mod.

Onro Dott Franco Debono LL.D., M.P.

8.11.11

20 Comments
  • Tal-Wine Bar tal-Birgu
    Posted at 13:44h, 31 August

    Apart from what ‘Tal-Cottonera’ said, I add that the PN executive committee instead of approving a particular candidate for the next election, should have condemned that candidate who whilst being married had an affair ma’ dik tal-wine bar u tax-xuxa and attending public meetings, public anti divorce meetings in the presence of the prime minister and even having dinner with the prime minister and his wife. This individual and one of his mistresses were having dinner on the same table with prime minister Gonzi and his wife during the anti divorce campaign.

    The executive committe should have condemned the acute drug addict who pushes his child to get public contracts possibly in conjunction with Labour leaning individuals in order to avoid criticism from their side.

    Why did the party do all that fuss about Nicky DImech? Within the party there are much worse.

  • Dar Malta fi Brussel
    Posted at 13:42h, 31 August

    VOTE GONZI GET DAPHNE
    VOTE GONZI GET DAPHNE
    VOTE GONZI GET DAPHNE
    VOTE GONZI GET DAPHNE
    VOTE GONZI GET DAPHNE
    VOTE GONZI GET DAPHNE

  • Data Protection
    Posted at 13:40h, 31 August

    Dear Dr. Andrew Borg Cardona known as ‘Il-Bocca’ and best friends with RCC and DCG, why haven’t you yet denied that you were found guilty by the data protection commissioner of a breech upon request from a certain person from Zurrieq?

    Did the commission for the administration of justice take any steps against you? What is the difference between data protection and professional secrecy?

  • Platun
    Posted at 12:33h, 31 August

    Franco

    Ha nsaqsik mistoqsija nista’ ? Tahseb li il-giudikatura se jsir aktar efficjenti wara iz-zieda li hadu forma ta allowances. Ghandi d-dubji tieghi . Kien ikun aktar ghaqli kieku dawn inghataw wara li gie mtejjeb s-servizzi tal-qrati. Fil-kamp privat hekk timxi tal-anqas il-logika – l-ewwel urini il-performance tieghek imbaghad inhallsek. Imma hadd ma jazzarda jikkritika l-imhallfin u l-magistrati. Dawk baqra sagra u li jitolbu dejjem jiehdu.

    • Grilled Angus Beef
      Posted at 13:37h, 31 August

      prosit dan kien il hsieb tieghi ukoll..

    • BETTER FUTURE
      Posted at 18:37h, 31 August

      Another “bawxata” like the civil service reform. A lot of money was awarded via many increases, allowances, travel study tours, working parties and I do not know what else. Result, increase in productivity, NIL!!

  • Platun
    Posted at 12:29h, 31 August

    @ VIVA MALTA :

    Ir-riforma tiddependi fuq ir-rieda tal-Ezekutiv mhux meta jiftah il-Parlament.

  • VIVA MALTA
    Posted at 12:05h, 31 August

    Kif jista jkun li dawn ir riformi li pproponejt isiru f dan il ftit zmien li baqa ghal elezzjoni? Biex setghu isiru kien imissu lanqas ghalaq il parlament mhux hadu dawk il vaganzi kollha matul is sena uil parlament ghad irid jiftah fl 1 t,Ottubru.Issa jaqbel li mmorru ghal elezzjoni umin jitla jaghmel ir riformi li hemm bzonn .Intlef wisq hin prezzjuz.Jekk isiru issa ta kaf kaf utal ghaggla.Il malti jghid qttusa ghaggelija frieh ghomja taghmel.

  • john
    Posted at 11:08h, 31 August

    tatix kashom man…. dik kolla ghira bazwija….. kompli ghamel it-tajjeb u tharis lura…

  • Platun
    Posted at 11:06h, 31 August

    Imma Franco ma nistax nifhem ghala bil-vot tieghek wassalt ghar-rizenja ta CMB li kien haqqu jerfa n-nuqqasijiet tal-Ministeru tal-Giustizzja waqt li astenjat fil-kaz tal-Ministru Austin Gatt. Imbaghad ma nistax nifhem kif appogjat lill RCC meta dan ma mexiex skont in-normi tad-demokrazija rigward il-partnership for peace u anka lill Dolores Christina meta din ma assumiet ebda responsabililta meta gew sospizi l-fondi tal-unjoni ewropea rigward program edukattiv. Anzi mhux hekk biss wehel kollox il-Permanent Secretary u kellu anka jirrizenja hu ghan-nom ta haddiehor.

    Nispera Franco, meta il-Parlament jiftah f’Ottubru li gej , li int se jkollok il-guts li ggiegel lil omnipotenti Austin Gatt jirrizenja.

    • Grilled Angus Beef
      Posted at 13:38h, 31 August

      Mamma mia Plaun we travel on an identical wave length.

  • Rettis
    Posted at 10:52h, 31 August

    prosit Franco, jien wiehed min dawk li batejt ghax ma hawnx sistema ta qrati gusta. issa kif jipretendu li ser jiehdu il-vot wara li ma ghanlux riforma wahda. Tassew il-qasam tal-gustizja kellu jitmexxa minnhek u mhux min dawk li jilghabuwa li jafu imbad ma jsir xejn!

  • Platun
    Posted at 08:57h, 31 August

    Prosit Franco ta’ din il-mozzjoni imma inti tiffokka wisq fuq il-qasam tal-gustizzja. Hemm hafna element ohra fejn trid issir riforma fuq dik li ghadha x’taqsam trasparenza , kontabilita u governanza serja – fosthom l-Uffccju tal-Ombudsman ( Qeghdin naghtu kazu meta jirrispondi ghal ilmenti tan-nies?), ix-Xandir Pubbliku u l-awtorita tax-xandir ( li dejjem ixaqqleb lejn in-naha tal-Gvern tal-gurnata), l-ufficju tal-istatistka ( kemm hi tassew indipendenti l-istatistika tal-Gvern li tinghata ?) , s-servizzi pubblici li jinghataw mic-civil u l-entitajiet tal-gvern (li hafna minnhom ghadhom f’livell tat-tielet dinja) , il-bzonn li l-qrati jnaqqsu id-dewmien essagerrat tas-sentenzi , il-meritokrazija fil-promotions tal-rizorsi umani fil-positijiet tal-Gvern u l-kumitati tal-Kamra tar-Rapprezantati li hafna minnhom m’huma xejn hlief talking shops u qeghdin jiffunzjonaw semplicament ghal isem. Ghalkemm il-Parlament taghna hu mfassal fuq il-mudell ta’ Westminister ghadna hafna lura meta nigu biex naghmlu moniteragg fuq l-Ezekutiv. Il-Prim Ministru u l-Kabinet sfortunament ghadhom sal-gurnata tal-lum , jirrenjaw wisq b’poteri assoluta. U qabel ma nikkoncedu dan id-demokrazija f’Malta ha tibqa dghajfa.

    • Franco Debono
      Posted at 08:58h, 31 August

      @ platun :

      dawn li qed issemmi inti kollha materji li jien qajjimt fil-parlament

      • Grilled Angus Beef
        Posted at 13:41h, 31 August

        @Platun; I have a list of why Dr. JM might win the following election, which I normally post here in response to a ccertain Joe Vella.
        Can I add your contribution to this list?

  • Demm Nazzjonalist
    Posted at 08:51h, 31 August

    Franco, itlob ukoll revizzjoni fil-kodici civili u dak penali u li l-ligijiet jigu konformi ma dawk ta l-unjoni europeja.Dik suppost l-ewwel haga li saret qabel ma sirna parti mill-unjoni ewropeja.

  • Nat
    Posted at 08:49h, 31 August

    Grazzi Franco, kellu bzonn imqar nofs id-deputati dedikati daqsek, kieku Malta timxi hafna ahjar!

  • merce
    Posted at 08:33h, 31 August

    Donnok ma kontx qed issahhan is siggu u titbissem ghal cameras!
    Hawn min japrezza wkoll ta. Grazzi.

  • Demm Nazzjonalist
    Posted at 08:32h, 31 August

    Franco, prosit.Mhux konvint pero jekk id dritt ghal avukat waqt interrogazzjoni hux parti mid-drittijiet tal-bniedem.

  • ninten
    Posted at 08:32h, 31 August

    int champion.